Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19275 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Ambulanzi — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Ambulanzi? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta` Jannar 2000 sa l-10 ta` Settembru 2000 ma ngħatawx trasferimenti lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta` l-Ambulanzi.
Leg 9 PQ #20118 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Orthodentist — Appuntament

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġi appuntat orthodentist? Bdew il-proċeduri biex jiġi appuntat orthodentist ieħor?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa ser tibda l-proċeduri mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku sabiex jiġi appuntat Orthodontist. Sadanittant id-Diviżjoni qed timpjega speċjalista fuq bażi part-time li ser jaħdem sa żewġ sezzjonijiet fil-ġimgħa. Minbarra dan, speċjalista Ingliż ser jagħmel xi xogħol f'dan il-qasam fuq bażi sezzjonali.
Leg 9 PQ #20191 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Titqib — Influenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu ntitolat li jieħu t-titqiba kontra l-influwenza? Huwa veru li persuni ta' 59 sena qed tiġi rifjutata li li tingħata lilhom din it-titqiba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Persuni li huma intitolati sabiex jieħdu l-vaċċin ta' kontra l-influwenza mingħajr ħlas miċ-Ċentru tas-Saħħa huma: Persuni li huma rikoverati jew li jgħixu f'istituzzjonijiet Persuni li għandhom aktar minn 65 sena Persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa Persuni ta' kull eta' li jbatu minn: mard kroniku tal-Pulmun mard kroniku tal-Qalb mard kroniku tal-Fwied mard kroniku tal-Kliewi Ażma kronika Dijabete u Immunodeficenza
Leg 9 PQ #20057 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Inkjesti fuq Każi ta' Mwiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 10738?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qegħda tiġi aġġornata u għalhekk risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20050 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera barranin

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18777?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għal din id-domanda ngħatat f'seduta 387.
Leg 9 PQ #20003 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Qormi — Ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jgħid issa li tneħħew il-bandli minn biswit iċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi, u allura jidher li hemm area libera, hemm il-ħsieb li l-gvern jagħti spazju biex jitkabbar iċ-ċimiterju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tali suġġeriment ser jiġi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #20005 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Dental paramedics — Interviews

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minn dawk l-applikanti li kienu għamlu l-interivews għal dental paramedics fl-1997? X'sar minnu r-riżultat ta' dawn l-interviews?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-interviews li għalihom qed tirreferi l-Onor. Interpellant kienu saru lill-persuni li applikaw għal sejħa li kienet ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tat-2 t'Awissu 1996 għal dħul fil-kors ta' taħriġ għal Paramedic Aides, li jinkludu Chairside Assistants fid-Dentistrija. Ir-riżultat ta' dawn l-interviews baqa' ma ġiex ippubblikat minħabba li nbdew proċeduri kriminali kontra żewġ persuni li wieħed minnhom kien iċ-Chairman tal-Bord tal-Ghażla dwar allegazzjoni ta' tbagħbis fl-insemmi riżultat. B'sentenza tal-Qorti mogħtija fit-13 ta' Lulju 2000 ġie mittiefes. Ghaldaqstant id-Dipartiment qed jitlob parir kif għandu jipproċedi.
Leg 9 PQ #20019 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tad-Dipartiment tas-Saħħa tul l-1998, 1999 u sa' l-1 ta' Ottubru, 2000 fuq drugs, medical instruments, u disposable items separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20020 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — MRSA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' MRSA xahar b'xahar tul l-1999, 2000 sa l-aħħar ta' Settembru 2000? Ġie ddentifikat xi każ s'issa (f'Malta) li kien reżistenti għal vancomycin? Kemm-il każ kien hemm f'Għawdex tul l-istess perijodu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Każijiet ta` MRSA li ġew irraportati mill-isptarijiet u kliniċi tal-gvern ġewwa Malta u Għawdex matul is-snin 1999 u 2000 hija kif ġej: MALTA GĦ AWDEX January-99 41 0 February-99 61 4 March-99 52 2 April-99 47 6 May-99 54 4 June-99 39 3 July-99 33 1 August-99 46 1 September-99 28 2 October-99 32 3 November-99 32 1 December-99 34 0 January-00 38 8 February-00 52 5 March-00 52 0 April-00 52 1 May-00 58 2 June-00 35 0 July-00 45 0 August-00 51 1 September-00 17 1 Ma kien hemm l-EBDA każ reżistenti għall-vancomycin.
Leg 9 PQ #19243 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Zammit Clapp? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 fl-Isptar Zammit Clapp ma ngħataw ebda trasferimenti lill-ħaddiema. Moviment intern ġo l-Isptar Zammit Clapp hu prerogattiva tal-'management' u jsir skond l-esiġenzi tas-servizz tal-isptar .
Leg 9 PQ #19918 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptarijiet - Drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' drug overdose li ddaħlu l-isptar? Kemm minhom mieta jew nstabu mejta? Kemm minhom kienu nisa u kemm minhom kienu rġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tul dawn l-aħħar sentejn irrispondejt regolarment għal din it-tip ta` domanda. Għalhekk nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti li tajt jew inkella jispeċifika għall-liema perijodu qiegħed jirreferi.
Leg 9 PQ #19960 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pilloli Aspirin

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-pilloli Aspirin enteric coated tab u l-pilloli Zoccer 20mg humiex out of stock fl-Isptar San Luqa? Jekk fl-affermattiv x'passi qiegħed jieħu l-gvern? Jekk le, meta kienu out of stock? Jista' jgħid ukoll meta huwa maħsub li dan il-proġett ikun kompletament lest?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta ser tingħata aktar tard peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #19963 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Zammit Clapp — Anzjan

Question

Jista' l-Ministru jara li anzjan, li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jinsab f'St Lukes Hospital, Gwardamanga u qiegħed jistenna biex jagħmel xi ġranet f'Zammit Clapp jintbagħat mill-aktar fis possibbli, mingħajr dannu għal persuni oħra peress li issa ilu jistenna ħafna żmien?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif għidt diversi drabi, kont mogħti parir li informazzjoni tingħata biss jekk il-persuna li dwarha qed issir id-domanda parlamentari, tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub. Il-kunsens irid jispeċifika liema nformazzjoni trid tingħata. Tali kunsens għandu jiġi mgħoddi lid-Diviżjoni tas-Saħħa mad-Domanda.
Leg 9 PQ #19242 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Boffa? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta` Jannar 2000 sa l-10 ta` Settembru 2000 saru 18 trasferimenti lill-ħaddiema ta` l-isptar Boffa. Minnhom 15 ntalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #19535 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar St. James — MRI scans

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru MRI scans fl-Isptar St. James sena, sena fl-1997, 1998, 1999 u 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pazjenti li ntbagħtu għall-MRI Scans mid-Dipartiment tas-Saħħa f'St. James Hospital kien:- 1997 - 225 1998 - 328 1999 - 485 2000 - 162 ________________ TOTAL - 1200 _________________ Minn mindu bdew isiru l-MRI Scans fl-Isptar San Luqa fil-11 ta' April ta' din is-sena sat-3 ta' Ottubru saru 832 proċeduri ta' MRI Scans - jiġifieri jekk pazjent kellu bżonn Scan ta' rasu u ieħor ta' dahru jitqiesu bħala żewġ proċeduri.
Leg 9 PQ #19691 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Komunita' Islamika — Ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tat-talba tal-komunita' Islamika f'Malta sabiex isir ċimiterju għall-għanijiet tal-komunita' msemmija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19691, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni dwar sit għal bżonn tal-komunita' Islamika bħala Ċimiterju, ġiet ikkunsidrata mill-"General Services Board", fejn ġie deċiż li ma hemm l-ebda oġġezzjoni għal din l-applikazzjoni fir-rigward ta' Saħħa Pubblika. Għaldaqstant nissuġġerixxi li tali mistoqsija għandha tiġi referuta lill-Ministru responsabbli mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar peress li hija neċessarja l-approvazzjoni minn tali Awtorita'.
Leg 9 PQ #19882 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Servizz awdjoloġiku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5825?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma jinżammux records dettaljati ta' kemm persuni jingħataw servizz awdjoloġiku, iżda l-etajiet ivarjaw minn trabi ta' ftit xhur sa anzjani. Is-servizz jinkludi eżamijiet kliniċi u testijiet biex tiġi stabbilita r-raġuni ta' nuqqas ta' smiegħ għal kulħadd. Il-fornitura ta' hearing aids u ear moulds hija b'xejn għal min jikkwalifika għal dan is-servizz (i.e. (i) tfal kollha taħt is-sittax-il sena, u (ii) persuni adulti bil-karta roża). Dwar ear moulds u fornitura ta' hearing aids niddependu fuq servizzi ta' kumpaniji barra mill-pajjiż. L-istennija għal ear moulds hija ta' madwar sitt ġimgħat. Għandna stokk adegwat u varjat biżżejjed biex naqdu pazjenti li jinħtieġu hearing aid b'mod immedjat ħlief f'każijiet eċċezzjonali li jkunu jinħtieġu xi għamla partikolari speċjali. F'dawn il-każijiet jingħata hearing aid temporanju sakemm jasal dak indikat li normalment jieħu sitt ġimgħat biex jiġi minn barra minn Malta. Id-Dipartiment jagħmel minn kollox biex jiżgura li l-kwalita' tal-prodott/servizz tkun waħda ta' livell għoli.
Leg 9 PQ #19837 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini — Tqassim

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux issir xi studju dwar is-sistema tat-tqassim tal-mediċini u fuq il-kartuna s-safra u roża? Min qed jagħmel dan l-istudju/eżerċizzju u meta hemm maħsub li dan jitlesta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-preżent ma hu għaddej l-ebda studju fuq it-tqassim tal-mediċini u fuq l-kartuna s-safra u r-roża.
Leg 9 PQ #19204 Sitting 388 2000-10-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Monte Carmeli? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mill-5 ta` Jannar 2000 sal-10 ta` Settembru 2000 ngħataw 10 il-trasferiment lill-ħaddiema ta` l-isptar Monte Carmeli. Minnhom 7 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru minħabba l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #19680 Sitting 388 2000-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena? X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom? X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bejn l-1 ta' Jannar 1999 u t-30 ta' Settembru 2000 kien hemm sittax (16)-il każ ta' serq li ġew irrapportati lill-Pulizija għall-investigazzjoni. Wieħed (1) minnhom kien jinvolvi valur ta' iżjed minn Lm500 u ħmistax (15) ta' inqas minn dan l-ammont.