Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li jkabbru t-tadam għall-industrija lokali tal-ipproċessar li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu?
Kemm huwa kkalkolat li jiswa l-investiment isemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-Dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' raħħala reġistrati f'Malta u Għawdex sabiex jipproduċu ġbejniet friski li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu?
Kemm huwa kkalkolat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-Dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' prodotturi ta' fniek Maltin u Għawdxin li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu?
Kemm huwa kkalkolat li jiswa l-investiment isemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-Dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa Maltin u Għawdxin li jrabbu n-naħal li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu?
Kemm huwa kkalkolat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar, 1998 sal- 5 ta' Marzu, 2000 kemm saru searches mill-AFM fuq fishing trawlers li joħorġu u jsorġu f'Xatt ir-Risq?
Kemm-il search saret? Fuq liema lanċa saret, meta saret u x'ħin saret?
F'kull każ kemm kienet 'il barra l-lanċa meta ntalbet biex terġa' tidħol 'il ġewwa? X'instab f'kull każ?
X'passi jieħu, jista' jieħu jew beħsiebu jieħu d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd biex filwaqt li l-AFM taċċerta li ma jsirx abbuż illegali minn fishing trawlers fl-istess ħin ma jispiċċawx jagħmlu harassment mill-istess trawler li f'kull tfittxija suspettata qed tispiċċa fin-negattiv?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru nkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12297, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?
Response (ZAMMIT, NINU)
Billi l-Onor. Interpellant ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni, ma għandix x'inżid mat-tweġiba li tajtu fis-seduta numru 220.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu? Kemm huwa kkalkolat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' raħħala produtturi tal-bajd frisk li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu? Kemm huwa kkalkolat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-Dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' raħħala produtturi tat-tiġieġ tas-simna li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu? Kemm huwa kkalkulat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-Dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' raħħala produtturi tal-majjal li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu? Kemm huwa kkalkulat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-Dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' raħħala produtturi tal-ħalib frisk li matul Jannar u Frar ta' din is-sena talbu għajnuna u/jew applikaw għal sussidju fuq l-investiment li se jagħmlu? Kemm huwa kkalkulat li jiswa l-investiment imsemmi u f'liema qasam ta' produzzjoni u modernizzazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali kkonċernati fid-Dipartiment biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-permessi kollha meħtieġa r-razzett li hemm fi Triq San Ġorġ, f'San Pawl il-Baħar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jippreżenta "site plan" b'indikazzjoni fejn jinsab l-imsemmi razzett ħalli b'hekk tkun tista' tingħata l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fl-irziezet tal-majjali minn spetturi tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura f'Ħaż-Żebbuġ matul is-snin 1998 u 1999? X'kienu l-irregolaritajiet li nstabu f'kull spezzjoni ta' dawn l-irziezet? Kemm ġew imħarrka sidien ta' irziezet matul dan il-perijodu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali responsabbli minn dan ix-xogħol sabiex jiġbru din l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant. Kif ikolli risposta ngħaddihilu.
Peress li l-Ministru f'mistoqsija parlamentari numru 14006, ma poġġiex fuq il-Mejda r-rapporti li saru dwar l-impatt tat-tneħħija tal-levy fuq l-importazzjoni tal-majjal, jista' l-Ministru jpoġġi dan ir-rapport?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Programm Nazzjonali għall-Adozjoni tal-Acquis, magħruf bħala "In-National Programme for the Adoption of the Acquis" (NPAA) identifika dawk l-aspetti kollha fejn għad hemm bżonn li jsiru studji speċifiċi. Hekk kif jitlestew dawn l-istudji l-NPAA jiġi kompletat u jittieħdu d-deċiżjonijiet relattivi. Mhux għaqli li tingħata nformazzjoni dwar dawn l-istudji f'dan il-waqt jew li jitqegħdu kopji fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jitlestew jew li tingħata nformazzjoni dwar ir-riżultati ta' dawn l-istudji, anke minħabba fin-natura sensittiva tan-negozjati għas-sħubija ma' l-Unjoni Ewropea ġaladarba dawn l-istudji jistgħu jservu bħala bażi għall-pożizzjoni tal-Gvern Malti f'dawn in-negozjati.
Minkejja dan kollu l-Gvern lest li jsib mod kif iżomm l-Oppożizzjoni nformata u jikkopera magħha jekk hija trid ġenwinament tipparteċipa fil-proċess tat-tħejjija tal-pożizzjoni tagħna għan-negozjati u tat-tibdil li jkun jinħtieġ li jsir sabiex aħna nadottaw l-acquis.
Peress li l-Ministru f'mistoqsija parlamentari numru 14005, ma poġġiex fuq il-Mejda r-rapporti li saru dwar l-impatt tat-tneħħija tal-levy fuq l-importazzjoni tat-tjur, jista' l-Ministru jpoġġi dan ir-rapport?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Programm Nazzjonali għall-Adozjoni tal-Acquis, magħruf bħala "In-National Programme for the Adoption of the Acquis" (NPAA) identifika dawk l-aspetti kollha fejn għad hemm bżonn li jsiru studji speċifiċi. Hekk kif jitlestew dawn l-istudji l-NPAA jiġi kompletat u jittieħdu d-deċiżjonijiet relattivi. Mhux għaqli li tingħata nformazzjoni dwar dawn l-istudji f'dan il-waqt jew li jitqegħdu kopji fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jitlestew jew li tingħata nformazzjoni dwar ir-riżultati ta' dawn l-istudji, anke minħabba fin-natura sensittiva tan-negozjati għas-sħubija ma' l-Unjoni Ewropea ġaladarba dawn l-istudji jistgħu jservu bħala bażi għall-pożizzjoni tal-Gvern Malti f'dawn in-negozjati.
Minkejja dan kollu l-Gvern lest li jsib mod kif iżomm l-Oppożizzjoni nformata u jikkopera magħha jekk hija trid ġenwinament tipparteċipa fil-proċess tat-tħejjija tal-pożizzjoni tagħna għan-negozjati u tat-tibdil li jkun jinħtieġ li jsir sabiex aħna nadottaw l-acquis.
Peress li l-Ministru f'mistoqsija parlamentari numru 14007, ma poġġiex fuq il-Mejda r-rapporti li saru dwar l-impatt tat-tneħħija tal-levy fuq l-importzzjoni ta' l-agro-industrija, jista' l-Ministru jpoġġi dan ir-rapport?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Programm Nazzjonali għall-Adozjoni tal-Acquis, magħruf bħala "In-National Programme for the Adoption of the Acquis (NPAA) identifika dawk l-aspetti kollha fejn għad hemm bżonn li jsiru studji speċifiċi. Hekk kif jitlestew dawn l-istudji l-NPAA jiġi kompletat u jittieħdu d-deċiżjonijiet relattivi. Mhux għaqli li tingħata nformazzjoni dwar dawn l-istudji f'dan il-waqt jew li jitqegħdu kopji fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jitlestew jew li tingħata nformazzjoni dwar ir-riżultati ta' dawn l-istudji, anke minħabba fin-natura sensittiva tan-negozjati għas-sħubija ma' l-Unjoni Ewropea ġaladarba dawn l-istudji jistgħu jservu bħala bażi għall-pożizzjoni tal-Gvern Malti f'dawn in-negozjati.
Minkejja dan kollu l-Gvern lest li jsib mod kif iżomm l-Oppożizzjoni nformata u jikkopera magħha jekk hija trid ġenwinament tipparteċipa fil-proċess tat-tħejjija tal-pożizzjoni tagħna għan-negozjati u tat-tibdil li jkun jinħtieġ li jsir sabiex aħna nadottaw l-acquis.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tat-tadam u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire, u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali ta' l-imbid u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire u liema huma dawk l-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-ħaxix frisk u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire, u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-position paper dwar id-diversi setturi tal-agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal MEUSAC. L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.
B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjon Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-frott frisk u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire, u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?