Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9572 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-VAT — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju tal-VAT? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-27 t April 1999 sal-15 ta Settembru 1999 kien hemm impjegat wieħed biss li fis-17 ta Mejju 1999 ġie trasferit mid-Dipartiment tal-VAT għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. It-trasferiment sar fuq talba ta l-uffiċċjal. Għalkemm in-numru ta trasferimenti jigżamm limitat kemm jista jkun, dejjem jistgħu jinqalgħu ċirkustanzi fil-futur li jkunu jirrikjedu li jsir xi trasferiment.
Leg 9 PQ #11738 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

EIB — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ġie ffirmat mal-Bank of Investment (EIB) għall-iffinazjar ta' proġetti f'Malta matul dawn l-aħħar 12-il sena? Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar dawn il-kuntratti nkluż id-dati meta ġew iffirmati, l-ammont ta' flus miftiehem, kif iridu jitħallsu lura, fuq liema proġetti ntużaw u x'kondizzjonijiet speċjali oħrajn ġew miftiehma?

Response (DALLI, JOHN)

F`dawn l-aħħar 12-il sena il-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) u l-Awtoritajiet Maltin iffirmaw disa` kuntratti għall-iffinanzjar ta` proġetti f`Malta. Dettalji kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma kif jidhru fit-tabella mehmuża ma` din ir-risposta. Il-kundizzjonijiet miftiehma huma dawk li wieħed normalment isib f`kull ftehim ta` din ix-xorta li fih jingħata self mill-EIB. Kif jaf sew l-Onorevoli Interpellant fil-każ tal-proġett Sewerage II, l-EIB għamlu tliet kundizzjonijiet speċjali: 1. li jitwaqqaf Accounting System komprensiva fid-Dipartiment tad-Drenaġġ; 2. li fi żmien raġonevoli kellha ssir tariffa fuq l-istess servizz; u 3. li d-Dipartiment kellu jiġi korporizzat billi jingħaqad mal-Korporazzjoni tal-Ilma. Is-Self miftiehem għall-dan il-proġett partikolari fil-fatt mhux ser jittieħed għar-raġunijiet li ġa tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 11434 imressqa mill-istess Interpellant.
Leg 9 PQ #9561 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-MFSC mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk mpjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Hemm żewġ ħaddiema ġodda fid-Dipartiment. L-applikazzjonijiet ħarġu f`Marzu u April 1999. It-tielet parti tal-Mistoqsija mhiex applikabli.
Leg 9 PQ #9562 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bank Ċentrali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

a. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-27 t April 1999 sal-15 ta Settembru 1999, ma ġew imjegati l-ebda persuni ġodda mal-Bank Ċentrali. b. Xejn. c. Xejn.
Leg 9 PQ #9563 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Bank Ċentrali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu bejn is-27 t April 1999 sal-15 ta Settembru 1999, ingħataw sittax-il trasferiment lill-ħaddiema tal-Bank Ċentrli. Dawn it-trasferimenti li saru għal raġunijiet konnessi ma esiġenzi tax-xogħol, laħqu wkoll l-iskop li l-impjegati jingħataw ċans jaħdmu xogħol differenti biex jiżviluppaw il-karriera tagħhom. Dawn it-trasferimenti minn dejjem kienu jsiru fil-Bank u jibqgħu jsiru anke fil-futur.
Leg 9 PQ #9564 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu Pubbliku — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu msemmi ebda mpjegat ġdid ma ġie mħaddem mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku.
Leg 9 PQ #9565 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu Pubbliku — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħataw ebda transfers mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku fil-perjodu ta` bejn is-27 ta`April, 1999 u l-15 ta` Settembru, 1999. Ma hemm ebda ħsieb li fil-futur qarib immedjat jsiru xi transfers minn dan id-Dipartiment.
Leg 9 PQ #9566 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ma kien hemm l-ebda impjegati ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mis-27 ta` April sal-15 ta` Settembru 1999. Kien hemm transfer ta` uffiċċjal pubbliku wieħed minn Dipartiment ieħor f`dan il-perjodu.
Leg 9 PQ #11600 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Borża ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal il-bini ta' Borża ġdida ġewwa l-Belt fuq Kastilja u kemm flus s'issa ġew minfuqa fuq dan?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ix-xogħol strutturali li qed isir fuq il-Garrison Church għall-użu tal-Borża ta` Malta beda f`Ġunju li għadda. L-ewwel fażi kienet tikkonsisti fit-tneħħija tal-ħitan diviżorji eżistenti u xogħol ieħor preparatorju li kien jinkludi l-iskafolding li sar fil-Castille Chambers biex iservi ta` support għaċ-Chambers stess kif ukoll għall-bini. Preżentement waslet biex titlesta l-eżkavazzjoni tas-sit u beda x-xogħol tat-tħaffir fil-Barrakka ta` Fuq biex ikunu jistgħu jgħaddu s-servizzi. Dan ix-xogħol mistenni jispiċċa lejn l-aħħar ta` Diċembru 1999. Hu maħsub li f`Jannar jibda x-xogħol fuq l-istruttura prinċipali minn ġewwa. S`issa ntefqu madwar Lm90,000 fuq il-bini l-ġdid tal-Borża. Dan jinkludi ħlas fuq ix-xogħol li sar u fees tal-periti u konsulenti oħra. Il-proġett kollu li jinkludi r-restawr tal-bieb prinċipali tal-Barrakka (main gate) u l-ispostjar tal-latrini li jinsabu fl-entratura ser jiswa madwar Lm1 miljun, minbarra l-VAT li hi stmata madwar terz ta` miljun.
Leg 9 PQ #11602 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Importazzjoni temporanja

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm għandu f'idejh flus preżentement il-kontrollur tad-Dwana li ġew riċevuti taħt is-sistema ta' l-hekk imsejħa importazzjoni temporanja u liema huwa l-ixjeħ depożitu li sarlu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`hux possibbli li tingħata informazzjoni dwar l-ammont ta` flus li għandu f`idejh preżentement il-Konrollur tad-Dwana fuq importazzjoni temporanja billi d-depożiti li jinġabru għal diversi raġunijiet, jidħlu f`akkont wieħed. Minbarra depożiti fuq importazzjoni temporanja, hemm dawk fuq valwazzjoni, fuq merkanzija minn emigranti sakemm jippreżentaw id-dokumenti meħtieġa, fuq oġgetti li jkunu jeħtieġu ċertifikati minn Dipartimenti oħra tal-Gvern, fuq importazzjonijiet li fuqhom ikun jonqos iċ-ċertifikat ta` oriġini (EUR 1) u xi depożiti oħrajn. Normalment, depożiti fuq importazzjonijiet temporanji jitgħaddew għall-erarju minn żmien għal żmien meta l-proċess ta` ri-esportazzjoni ta` l-oġġetti ma jseħħx.
Leg 9 PQ #11603 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Belt Valletta — Dwana

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-bini tad-Dwana ġewwa x-xatt tal-Belt jiġi vvakat mill-kontrollur tad-Dwana billi l-ewwelnett l-ispazju huwa inadegwat għall-ħaddiema u t-tieni nett għax il-valur storiku tal-post jitlob li jkollu użu aħjar?

Response (DALLI, JOHN)

S`issa ma nħassx il-bżonn li l-bini tad-Dwana jkun ivvakkat iżda l-punti mqajma mill-Onorevoli Interpellant jittieħdu inkunsiderazzjoni meta u jekk jinbidlu xi ċirkustanzi.
Leg 9 PQ #11689 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Self-employed — Wage brackets

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkunu l-wage brackets għal finijiet ta' bolla li fuqhom se jħallsu s-self-employed mis-sena d-dieħla skond it-tip ta' xogħol li jagħmlu? Kemm se jħallsu bolla skond kull bracket u skond kull tip ta' xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif għedt fid-diskors tal-budget, il-brackets se jitneħħew u minflokhom se tidħol rata ta` 15% fuq id-dħul, sal-massimu ta` dħul stabbilit għal min hu mpjegat.
Leg 9 PQ #11730 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

Tarzna — Ħaddiema

Question

Jista'l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11219 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u cioe': Peress li dan l-aħħar il-General Workers Union qalet li ma kenitx lesta li taċċerta ħlas ta' arretrati lill-ħaddiema tat-Tarzna f'forma ta' bonus, jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux veru lil-istess GWU aċċettat din il-kondizzjoni f'każijiet simili imma f'kumpanniji oħra tal-Gvern? Jekk fil-pożittiv, jista' l-Ministru jispeċifika għal-liema każi l-union aċċettat dawn il-kondizzjonijiet u jgħid x'qed iwassal lil union issa ma taċċettax din il-ħaġa għal ħaddiema tat-Tarzna?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-kwistjoni ġiet riżolta bil-ftehim li ntlaħaq fuq il-ftehim kollettiv tat-Tarzna.
Leg 9 PQ #11765 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — World Bank

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-ko-operazzjoni mal-World Bank minn Settembru 1998 'il quddiem?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għajnuna mgħotija mill-World Bank f`qafas ta` ko-operazzjoni wara Settembru 1998 kienet tikkonsisti fi: a. pprovista ta` assistenza teknika fl-iżviluppi ta` programm komprensiv ta` privatizzazzjoni. b. pprovista ta` assistenza teknika lill-Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Riforma fil-Ħarsien Soċjali biex tiżviluppa `acturial model`.
Leg 9 PQ #9560 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-MFSC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tweġiba hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #9552 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-Budget — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Uffiċċju tal-Budget mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma` l-Uffiċċju tal-Budget fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #9553 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-Budget — Trasferimenti

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju tal-Budget? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ma ngħataw ebda trasferimenti mill-Uffiċċju tal-Budget fil-perjodu msemmi. Kif jaf l-Onorevoli Interpellant it-traserimenti fis-servizz pubbliku huma suġġetti għall-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #11313 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Retail Investment Services — Investor compensation scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa skedat li tiġi estiża l-investor compensation scheme lill-providers tar-retail investment services kif ukoll li tiġi stabbilita l-iskema tal-protezzjoni tad-depożiti lid-depożitanti tal-banek?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għar-rigward tal-iskema ta` investor compensation li tkun tkopri l-operaturi fis-settur retail tas-servizzi ta` investiment, kif ukoll l-iskema tal-protezzjoni tad-depositi lid-depositanti tal-banek, il-programm preżenti tal-Gvern hu li jitlesta il-qafas legali fl-2001.
Leg 9 PQ #11324 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

EU — Public Procurement

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9988, jista' l-Ministru jgħid, bl-introduzzjoni tad-direttivi speċifiċi ta' l-Unjoni Ewropa dwar public procurement, x'tibdil se jkollu jsir f'dan ir-rigward fil-proċeduri wżati Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta tagħmel riferenza għall-mistoqsijiet numru 9987 u 9988. Issa jrid isir eżerċizju, u b`riżultat ta` dan jittieħdu l-miżuri u jsiru l-emendi meħtieġa fir-regolamenti jew fil-liġijiet eżistenti, biex dawk il-public authorities u public undertakings li s`issa għadhom mhux qed japplikaw imma li jinħtieġu japplikaw b`mod sħiħ l-imsemmija regolamenti, jibdew jagħmlu dan. Irrid ngħid li anke l-Kunsilli Lokali jridu jaddottaw dawn il-proċeduri fejn jidħlu sejħiet għall-offerti li jilħqu jew jaqbżu t-thresholds li kont indikajt f`risposti oħra. Il-proċedura tar-rimedju li jipprovdu il-Public Service (Procurement) Regulations 1996 trid jew tinbidel radikalment fis-sens li jinħoloq xi tribunal ad hoc biex jisma u jaqta` l-objezzjonijiet jew (u dan possibli wkoll) isiru xi emendi fil-proċedura eżistenti li bihom dawk li ma jaqblux mad-deċiżjoni (li s`issa hija finali) tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti u tad-Direttur tal-Kuntratti ikollhom il-possibilita li jappellaw. Din il-materja bħalissa qed tiġi studjata ma` l-Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika għax fiha aspetti legali.
Leg 9 PQ #11360 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ftehim bejn il-gvern u t-tarznari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa lill-gvern, f'żieda fil-pagi, wara l-ftehim milħuq bejn il-gvern u t-tarznari dan ix-xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.