Legislature:
Category:
Reset
Active:

Green Wardens — Uniformijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dress code tal-green wardens hux speċifikat jekk wardens irġiel huwiex permess jilbsu l-misluta fuq xofftejhom, waqt il-qadi ta' dmirijiethom?

Response (BORG, TONIO)

Qed nassumi illi l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-ispetturi ambjentali. Billi dawn jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru responsabbli għall-ambjent, nitlob lill-Onor. Membru jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Lands — Każ dwar kera

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tiġi mċaħħda milli tħallas il-kera, wara li din għamlet xi żmien imsiefra fuq mard ma' żewġha li issa miet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta' l-Artijiet mhux qiegħed jaċċetta l-kera tal-fond in kwistjoni fuq direttiva tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Imtarfa — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru fl-Imtarfa matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt: Serq20012002200320042005 Minn vetturi42855 Minn residenzi12404 Minn stabbilimenti kummerċjali11111

Rabat — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru fir-Rabat matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt: Serq20012002200320042005 Minn vetturi103119103107167 Minn residenzi1422241828 Minn stabbilimenti kummerċjali817482

Imġarr — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru fl-Imġarr matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt: Serq20012002200320042005 Minn vetturi6156917 Minn residenzi33614 Minn stabbilimenti kummerċjali55113

Ħaż-Żebbuġ — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru f'Ħaż-Żebbuġ matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt: Serq20012002200320042005 Minn vetturi2930453349 Minn residenzi1313141423 Minn stabbilimenti kummerċjali8111035

Mellieħa — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru fil-Mellieħa matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt: Serq20012002200320042005 Minn vetturi7459496493 Minn residenzi3236223179 Minn stabbilimenti kummerċjali26732

Qawra — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru fil-Qawra matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt: Serq20012002200320042005 Minn vetturi7360634563 Minn residenzi3413231325 Minn stabbilimenti kummerċjali871353

Pulizija — Rimi ta' Skart barra

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, jew aħjar sal-21 ta' Marzu 2006, kemm kien hemm nies li nqabdu jitfgħu żibel jew skart ieħor barra kontra l-liġi? F'liema lokalita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u l-21 ta' Marzu ta' din is-sena il-Pulizija qabdet 10 persuni bi ksur ta' l-Att dwar Żibel u Skart. Dawn kienu fil-Belt, Dwejra, Salini, Msida, Qormi, Żejtun u Ħal Għaxaq. Għal dak li jirrigwardja l-Kunsilli Lokali ninsab infurmat illi din is-sena, sal-21 ta' Marzu, ingħataw 460 ċitazzjonijiet lin-nies li nqabdu jitfgħu żibel jew skart ieħor barra kontra l-liġi. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi il-lokalitajiet fejn dawn iċ-ċitazzjonijiet ingħataw.

Qrati — Medjaturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17980, peress li mit-tabella li tqiegħdet fuq il-mejda tal-Kamra jirriżulta li f'Għawdex qed ikollna ħames sigħat biss medjazzjoni fil-ġimgħa u peress li hemm bżonn ta' iktar sigħat fil-ġimgħa, jista' il-Viċi Prim Ministru jindirizza din il-problema kemm jista' ikun malajr?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta' siegħat ta' medjazzjoni fil-ġimgħa iddedikat għall-medjazzjoni f'Għawdex huwa suffiċjenti għan-numru ta' każi li hawn pendenti fi stadju ta' medjazzjoni. Fil-fatt, medjaturi f'Malta li jaħdmu l-istess numru ta' siegħat bħall-medjatriċi f'Għawdex għandhom l-istess workload u qed isibuh suffiċjenti sabiex jespletaw is-seduti li għandhom.

Uffiċċju Konġunt — Fidi ta' ċens

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet it-talba quddiem il-Joint Office biex persuna mill-Gudja li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jifdi ċ-ċens temporanju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proċess ta' verifikazzjoni dwar il-proprjeta' in kwistjoni wasal biex jiġi finalizzat biex b'hekk tkun tista' issir pjanta tal-fond bl-iskop li l-proprjeta' tiġi reġistrata. L-Uffiċċju Konġunt qed jagħmel l-aħjar li jista' biex jiffinalizza l-proċeduri fuq imsemmija li huma neċessarji biex ikun jista' jsir il-kuntratt ta' fidi ta' ċens.

Lands — Possession & use

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond fil-Birgu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex milqut bil-liġi possession & use? Jista' jinxtara? X'inhi l-proċedura biex wieħed jixtri dan il-fond?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-appartament in kwistjoni jifforma parti minn blokk li nbena flok bini ieħor li kien waqa' fil-gwerra u li kien ġie esproprjat taħt titolu ta' pussess u użu. Minħabba f'hekk dan l-appartament sa llum ma jistax jinbiegħ.

Fond b'requisition order

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fond f'Ħaż-Żabbar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex b'requisition order?

Response (BORG, TONIO)

Informazzjoni dwar requisition orders tista' tinkiseb mingħand id-Dipartiment għal Akkomodazzjoni Soċjali. L-Onorevoli Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministeru konċernat.

Pulizija — Persuni jsuqu taħt l-influwenza tax-xorb

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nstabu li kienu qed isuqu taħt l-influwenza tax-xorb fis-sena 2003, 2004 u 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' sewwieqa li kellhom riżultat pożittiv wara li l-Pulizija għamlitilhom it-testijiet tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta' l-alkoħol fis-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, huwa kif ġej: Sena Test pożittiv Irrifjuta jew test mhux komplut 2003 54 49 2004 48 59 2005 30 39

Kunsilli Lokali — Talbiet għal bozoz u floodlights

Question

Jista’ il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm hemm talbiet pendenti mill-kunsilli lokali għal bozoz u floodlights skond kull kunsill?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħad-Dingli — Rapport ta' Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-pulizija fuq vetturi/karozzi, djar privati u stabilimenti kummerċjali li saru f'Ħad-Dingli matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjonzi għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt: Serq20012002200320042005 Minn vetturi1995198 Minn residenzi06310 Minn stabbilimenti kummerċjali11000

Pulizija — Ċertifikati dwar mewt fuq Fetu

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn il-kummissarju tal-pulizija ma joħroġx ċertifikat tal-mewt fuq fetu qabel dan ikollu 24 ġimgħa, minkejja li d-dipartiment tas-saħħa ma jsibx oġġezzjoni li l-familja tagħti difna lill-fetu fil-qabar tal-familja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ċertifikat tal-mewt isir minn tabib u mhux mill-Kummissarju tal-Pulizija. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17736.

Gwardjani lokali — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17648 u jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-bidu ta' din is-sena s'issa mill-gwardjani lokali f'Malta u Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2006, sal-20 ta' Marzu, ingħataw 43,307 ċitazzjoni mill-Gwardjani Lokali f'Malta u Għawdex.

Weapons Advisory Board — Membri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Weapons Advisory Board u jgħid fuq liema kriterju ġew magħżula?

Response (BORG, TONIO)

Il-Weapons Advisory Board hu maħsub li jiġi mwaqqaf meta l-Arms Act tiġi fis- seħħ. Pero’ fil-preżent hemm Bord ad hoc li l-funzjoni tiegħu hu li: i) jaghti pariri lil-Kummissarju tal-Pulizija fuq il-ħruġ ta’ liċenzji; ii) li jaħdem fuq il-ligi l-ġdida sabiex ifassal regolamenti li joħorġu minn din il-liġi. Dan il-Board hu kompost minn Chairman u rappreżentanti tal-Kummissarju tal- Pulizija, ta’ l-Armata, tal-Gun Lobby u ta’ dan il-Ministeru. Dawn intagħżlu fuq bażi, sew ta’ l-esperjenza tagħhom f’dan il-qasam u dwar sigurta’, kif ukoll dwar id-delizzju.