Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #31684 Sitting 492 2017-03-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ qed ikun segwit.
Leg 12 PQ #31451 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Għawdex — Skola Sir M. A. Refalo Sixth Form College - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li se jqum ix-xogħol fuq ir-ristrutturar tal-Iskola Sir M. A. Refalo Sixth Form College Għawdex sabiex parti minn din l-iskola tkun tista' tintuża minn Barts School? Jista' jgħid jekk dawn l-ispejjeż humiex ser jitħallsu mill-Gvern jew inkella minn Vitals Global Healthcare? Kemm studenti huwa maħsub li ser jagħmlu użu minn din l-iskola fl-ewwel sena tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #31452 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – hospital waiting lists — kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħata lil Nexia BT fl-2015 jew fis-snin ta' qabel biex jagħmlu rapport dwar il-hospital waiting lists f’Mater Dei, liema kuntratt ingħata taħt negotiated procedure?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li l-kumpanija msemmija minnu kellha kuntratt mal-Ministeru tal-Enerġija u Saħħa, din il-kumpanija ma kinitx imqabbda tagħmel rapport dwar il-hospital waiting lists. Il-kuntratt twaqqaf f’Ġunju tal-2016.
Leg 12 PQ #31453 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet u kliniċi privati – ħlas għal xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern lill-isptarijiet u l-kliniċi privati għal xogħol li dawn għamlu lill-Gvern bħala ammont total għal kull sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u fis-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #31565 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-irkoppa — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward operazzjoni tal-irkoppa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ qed ikun segwit.
Leg 12 PQ #29746 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Leg 12 PQ #31092 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għas-Saħħa fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kirurgu Walter Busuttil huwa r-rappreżentant tal-Ministeru għas-Saħħa fil-Kunsill dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx. In-nomina saret fis-28 ta' Ġunju tal-2016.
Leg 12 PQ #31182 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-positions of trust fil-Ministeru tiegħi jokkupaw dawn il-karigi: Private Secretary; Secretariat Officers; Personal Driver/Security Officer.
Leg 12 PQ #31539 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: STEPHEN SPITERI To: Ministeru għas-Saħħa

Fondazzjoni Richmond – servizzi offruti – fondi mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk is-servizzi offruti mill-Fondazzjoni Richmond li qed jirċievu fondi mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm ġew allokati flus din is-sena għal kull servizz mogħti minn din l-NGO u x’irid wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dawn is-servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni Richmond li huma megħjuna finanzjarjament mill-Gvern jinkludu akkommodazzjoni provduta għall-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali fi tlett hostels li jinsabu f’Ħal Qormi, Ħ’Attard u Raħal Ġdid. Dar il-Merill f’Ħal Qormi, Villa Rubery ġewwa Ħ’Attard u l-Hostel f’Raħal Ġdid joffru servizz ta’ akkomodazzjoni għal 34 pazjent. Dawn il-pazjenti jingħatalhom ukoll servizz ta’ kura għal 24 siegħa kuljum. Jingħatalhom is-sapport meħtieġ minn Carers speċjalizzati fil-qasam tal-kura tas-Saħħa Mentali. Ninfurmah ukoll li wara li l-pazjenti jkun sarilhom diversi follow ups u aktar tard assessment minn tim multidixxipplinarju, dawn ikunu jistaw jgħixu kemm jista’ jkun indipendenti fi djarhom jew f’wieħed mill- hostels tal-Fondazzjoni Richmond filwaqt li xorta jkunu qed jieħdu l-kura u s-sapport minn nies professjonali f’dan il-qasam.
Leg 12 PQ #31086 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – kuntratt ta’ impjegat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta jiskadi l-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għandu mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS)? Jekk dan il-kuntratt li sar fl-2014 u li kien għal 3 snin, hux se jiġġeded?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt preżenti tal-persuna msemmija se jiskadi fix-xahar t’ April ta’ din is-sena.
Leg 12 PQ #31087 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Il-problema tal-obeżità f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-problema tal-obeżità f’Malta qed tiswa lil pajjiżna bejn 45 u 50 miljun ewro fis-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa qed jikkollabora fi studju sabiex isiru estimi tal-ispiża assoċjata mal-problema tal-obezita’ f'Malta. Skont stima preliminarja, jidher li n-nefqa tista' tlaħħaq madwar 44 miljun ewro fis-sena, skont il-metodoloġija wżata fl-istudju.
Leg 12 PQ #31088 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Att tal-2016 dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn għadhom ma ġewx ippubblikati l-erba’ Avviżi Legali li kellhom jiġu ppubblikati sabiex l-Att tal-2016 dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx li għadda b’vot unanimu mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016 jibda jitħaddem kif kien miftiehem aktar minn sena ilu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31295.
Leg 12 PQ #31089 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pjan ta’ Malta għall-Presidenza tal-Ewropa — Att tal-2016 dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-pjan ta’ Malta għall-Presidenza tal-Ewropa nkludiex l-Att tal-2016 dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika għal liema pjan qegħda tirreferi.
Leg 12 PQ #31090 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mis-6 ta’ Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il darba ltaqa’ l-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx? Min huwa ċ-Chairman u min huma l-membri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31295 filwaqt li ninfurmaha illi c-chairperson tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx imsemmi hija Dr. Charmaine Gauci.
Leg 12 PQ #31091 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aġenda tal-laqgħat kollha li kellu l-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx mis-6 ta’ Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumitat msemmi minnha ltaqa’ 7 darbiet minn Awwissu li għadda u minbarra li ġie indirizzat minni bħala Ministru għas-Saħħa, l-Onor. Robert Cutajar deputat tal-oppożizzjoni u numru ta’ esperti tekniċi relatati mas-suġġett, iddiskuta materji dwar dieta’, xorb u eżercizzju waqt il-laqgħat tiegħu.
Leg 12 PQ #31521 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Każ ta' persuna — dental appointment għat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward dental appointment tat-tfal tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
Leg 12 PQ #29730 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Leg 12 PQ #31023 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Test Strips lid-dijabetiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew jingħataw test strips b’xejn lid-dijabetiċi li jieħdu l-insulina? Jista’ jgħid meta se jingħataw lancets biex jittaqbu u monitor li jaqbel mat-test strips?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Novembru tas-sena li għaddiet pazjenti dijabetiċi tat-tip 1 bdew jingħataw 4 test strips b’xejn kuljum filwaqt li dawk il-pazjenti dijabetiċi tat-tip 2 li huma fuq l-insulina ser ikunu qed jieħdu dawn it-test strips b’xejn minn aktar tard din is-sena.
Leg 12 PQ #31080 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – żieda ta’ ħaddiema

Question

B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ ħaddiema u professjonisti se jiġu impjegati mal-Vitals Global Healthcare? Jekk in-numru hux se jiżdied b’150 sa’ Ġunju 2017 jew hux se jiżdied b’100 biex jitla’ għal-150 sa Ġunju 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Vitals Global Healthcare ser tkun qed tkompli timpjega numru ta’ professjonisti sabiex jiżdiedu s-servizzi offruti mingħajr ħlas għall-pazjenti Għawdxin u Maltin waqt illi jidħlu fis-seħħ servizzi ta' turiżmu mediku.
Leg 12 PQ #31081 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – ingaġġ ta’ infermiera

Question

B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, minħabba n-nuqqas ta’ infermiera f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Vitals Global Healthcare hux se jimpjegaw infermiera minn barra minn Malta jew hux se jimpjegaw infermiera li jaħdmu mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddej proċess sabiex infermiera Għawdxin li bħalissa qed jaħdmu Malta, fiż-żmien li ġej ikollhom impjieg f'Għawdex stess.