Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li jitbajjad il-flat ta' Door C, Scheme 2, Paola Hill, Raħal Ġdid minħabba l-istat abbandunat li jinsab fih?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar ser jispezzjona l-post indikat mill-Onor. Interpellant biex jiġi determinat ix-xogħol meħtieġ.

Sigurta' Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-appell ta' persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li m'għandu l-ebda dħul ieħor? Jista' dan is-sinjur jiġu nformat bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandha ebda appell pendenti quddiem l-Arbitri maħtura skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Jekk l-appell li rrefera għalih l-Onor. Interpellant hu quddiem il-Bord Nazzjonali dwar l-Impjieg, nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar bonus

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, irċeviet bonus ta' Lm42.23,9 minflok ta' Lm58? Tista' din l-anzjana tiġi nformata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar relief

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' appell dwar relief tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandha ebda appell pendenti quddiem l-Arbitri maħtura skond l-att dwar is-Sigurta' Soċjali. Jekk l-appell li rrefera għalih l-Onor. Interpellant hu quddiem il-Bord Nazzjonali dwar l-Impjieg, nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Djar — Applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista’ il-Ministru tikkwantfika n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond il-belt/raħal ta' l-applikant?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar — Applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista’ il-Ministru tikkwantfika n-numru ta' applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni alternattiva li ġew milqugħa minn applikanti minn Raħal Ġdid, Tarxien, Għaxaq, Marsa, Gudja u Sta Luċija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7251 f'Seduta Numru 200, nitolbu jispeċifika l-perijodu li dwaru qed intalab l-informazzjoni fil-Mistoqsija odjerna.

Djar substandard

Question

Tista’ il-Ministru tikkwantfika n-numru ta' djar substandard, maqsuma għal Malta u Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ebda Dipartiment jew entita' taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għan-numru ta' applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva minn postijiet sub-standard, ninsab infurmata li n-numru hu 342 f'Malta u 2 f'Għawdex.

Servizz care and repair

Question

Tista' il-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex persuna mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija anzjana u marida tibbenefika mis-servizz care and repair ta' l-awtorita' ta' djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma rċeviet ebda talba mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Minkejja dan l-Awtorita’ ser tieħu passi biex tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li persuna minn Ħal-Luqa li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'post tal-gvern ibiddel ma' post ieħor f'Birżebbuga?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Dipartiment tal-maintenance and construction

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk id-dipartiment tal-maintenance and construction tal-gvern għamilx spezzjoni biex jara l-kundizzjoni tas-saqaf tal-fond tal-gvern fil-Kalkara li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar spezzjona l-fond indikat mill-Onor. Interpellant u l-ħsara ser tissewwa mill-istess Dipartiment fil-futur immedjat.

Xiri ta' fond tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat biex tixtri l-fond tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-talba li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant waslet għand l-Awtorita’ tad-Djar fid-9 ta’ Novembru 2005. L-Awtorita’ talbet l-approvazzjoni biex isir il-bejgħ mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet, bħala d-Dipartiment responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ appartamenti mikrija mingħand il-Gvern. L-Awtorita’ ser tieħu wkoll passi biex tispezzjona l-fond biex jiġi stabbilit il-prezz.

Awtorita' tad-djar — Serviżz tal-care and repair

Question

Tista' il-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex anzjan b'diżabilita' mill-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mis-servizz care and repair ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma rċeviet ebda talba mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Minkejja dan l-Awtorita’ ser tieħu passi biex tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Każ ta' housing

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tinvestiga l-każ urġenti ta' housing ta' familja li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament li toqgħod f'post bi strutturi perikolużi li spiss jiġi flooded bl-ilmijiet li jidħlulhom fil-maltemp?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mill-familja ndikata mill-Onor. Interpellant.

Każ ta' problema bid-drenaġġ

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15565, 15722 u 15923 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, tista' il-Ministru tara kif tista' tiġi rranġata l-problema tad-drenaġġ li għandha koppja anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li toqgħod fi flat isfel u li ta' kull ġimgħa qed ikollha problemi bid-drenaġġ, tant li qed ikollha tqabbad ħaddiem privat biex jirrimedja s-sitwazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga.

Tfal neqsin mis-smiegħ

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex żewġt itfal li huma neqsin mis-smiegħ u li jagħmlu użu mill-cochlear implant biex tgħinhom jisimgħu ma ngħatawx għajnuna biex jixtru apparat bżonjuż ħafna, filwaqt li tlett itfal oħra li huma wkoll neqsin mis-smiegħ u li jużaw il-hearing aids ingħataw l-għajnuna biex jixtru l-istess apparat, anke jekk dawn applikaw wara ż-żewġt itfal imsemmija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' talloka somma ta' Lm62,000 fis-sena li tkopri servizz ta' Għajnuniet Speċjali biex tgħin persuni b'diżabilita' jixtru apparat li jgħinhom jgħixu ħajja aktar indipendenti. Peress li l-valur tat-talbiet ikun akbar mis-somma allokata, il-Kummissjoni ħatret Bord ta' ħames persuni biex jeżamina l-applikazzjonijiet għal dan is-servizz kull xahar skond il-kriterji stabbiliti u jiddeċiedi liema għandhom jirċievu l-flus u liema għandhom jitqiegħdu fuq il-waiting list għal sena. Dawk li t-talba tagħhom ma tiġix milqugħa fi żmien sena jistgħu jerggħu japplikaw. Ninsab infurmata li l-applikazzjonijiet dwar iż-żewġt itfal li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant saru f'Jannar 2005 u qegħdin fuq il-waiting list ma 56 oħra. Jekk it-talba tagħhom ma tkunx intlaqgħet sa Jannar li ġej, jistgħu jerġgħu japplikaw.

Kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-kriterji ta' kif tingħata l-għajnuna lil dawn in-nies bi bżonnijiet speċjali mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ tipprovdi diversi servizzi u għajnuna għall-persuni b’diżabilita’ li huma suġġetti għal kriterji differenti. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-Servizz Għajnuniet Speċjali, ninsab infurmata li l-Bord li jeżamina l-applikazzjonijiet jikkunsidra: · il-ħtieġa tal-għajnuna; · ir-raġuni għaliex qed tintalab; · il-benefiċċju u l-prattiċita li tittieħed mill-għajnuna; · il-mezzi finanzjarji ta’ l-applikant u l-familja; · l-aspett soċjali; u · xi assistenza finanzjarja minn sorsi oħra.

Għajnuna soċjali — Persuni b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni b'diżabilita' fuq ir-relief illum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' persuni b'diżabilita' li qed jirċievu l-Assistenza jew Għajnuna Soċjali magħrufa bħala relief. Ninsab infurmata wkoll li hemm 2,201 persuna li qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja għal diżabilita' jew għal persuni b'vista batuta.

Servizzi soċjali — Drug addicts

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn drug addicts fuq ir-relief illum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant. L-istatistika miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali tirrigwarda l-allowance mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali lil persuni li jsegwu programm ta' rijabilitazzjoni mid-droga f'ċentru komunitarju terapewtiku. Ninsab infurmata li n-numru ta' dawk li qed jirċievu din l-allowance hu ta' 36.