Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn paramediċi jaħdmu mal-gvern illum? X'tip ta' xogħol jagħmlu f'kull kategorija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Din l-informazzjoni tirrigwardja biss dawk il-paramediċi li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa li b'kollox jammontaw għal 773. Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' ma jżommx statistika dwar paramediċi oħra li jistgħu jkun qegħdin jaħdmu mal-Gvern fi ħdan Ministeri oħra..
Jista' il-Ministru jara li persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tkun tista' tiddaħħal f'San Vincenz de Paule peress li mhux possibbli li ddur bih martu minħabba problemi fiżiċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-isem tal-pazjent ġie nnotat u l-każ tiegħu sejjer jitressaq quddiem l-Admission Board, sabiex l-applikazzjoni titmexxa skond il-proċeduri.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8517, jista' il-Ministru jirrispondi l-aħħar parti tad-domanda u cioe' min hu responsabbli għal variation orders u min jiċċertifikahom għal ħlas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għal l-aħħar parti tat-tweġiba għad-Domanda 8517 tas-Seduta 180.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8206 u cioe' jista' jgħid x'inhi l-waiting list għal kull professur għal hip replacement? Kemm-il operazzjoni ta' dan it-tip isiru kull xahar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-'waiting list' għal kull Porfessur għal 'hip replacement' hija kif ġej:
Konsulent
Persuni fil-'Waiting List'
Mr. Zammit Maemple
38
Mr. Carmel Sciberras
15
Mr. Charles Grixti
53
Mr. Ivan Esposito
15
Mr. Ray Gatt
60
Mr. Anthony Bernard
78
Bejniethom isiru 9 operazzjonijiet fix-xahar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il viżita medika jingħata minn awtoritajiet tas-saħħa kull immigrant illegali li jasal? Dawn jieħdu s-servizzi mediċi fl-isptar jew f'ċentri tas-saħħa? Dawn jingħataw xi mediċini?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa jagħmel żewġ visti mediċini lil kull immigrant illegali: waħda mit-tabib tal-port (permezz tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika) u waħda miċ-Chest Unit, Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi (permezz tad-Dipartiment tal-Kura Primarja).
Dawn l-immigranti jieħdu s-servizzi mediċi fl-Isptar San Luqa u jingħataw il-mediċini skond il-bżonn.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7541 u cioe' jgħid, item, item skond l-estimi għal din is-sena, kemm kienet in-nefqa bejn Jannar u Awissu 2004 u kemm hu l-valur ta' ħlasijiet pendenti għall-istess perjodu tad-dipartiment tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7824 u cioe jgħid kemm hemm u f'liema dipartimenti qegħdin: 1) nursing aides; 2) health assistants; 3) hospital auxiliaries li qed jaħdmu mhux f'xi dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteri tas-saħħa u ta' l-anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Ministeru tas-Saħħa u Kura fil-Komunita' ma jżommx statistika dwar kemm hemm u f'liema dipartimenti qegħdin il-ħaddiema fil-kategoriji indikati u li bħalissa mhumiex jaħdmu f'xi dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteri tas-Saħħa u l-Anzjani.
Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jikseb tali informazzjoni mill-Management & Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid jekk u meta se jkunu impjegati persuni gradwati bħala Medical Laboratory Technicians fl-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ingaġġ ta' Medical Laboratory Technicians fl-Isptar San Luqa qed jiġi eżaminat flimkien ma' l-ingaġġ ta' paramediċi oħra fid-dawl tal-bżonnijiet li jeżistu f'dawn is-servizzi.
Jista' il-Ministru jara li anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tidħol fl-SVPR peress li tinsab fi stat li ma tistax tkompli tgħix waħedha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-isem tal-pazjenta ġie nnotat u l-każ tagħha sejjer jitressaq quddiem l-Admissions Board.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa għall-post ta' senior consultants fid-dipartiment tal-mediċina fl-isptar San Luqa?
Min huma s-senior consultants fid-dipartiment tal-mediċina? Jekk qatt ma ħarġet sejħa għal dawn il-postijiet, jista' il-Ministru jgħid kif intgħażlu l-konsulenti fid-dipartiment tal-mediċina għal grad ta' senior consultants?
Dawn is-senior consultants fid-dipartiment tal-mediċina qed jitħallsu xi allowances marbuta ma' dan il-grad?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-providementi fil-ftehim bejn Gvern u l-MAM dwar konsulenti li jmexxu speċjalitajiet fid-dipartiment kliniċi fis-servizz tas-saħħa, u fejn ikun meħtieġ dmirijiet amministrattivi ta' superviżjoni mill-konsulent konċernat.
L-istess ftehim bejn il-Gvern u l-MAM jistipula wkoll li talli jmexxu speċjalitajiet il-konsulenti jingħataw allowance ekwivalenti għan-nofs tas-salarju bejn skala 3 u skala 4. Il-ftehim jgħid ukoll li l-ispeċjalitajiet jiġu determinati mid-Diviżjoni tas-Saħħa. Ninsab infurmat li d-Diviżjoni dan tagħmlu wara li tikkonsulta maċ-Chairman tad-Dipartimenti kliniċi.
L-ewwel lista saret f'Ġunju 1994. Din ġiet riveduta fi Frar 1995, Settembru 1996, April 1998, Ġunju 2000, Mejju 2002, Lulju2004.
Qatt ma nħarġet sejħa għall-applikazjonijiet.
Dwar ir-reviżjoni li ġiet konkluża f'Lulju 2004, ngħid li ittieħed il-parir bil-miktub taċ-Chairmen tad-diversi dipartimenti kliniċi qabel ġiet determinata l-lista finali mid-Diviżjoni tas-Saħħa. Il-konsulenti nkarigati fid-diversi dixxiplini bħalissa huma kif ġej:
Dr.Michael A. Borġ
Infection Control
Dr.Anthony Samuel
Mediċina Nukleari
Dr.Robert Camilleri
Emerġenza
Dr.Javed Shah
Emerġenza
Dr.Marthese Licari
Anestesija(Amministrazzjoni)
Dr.David Spiteri
Anestesija(ITU)
Dr.Peter Cauchi
Anestesija(ITU)
Mr.Karl German
Uroloġija
Dr.Mario Said
ENT
Dr.Alex Aquilina
Trasfużjoni tad-Demm
Prof.Joe Azzopardi
Dijabete u Endokrinoloġija
Dr.Emanuel Farruġia
Nefroloġija u Dijaliżi
Prof.M.Cacciattolo
Mediċina Respiratorja
Dr.A.Galea Debono
Newroloġija
Prof.Carmel Mallia
Rhewmatoloġija
Dr.David Busuttil
Haematoloġija
Dr.Safraz Ali
Cytology u Mortuary Services
Dr.Chris Barbara
Viroloġija
Dr.Gerald Buħaġiar
Biokimika
Dr.Paul Cuschieri
Batterjoloġija
Dr.James Degaetano
Histopatoloġija
Dr.Joe Deguara
Laboratorju tal-Emerġenza
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati assistant care workers minn mal-privat biex jagħtu s-servizzi tagħhom fl-isptarijiet San Luqa, Monte Carmeli u Sir Paul Boffa?
Kemm hi r-rata tal-ħlas tal-kuntratturi għal kull siegħa li jaħdem kull assistant care worker?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa m'għandha l-ebda assistant care workers li qed jagħtu servizz mall-privat.
Jista' il-Minsitru jgħid liema swali, teatri, uffiċini, eċċ fl-isptar San Luqa huma eliġibbli għal ration items mill-provision stores bħal:- 1) cereali; 2) flavourtal-ħalib; 3) squash tal-larinġ; 4) ilma bbottiljat; u 5) pakketti tal-gallettini?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid, xahar b'xahar bejn l-1 ta' Novembru 2003 u l-31 ta' Ottubru 2004, kemm intnefqu mill-provision stores ta' l-isptar San Luqa fuq xiri ta' ċereali, flavour tal-ħalib; squash tal-larinġ; ilma bbottiljat u pakketti tal-gallettini? Dawn il-prodotti ħarġu sejħa għall-offerti għalihom jew jinxtraw b'mod dirett? Bejn l-1 ta' Novembru 2003 u l-31 ta' Ottubru 2004 kemm tqassmu minn dawn il-prodotti, sala, sala, teatri, uffiċini differenti, eċċ.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm kien hemm f'Malta u f'Għawdex każi ta' tuberkolosi bejn l-1996 u l-2003 u fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kien hemm każi ta' barranin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każijiet ta' Tuberkulożi rrapurtati lit-Taqsima Tħaris tal-Mard bejn is-sena 1996 sa l-aħħar ta' Ottubru 2004 huwa skond it-tabella ta' hawn taħt:
Sena
Tuberkulożi Pulmonari
Tuberkulożi Pulmonari
Tuberkulożi Mhux Pulmonari
Tuberkulożi Mhux Pulmonari
Residenti
Mhux Residenti
Residenti
Mhux Residenti
1996
14
3
8
3
1997
7
2
1
1
1998
11
1
4
-
1999
15
4
2
1
2000
15
-
2
1
2001
14
1
1
-
2002
11
8
5
-
2003
3
1
1
2
2004 (Sa l-aħħar ta' Ottubru)
4
6*
4*
1
(Dawn jinkludu każijiet li kienu oriġinati minn pajjiżi oħra. In-numru ta' każijiet indikati bi stilla jinkludu xi każijiet li għadhom pendenti.)
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' diabetiċi f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma type 1 diabetics u kemm huma type 2 diabetics?
Kemm hemm type 1 diabetics u type 2 diabetics fi gruppi ta' etajiet:
0 - 10 snin; 11 - 20 sena; 21 - 40 sena; 41 - 60 sena u 61 sena u aktar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lil dawk li jabbużaw mid-droga din is-sena u minn fejn tqassmu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li t-total ta' siringi li tqassmu lil dawk li jabbużaw mid-droga din is-sena (minn Jannar sa Awissu) huwa:
Furjana
Qormi
Gżira
Raħal Ġdid
Bormla
Mosta
Rabat
30449
12468
28618
43200
10199
12621
4491
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-HIV din is-sena u kemm kienu pożittivi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 saru 3791 test għal HIV antibodies sal-aħħar ta' Awissu fil-Virology Unit tad-Dipartiment tal- Patoloġija ġewwa l-isptar San Luqa. Minn dawn 12 irriżultaw positivi. Peress li dawn it-testijiet huma anonimi jista hemm l-istess persuna li għamlet it-test aktar minn darba.