Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar tal-Onkoloġija — parkeġġ għall-ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13203, jista’ l-Ministru jgħid jekk tkomplewx it-taħdidiet mal-MUMN fuq il-parkeġġ tal-Isptar tal-Onkoloġija, u jekk fl-affermattiv, x’kien l-eżitu ta’ dawn it-taħdidiet u jekk in-nuqqas ta’ qbil fuq il-parkeġġ hux qed joħloq dewmien biex il-pazjenti jibdew jieħdu l-kura fiċ-ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Gvern u l-MUMN waslu ghal qbil fuq dan ‘l fuq minn ġimgħatejn ilu.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Tobba fid-diversi Dipartimenti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13221, jista’ l-Ministru jgħid kif inhuma mqassmin it-tobba skont id-diaprtimenti differenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Inpoggi l-informazzjoni fuq il-mejda tal-kamra.

San Ġiljan – Ċentru Reġjonali għall-kura primarja – cost benefit analysis

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13218, 12343 u 8075 u ċjoè, b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6548, jista’ jagħti data meta se jitlesta l-cost benefit analysis imsemmi fit-tweġiba?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghal mistoqsija parlamentari 13218.

Barts School of Medicine — ftehim

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 13217 u 12345, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx qbil mal-KSU u l-MMSA dwar il-proġett mal-Barts School of Medicine u l-operat f’dan il-proġett u kif dan jista’ jkun qiegħed jimpatta fuqhom bħala studenti tal-mediċina?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li saru diskussjonijiet mal-MMSA fuq dan is-suggett f’aktar minn okkazzjoni wahda.

Barts School of Medicine — ftehim

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 13215, 13216, 7940 u 12341, u peress li issa l-Gvern ilu kważi sena li ħabbar dan il-proġett, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni konkreta dwar il-proġett tal-ftehim li l-Gvern għamel mal-Barts School of Medicine?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet għaddejjin.

Barts School of Medicine — ftehim

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistosijiet parlamentari 13215, 13216, 7940 u 12341, u peress li issa l-Gvern ilu kważi sena li ħabbar dan il-proġett, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni konkreta dwar fiex waslu t-taħdidiet mal-MAM f’dan ir-rigward?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tahdiet mal-MAM f’dan ir-rigward huma skedatti ghax-xhur li gejjin.

Enemalta — Annual Report u Financial Statements

Question

Jista' l-Ministru jippublika l-annual report u l-financial statements tal-2012 u 2013 tal-Enemalta peress li l-aħħar annual report u financial statement li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Enemalta huma dawk tal-2011?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta plc inħolqot tard fl-2014 u għadha ma ppubblikat l-ebda annual report u financial statement. L-istatements tal-Enemalta plc ser jiġu ppubblikati skont il-liġijiet ta’ Malta.

Kont tal-ARMS — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward żball fil-kont tal-ARMS?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie spjegat lill-persuna kkonċernata.

Sptar Mater Dei — ikel b'xejn mill-canteen tan-nurses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14471 u jgħid liema ħaddiema fl-Isptar Mater Dei huma intitolati għall-ikel b'xejn mogħti mill-canteen tan-nurses? Jista' jikkategoriza din l-informazzjoni għall-ħaddiema bil-grad tagħhom? Huwa minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Waste Management Department fl-Isptar Mater Dei ma jingħatawx dan is-servizz b'xejn? Jekk iva, x'inhi r-raġuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-onorevoli interpellant li l-informazzjoni qed tingabar

problema ta' ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14566 u jara li jsir kuntatt mal-individwu lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ biex tiġi rranġata problema tal-ilma li jżomm quddiem zebra crossing fi triq Telgħet Raħal Ġdid Paola u li qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sar kuntatt mal-persuna msemmija. Il-problema mhijiex minħabba xi infrasatruttura tal-korporazzjoni.
Leg 12 PQ #14856 Sitting 244 2015-03-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Gabbani/stands tal-festi – ġbir ta’ arloġġi temporanji tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi s-sistema jew prassi ta’ ġbir tal-arloġġi temporanji tad-dawl li jintużaw mill-gabbani/stands fil-festi wara li tintemm il-festa kkonċernata? Liema huma l-proċeduri li l-Enemalta qed tuża meta taqla’ dawn l-arloġġi temporanji tad-dawl minn fuq il-high tension wires li jkunu mqabbdin magħhom għall-użu tal-istess sidien tal-gabbani? Jekk dawn l-arloġġi jinġabru mill-istess ħaddiema tal-Enemalta, dawn fejn qed jittieħdu/jinżammu sakemm jiġu rtirati mill-istess sidien? Jista’ jgħid jekk jeżistix xi tip ta’ reġistru fejn jiġi l-individwu jiffirma li jkun ġabar dan l-arloġġ mill-uffiċċju/distrett u jekk tiġix irreġistrata l-karta tal-identità tal-istess individwu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — lista ta' assignments

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u ezercizzji oħra simili li tqabbdu mid-Dipartimenti u l-entitajiet kollha fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2014? F’kull każ, jista' jgħid: (a) X’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad; (b) Meta tqabbad; (ċ) Kemm sewa jew se jiswa; (d) Kif intgħażel il-kuntrattur; (e) Min għażel il-kuntrattur; u (f) Meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptar Mater Dei u Sptar Karen Grech — pazjenti long-term

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti long-term fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Karen Grech jistennew li jkunu trasferiti għall-faċilità oħra bejn bejn Ottubru u Novembru 2014, xahar b’xahar, fl-ahhar jum ta’ kull xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta Ottubru kien hemm 106 pazjent long term jistenna biex jiġi trasferit fl-Isptar Mater Dei u 109 fl-Isptar Karin Grech filwaqt li fix-xahar ta’ Novembru kien hemm 102 pazjent fl-Isptar Mater Dei u 111 fl-IsptarKarin Grech.

Sptar Mater Dei u Sptar Karen Grech — pazjenti trasferiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew trasferiti mill-Isptar Mater Dei u mill-Isptar Karen Grech għal kull faċilità oħra tas-servizz tas-saħħa bejn Ottubru u Novembru 2014, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni faċilità b’faċilità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Ottubru ġew trasferiti 151 pazjent minn Karin Grech u 128 pazjent minn Sptar Mater Dei. Fix-xahar ta’ Novembru ġew trasferiti 82 pazjent minn Karin Grech u 92 pazjent minn Sptar Mater Dei.

Sptar Mater Dei — Elective Surgeries

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm elective surgeries fl-Isptar Mater Dei li ġew ikkanċellati bejn Ottubru u Novembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ elective surgeries li ġew kkanċellati f’Ottubru 2014 kienu 143, filwaqt li f’Novembru 2014 kienu 109. Dawn jiġu kkanċellati għal bosta raġunijiet fosthom għaliex il-pazjent ma jkunx f’qada stabbli biex jiġi operat.

Qasam tal-kura tas-saħħa mentali – organisation chart

Question

Peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12411, il-post ta’ Chief Operations Officer tal-Isptar Mount Karmel mhux imniżżel, jista’ l-Ministru jgħid min qed jokkupa l-post ta’ CEO tas-servizz tas-saħħa mentali u jgħid ukoll x’inhi l-paga tiegħu/tagħha u l-benefiċċji kollha li għandu/ha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ic-CEO tal-Isptar Mount Karmel huwa Dr. Clifton Grima.

FMS – direttur maniġerjali – salarju u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha li għandu d-direttur maniġerjali preżenti tal-FMS li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fi ħdan l-FMS m'hemm ħadd li jokkupa l-pożizzjoni ta’ Direttur Maniġerjali.

Sptar tal-Onkoloġija — kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13199 u jgħid jekk hemmx xi kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-bini u t-tlestija tal-Isptar tal-Onkoloġija li huma in delay fix-xogħol kuntrattat lilhom? Fil-każ li hemm, jista’ jelenka min huma l-kuntratturi in delay, għal xiex kienu kkuntrattati u fiex u b’kemm qegħdin in delay?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Dipartiment tad-Dermatoloġija — rilokazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13198, jista’ l-Ministru jiċċara, bħala parti mill-pjan ħolistiku dwar l-infrastruttura tas-saħħa, fejn għandu ħsieb li jiġi rilokat id-Dipartiment tad-Dermatoloġija ġaladarba ssir il-migrazzjoni tal-operat tal-Isptar Boffa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13198.

Infermiera — postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13008 u jgħid f’liema dipartiment fl-Isptar Mater Dei, fiċ-ċentri tas-saħħa u fil-kura tas-saħħa mentali hemm postijiet vakanti għall-infermiera?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet mal-Unions biex jiġu identifikati l-postijiet vakanti.