Jista l-Ministru jara li fil-blokk nru. 10 ġewwa Gardenja Street, f'Santa Luċija, li huwa
blokk ta'
flats
proprjeta tal-Gvern, isir il-manutenzjoni neċessarja u urġenti, fosthom tikħil
u tibjid, minħabba l-istat ħażin ta' dan il-blokk ta' flats?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. Sadanittant jien infurmat li għat-tikħil tal-faċċata ngħatat l-offerta biex isir ix-xogħol bil-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament mhux qed tingħata għajnuna tal-qagħad, minkejja li ilha aktar minn erba' xhur wieqfa u għandha familja ta' sitta minn nies?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpelant ġiet mitluba diversi drabi mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex tipproduċi dokumenti meħtieġa dwar it-talba għall-għajnuna.
Minbarra li dawn id-dokumenti għadhom ma ġewx provduti, l-persuna ndikata lanqas biss marret l-Uffiċċju Distrettwali l-aħħar darbtejn li bagħtu għaliha.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk persuna ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fi żmein raġonevoli, skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali din tista' titlef id-dritt għall-benefiċċju.
Għaliex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qed ikompli bid-deċiżjoni ta' żgumbrament fiż-żewġ każijiet imsemmija meta l-inkwilini qegħdin jokkupaw dawn il-postijiet konċernati:
R.O. 17/96
R.O. 224/99
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi fiż-żewġ każi, kienu l-inkwilini stess li ma mxewx ma l-obbligazzjonijiet taghhom dwar il-kirja, u għalhekk id-dipartiment qed jiżgumbrahom.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 32457 u cioe, b'referenza għall-farming out ta' diversi korsijiet fosthom korsijiet fit-taħriġ tal-komputer, li qed tagħmel l-ETC, min huma dawk il-kumpaniji privati li ġew ikkuntrattati mill-korporazzjoni?
Kemm minnhom huma liċenzjati mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni sabiex jagħmlu dan ix-xogħol u l-fees li l-ETC qed tħallas għad-diversi korsijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni tal-persuna indikata under separate cover għar-reserved parking tintlaqa' u dan fid-dawl tal-kundizzjoni fiżika ta' l-applikanta kif ukoll minħabba l-fatt fl-inħawi parking huwa limitat ħafna u dan qiegħed joħloq inkonvenjent kbir għall-istess persuna li għandha bżonnijiet speċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna ndikata applikat darbtejn fl-4 ta' Awissu 1998 u fiz-19 ta' Lulju 2000, u darbtejn l-applikazzjoni ġiet irrifjutata. Minn wara l-aħħar applikazzjoni twaqqaf ir-Review Panel Board fuq rakkomandazzjoni tal-Ombudsman u għaldaqstant l-applikazzjoni tal-persuna msemmija ser tiġi riveduta mnn dan il-bord awtonomu, fejn id-deċiżjoni tieghu tkun finali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess s-sena l-oħra? Kemm kienu barranin u kemm kienu anqas min 16-il sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' nies li nqabdu jaħdmu mingħajr ma kellhom id-dokumenti kollha skond il-liġi, s-sena li għaddiet, kien ta' 2048.
Minn dawn kien hemm 31 minorenni u 56 persuna barranija. Il-pulizija qabdu numru ta' ħaddiema barranin oħra li kienu qed jaħdmu Malta mingħajr permess.
B'referenza għat-tagħrif mogħti fi tweġiba għall-PQ 31971, jista' jgħid x'livelli ta' literacy, kompetenzi, kwalifiki għandhom il-2693 persuna li bdew jirreġistraw għall-ewwel darba fis-sena 2001?
Jista' jagħti t-tagħrif organizzat skond is-sess, il-faxex differenti tal-eta' u separat għal Malta u Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Awtorita' tad-Djar matul is-sena li għaddiet dwar ksur minn residenti f'appartamenti tal-Gvern (jew f'appartamenti li nxtraw mingħand il-gvern) ta' regolamenti marbutin ma' dawn l-appartamenti u b'mod partikolari dwar:
a) iż-żamma ta'
pets
fl-appartamenti;
b) għeluq ta' gallariji (fuq barra);
c) obstructions fil-partijiet komuni tal-blokk, separatament?
X'passi ittieħdu f'dawn il-każi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma żżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija.
Meta jkollha lmenti dwar ksur mill-inkwilini ta' regolamenti marbutin mal-kiri jew xiri ta' appartamenti tal-Gvern, l-Awtorita' tirreferi dawn l-ilmenti lid-Dipartiment jew l-entita' konċernata bħal ma huma d-Dipartiment ta' l-Artijiet, id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali, d-Dipartiment tas-Sanita', d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar jew l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, skond il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment Bini u Tiswija ta' Djar jieħux miżuri anke short-term sabiex itejjeb il-kwalita ta' Triq l-Ibjar il-Belt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar qed jikkordina mal-Kunsill Lokali tal-Belt biex hekk kif jitlestew is-servizzi ta' dawl, ilma u drenaġġ lill-appartamenti ġodda issir it-triq u l-bankini ġodda ta' Triq l-Ibjar, Triq Sant' Ursola u Triq San Nikola madwar il-blokk il-ġdid.
Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir biex it-turġien ta' Blokk A, Ċentru Ċiviku, Triq l-Arkata, Paola li huma miksijin bl-irħam jinbidlu b'turġien apposta kontra ż-żlieq peress illi l-partijiet komuni ta' l-flats huma fuq barra u b'hekk meta tagħmel ix-xita dawn isiru ferm perikolużi u mhux l-ewwel darba wkoll li jkun hemm inċidenti fejn iweġġgħu ir-residenti jew il-viżitaturi li jkun hemm f'dan il-blokk?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-alba ta' l-Onor. Intwerpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-djar li kienu inxtraw taħt il-pilot scheme PS 1957/60 f'dawk is-snin għadhom marbutin mal-kundizzjonijiet oriġinali tal-bejgħ ta' dak iż-żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat illi taħt l-iskema ndikata l-postijiet ma kienux jinxtraw iżda l-benefiċjarji kienu jingħataw għotja biex itellgħu sular ieħor. Dan kien isir biex dan is-sular ġdid jinkera b'Lm20 fis-sena. Il-kundizzjonijiet għadhom ma tbiddlux.
Jista' l-Ministru jara li titrenġa r-railing miksura u nieqsa li hemm fit-taraġ ħdejn il-flat 6, Blk A Dr A Triq Tursin il-Bir, Sta. Luċija peress illi huwa faċli li jaqgħu tfal żgħar minn ġo dan li stain railing?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li l-każ li resaq quddiem il-bord ta' l-appell ta' familja bi tlett itfal li inqagħatilha kull għajnuna tal-qagħad jiġi konkluż peress li dawn żgur ser jbatu l-ġuħ għax ma għandhom l-ebda dħul ieħor? Jista' jintervjeni f'dan il-każ umantarju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma jirriżultax li għandha xi appell pendenti konness ma' għajnuna għall-qagħad.
B'referenza għall-farming out ta' diversi korsijiet fosthom korsijiet fit-taħriġ tal-komputer, li qed tagħmel l-ETC, min huma dawk il-kumpaniji privati li ġew ikkuntrattati mill-korporazzjoni?
Kemm minnhom huma liċenzjati mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni sabiex jagħmlu dan ix-xogħol u l-fees li l-ETC qed tħallas għad-diversi korsijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.