Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizzi ta’ respite għall-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet ta’ respite għall-anzjani f’Malta u Għawdex? Jista’ jagħti tagħrif kemm kull faċilità takkomoda anzjani u x’wieħed għandu jagħmel biex jirċievi dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-postijiet ta` Respite għall-Anzjani f`Malta u Għawdex huma 3 imqassma kif ġej: · 2 f’Malta - Casa Leone, San Ġiljan u San Vinċenz, Luqa u · 1 f’Għawdex - Villa San Lawrenz, San Lawrenz Għawdex Il-faċilitajiet jakkomodaw dawn l-ammonti ta’ persuni kif ġej: · Casa Leone – 14 – il persuna · San Vinċenz – 6 persuni · Villa San Lawrenz – 2 persuni Kull min huwa nteressat li jikkwalifika minn dan is-servizz, irid jimla l-formola preskritta u jibgħatha c-Ċentru Servizz Anzjan, il-Belt. Fl-aħħar nett, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, nhar is-17 t’Ottubru 2014, ġew ittripplati s-sodod tas-servizz tar- Respite u nhar it-12 ta’ Jannar 2015, ġie ntrodott is-servizz ta’ Respite ġewwa Għawdex

Djar tal-Anzjani — involviment tar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk id-Djar Residenzjali fejn huma involuti direttament l-anzjani fit-tmexxija tagħhom? X’għandu jagħmel resident biex jinvolvi ruħu f’din l-inizjattiva tat-tmexxija tad-Dar fejn joqgħod?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, id-Djar Residenzjali tal-Gvern, fejn huma involuti direttament l-anzjani fit-tmexxija tagħhom jinkludu dawn li ġejjin: Żejtun Msida Mellieħa Mosta Zammit Clapp Hospital Mtarfa Bormla Floriana Skont l-Istatut - Assoċjazzjoni Residenti Dar Residenzjali tal-Anzjani, kull resident huwa eliġibli li jiġi nominat għall-Elezzjoni sabiex jintgħazlu l-membri tal-Kumitat.

Djar Residenzjali tal-Gvern — Dipendenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti f’kull Dar Residenzjali mmexxija mill-Gvern li huma: indipendenti; semi-dipendenti; dipendenti u /jew bid-dimenzja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabelli t’hawn taħt. Dar ta’ L-Anzjani Indipendenti Semi-indipendenti Dipendenti Id-Dar tal-Mosta 31 19 7 Bid-dimenzja 3 7 1 Id-Dar tal-Furjana 6 20 20 Bid-dimenzja 6 anzjani bi profil ta’ dimenzja, minghajr indikazzjoni tal-kategoriji rispettivi. Id-Dar ta’ l-Imsida 28 10 14 Bid-dimenzja 1 3 8 Id-Dar ta’ Bormla 41 34 61 Bid-dimenzja nil nil 15 Id-Dar taz- Ż ejtun 68 68 67 Bid-dimenzja 58 il-anzjan bi profill ta’ dimenzja, mingħajr indikazzjoni tal-kategoriji rispettivi. Id-Dar tal-Mellieħa 82 28 33 Bid-dimenzja 4 14 19 Zammit Clapp 94 23 12 Bid-dimenzja Ma kienx hemm indikazzjoni t’anzjani bi profil ta’ dimenzja Dar ta’ L-Imtarfa 41 31 47 Bid-dimenzja 15 il-anzjan bi profil ta’ dimenzja, mingħajr indikazzjoni tal-kategoriji rispettivi. Waqt li t-tabella t’hawn fuq turi d-dipendenza tal-anzjani li jinsabu fid-Djar Residenzjali tal-Gvern, it-tabella t’hawn taħt tkopri statistika tad-dipendenza tal-anzjani ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, rigward l-1137. DIPENDENZA bħala Persentaġġ * Indipendenti Ftit Moderata Severa Kompleta % Totali Numru assolut ta' Pazjenti 145 115 162 408 308 1138 Persentaġġ ta' Pa¿jenti 12.70% 10.10% 14.20% 35.90% 27.10% 100% Livell ta' Stat Konfusjonali ( Confusional State ) * # Luċidi Intermedju Moderat Severa Totali% Numru assolut ta' Pazjenti 383 150 175 430 1138 Persentaġġ ta' Pazjenti 33.70% 13.20% 15.40% 37.70% 100% *Il-figuri jirreferu għall-aħħar ċensiment ta’ dipendenza li sar f’San Vincenz f’Marzu 2015. # Confusional states fil-maġġoranza tagħhom għandhom id-dimenzja, pero’ mhux eskluż numru żgħir ieħor ta’ kundizzjonijiet ta’ stat konfusjonali.

Kura fil-Komunità — Żieda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjani tiegħu biex iżid aktar servizzi għall-anzjani sabiex jibqgħu kemm jistgħu jgħixu fil-komunità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, uħud mill-inizzjattivi ta’ dan il-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari, għas-sena li ġejja, ġew imħabbra f’dan il-baġit, waqt li oħrajn ser ikunu qegħdin jitħabbru iktar ‘l quddiem.

Oqsma tal-Anzjani — Carers Barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm carers barranin impjegati fl-oqsma tal-anzjani u persuni b’diżabilità u f’liema servizzi qed jaħdmu?’

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ carers barranin impjegati fl-oqsma tal-anzjani u persuni b’diżabilita’ jammonta għal 35; 7 fil-qasam tal-persuni b’diżabilita’, u 28 fil-qasam tal-anzjani.

Servizzi Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilita — Standards Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk li Standards Nazzjonali tas-Servizzi Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità humiex se jiġu wkoll osservati fir-Residenzi fejn hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta Soċjali flimkien mas-Segretarjat għad-Drittijiet tal-Persuni b’Di¿abbilita’ u Anzjanita Attiva, mhuwiex responsabbli mill-kura li tingħata lill-persuni li għandhom xi kundizzjoni ta’ saħħa mentali. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward skwalifika tal-applikazzjoni mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjoni għal post bil-kera tal-Gvern tal-persuna li ddettalji tagħha qed jintbgħatu separatament ma ġietx aċċettata peress li għandha assi li jammontaw għal aktar minn €28,000 u dan skont il-kundizzjonijiet tal-istess applikazzjoni. Il-każ tressaq quddiem ir- ‘Revisory Committee’ wara li kien hemm oġġezzjoni, u ġie deċiż li għandna nimxu mall-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjeta Soċjali — lista ta’ direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17995, 17639 u 17363 u jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Jannar li għadda sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kull direct order u lil min ingħataw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ghal liema direct order qed jirreferi ghax din l-informazzjoni tinvolvi granet shah ta’ xoghol biex tkun tista tingabar

Ċentru ta' Matul il-Jum — impjegati minn barra jew mill-privat

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk il-Gvern hux jikkunsidra li jdaħħal/jimpjega ħaddiema minn barra jew mill-privat (kuntrattur) sabiex jaħdmu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum fix-xhur li ġejjin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa, mhux qed tiġi kkunsidrata din l-eventwalita’ ta’ ingaġġ ta’ ħaddiema minn barra jew mill-privat biex jaħdmu fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum, għalkemm xejn ma jista’ jiġi eskluż fix-xhur li ġejjin minħabba l-iżvilupp fis-settur.

persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol f'kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Stallazzjoni ta’ lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta bejn wieħed u ieħor se jiġi stallat lift fil-blokk ta’ appartamenti li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-installar ta’ lift fil-Blokk imsemmi, huwa skedat li jsir matul is-sena d-dieħla (2016).

Leave speċjali – ommijiet li jkollhom tfal morda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jseħħ il-ħsieb li meta ommijiet li jaħdmu u jkollhom it-tfal żgħar ma jifilħux ikunu jistgħu jieħdu leave speċjali jew sick leave?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Servizz ta’ għajnuna fid-dar — rekwiżiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti sabiex koppja anzjana tikkwalifika għas-servizz ta’ għajnuna fid-dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma r-rekwiżiti meħtieġa biex persuna tkun tista’ tapplika għas-Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar: 1. Dawk l-anzjani ‘l fuq minn 60 sena li minħabba xi kundizzjoni medika, fiżika jew psikoloġika ġiet affetwata l-indipendenza tagħhom. Tingħata prijoritá lil dawk li huma avvanzati fiż-żmien, jgħixu weħidhom jew li ma jkollhomx sapport familjari fil-komunitá. 2. Dawk l-anjzani li għalkemm indipendenti esperjenzaw xi problema kemm medika, fiżika kif ukoll psikoloġika u li jkollhom bżonn xi għajnuna temporanja sakemm jerġgħu jakkwistaw l-indipendenza tagħhom. 3. Dawk il-persuni li minħabba xi diżabilita’fiżika jeħtieġu l-għajnuna kemm huma personali kif ukoll dawk li jieħdu ħsiebhom. Importanti li tiġi ppreżentata l-karta ta’ l-identità speċjali (valida) maħruġha mill-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. 4. Dawk il-persuni (irrelevanti l-età) u li sfortunatament qegħdin isoffru minn kundizzjoni ta’ mard terminali u li għandha tkun sostanzjata b’rapport mediku. Ninforma lill-Onor. Interpelannt li f’dawn l-aħħar sentejn ma sar l-ebda tibdil f’dawn il-kriterji.

Rekwiżiti biex persuna tieqaf mix-xogħol biex tieħu ħsieb l-ġenituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tieqaf mix-xogħol sabiex tkun tista’ tieħu ħsieb tal-ġenituri anzjani tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, sabiex persuna tikkwalifika għal Pensjoni tal-Wens jew Social Assistance Carers, ma tridx tkun taħdem u trid tkun tieħu ħsieb il-pazjent waħedha l-ġurnata kollha. Kriterju ieħor li l-applikant/a irid/trid jissodisfa/tissodisfa, hija li tkun ġuvni jew xebba, separat/a jew armel/armla, mingħajr tfal jgħixu magħhom, waqt li ma jeċċedux l-kapital ta' €14,000. Wara li ssir l-applikazzjoni, il-każ jiġi assessjat biex ikun stabbilit jekk il-persuna kkonċernata tissodisfax l-iskala tal-mezzi. Minn hawn, il-każ jintbagħat quddiem Bord Mediku ħalli jiġi deċiż jekk il-pazjent għandux bżonn kura kontinwa. Fil-każ tal-Pensjoni tal-Wens, il-Bord Mediku jara wkoll jekk il-pazjent hux kostrett jgħaddi ħajtu f’sodda jew f’siġġu tar-roti sabiex l-applikant jikkwalifika għal din il-pensjoni. Skemi ohrajn ser jitthabru fix-xhur li gejjin.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (individwi jew kumpaniji) li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, Segretarjat Parlamentari jew entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu fl-aħħar 12-il xahar? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq l-Mejda tal-Kamra. (Informazzjoni Addizzjonali - Ara dokument PL 5643 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 299, it-Tnejn, 12 ta' Ottubru 2015)

Awtorità tad-Djar — Rikonoxximent bħala inkwilin - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ minn naħa tal-Awtorità tad-Djar li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward rikonoxximent bħala inkwilin u rigward xogħlijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, irid jitressaq quddiem l-Ad Hoc Committee sabiex jiġi determinat għandhiex tiġi aċċettata t-talba li qiegħed iressaq, bħal kif isir f’kull każ ieħor.

Arretrati – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xi arretrati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie rivedut u se jitħallas l-arretrati.

Home Visit – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anzjana li tgħix waħedha u tixtieq li ssir home visit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jagħmel Home Visit meta l-klijent jagħmel kuntatt mas-Social Work Unit fi ħdan id-Dipartiment biex b’hekk isirlu appuntament ma’ Social Worker li jmur/tmur fuq il-post

Tfal Maltin li ġew addottati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tfal Maltin li ġew addottati bejn Awwissu 2014 u Awwissu 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi bejn Awwissu 2014 u Ġunju 2015 kien hemm 5 addozzjonijiet ta' tfal Maltin.

FSWS – laqgħat ta’ konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta’ konsultazzjoni saret u ma’ min ikkonsulta l-Gvern fit-tħejjija għal hekk imsejjħa riforma fil-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) li tinkludi Aġenzija mmexxiha mill-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-laqgħat ta' konsultazzjoni ma' dawk kollha involutgi għadhom għaddejjin.