Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul il-perijodu msemmi ġew impjegati 17-il impjegat ġdid u ieħor part-timer ma` l-Awtorita`. Tlieta minn dawn l-impjegati full-timers għandhom kuntratt definit ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Ħmistax (15) minn dawn l-impjegati ġodda full-timers qed jimlew postijiet li ġew vakanti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi skema għal fidi ta' ċens għall-postijiet tal-Joint Office? Kif jista' jinfeda ċ-ċens?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bħalissa l-Uffiċċju Konġunt ma għandu ebda skema għal fidi ta` ċens peress li l-iskema li kien hemm għalqet. Ċens jista` jinfeda jekk hemm stipulat fil-kuntratt li jista` jinfeda jew skond il-liġi. Mhux eskluża l-possibilita` li d-dirett dominju jinbiegħ bit-tender jew skond il-Policy attwali approvata mill-Kamra tar-Rappreżentanti f`Novembru 1998 għar-rigward residenzi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju Konġunt? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta` Jannar 2000 u l-10 ta` Settembru 2000 fl-Uffiċċju Konġunt żewġ uffiċjali ġew trasferiti f`dipartimenti oħra wara l-ħatra tagħhom fi gradi għola.
Bħal f`kull dipartiment ieħor, trasferimenti minn u lejn id-dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni għal marine fuel station fl-Isla? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi applikazzjoni li tipproponi l-bini ta` fuel station fi Triq ix-Xatt, l-Isla, ġiet sottomessa fit-13 ta` Settembru 2000. L-applikazzjoni (PA 4988/00) qed tiġi evalwata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin residenti Malta li għandhom residence permits? Minn liema pajjiżi jiġu? Kemm minnhom huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ta' pajjiżi oħra li qed jistennew li jidħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ħabs Ċivili mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul il-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant, fl-Awtorita` ta` l-Ippjanar ġiet impjegata persuna waħda bħala Financial Controller. Is-sejħa minn barra għall-applikazzjonijiet biex timtela din il-pożizzjoni kienet ħarġet f`Marzu 2000.
Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-permessi li nħarġu mill-Planning Authority sabiex isiru x-xogħlijiet f'Wied Qannotta, Wardija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-lista ta` permessi li nħarġu mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant hija kif ġej : -
Application No.
Address
Proposal
07389/95
Site at Triq Wied Qannotta, Burmarrad
To construct agricultural store.
05113/96
Site at Triq il-Wardija c/w Triq Wied Qannotta, Burmarrad l/o San Pawl il-Baħar
To demolish existing garage, construct a basement and a 2-storey dwelling house at ground and first floor levels with garage for private use.
02382/93
Site in Triq Wied Qannotta, Burmarrad
To erect store room for agricultural implements & water pump.
00547/98
Site at Triq Wied Qannotta, Burmarrad
To construct two greenhouses.
04425/96
Palazzo Gerxija, l/o Wardija, San Pawl il-Baħar
To install a dish antenna in an internal yard.
Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir sabiex numru ta' klieb kbar li hemm jiġġerrew, b'perikolu b'mod speċjali għat-tfal u r-residenti fin-naħa ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla, jinġabru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha rapport wieħed dwar dan l-ilment u qed jittieħdu passi sabiex dawn il-klieb jinġabru mill-S.P.C.A.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kwota dwar kemm suppost joħroġ contravention tickets kull pulizija?
Jista' jgħid jekk qattx kienet teżisti din il-kwota?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk issa li ħafna minn dawn it-tickets qed jinħarġu mill-gwardjani lokali, kull pulizija huwiex obbligat li joħroġ ċitazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma hemmx stipulat in-numru ta` ċitazzjonijiet li għandhom jingħataw mill-Pulizija f`xi żmien partikolari. Il-ħidma tal-Gwardjani Lokali ma għandha bl-ebda mod tirristrinġi jew tirregola il-ħidma tal-Korp tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jikkonferma li ex-ħabsin li kienu jaħdmu mal-gvern u skontaw is-sentenza, jistgħux jerġgħu jidħlu jaħdmu mal-gvern? Jekk iva, kemm daħlu u meta daħlu?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm baqa' każi pendenti quddiem iż-żewġ bordijiet ta' l-appell tal-Planning Authority li t-terminu tagħhom wasal biex jiskadi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-każi ġew eżawriti u qegħdin jistennew id-deċiżjoni finali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` każi pendenti quddiem iż-żewġ bordijiet ta` l-appell ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar hu ta` 1,252. Minn dawn, hemm 68 li ġew aġġornati sine die u 257 każi li ġew eżawriti u se jkunu deċiżi qabel l-iskadenza tat-termini tal-bordijiet. Għalhekk sa l-aħħar ta` Novembru hu antiċipat li ser ikun hemm 927 każ pendenti.
In-numru ta` applikazzjonijiet pendenti li għandu quddiemu kull Bord t`Appell ivarja.
Jista' l-Ministru jikkonferma li ġimgħa qabel ngħataw il-promozzjonijiet fil-grad ta' supritendent fil-korp tal-pulizija ħadd minn dawk li ngħataw il-promozzjoni ma għadda u ġiet deċiża proċedura mill-PSC fil-konfront tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-rakkomandazzjonijiet għall-promozzjonijiet li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, u l-eventwali approvazzjoni issir tramite il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, li jkollha quddiemha r-records ta` dawk rakkomandati, kif ukoll ta` dawk li għal xi raġuni jew oħra ma ġewx rakkomandati.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu sabiex l-uffiċjali tal-pulizija li isimhom qiegħed jintbagħat separatament inqabżu fil-promozzjonijiet li ngħataw dan l-aħħar fil-grad ta' supritendent fil-korp tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20270 f`din l-istess Seduta.
Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-ħatra tal-promozzjonijiet fil-korp tal-pulizija hija prassi li ma jiġux ikkonsidrati dawk il-membri li jkunu qabżu l-25 sena servizz mal-korp?
Jista' l-Ministru jara tistax issir xi ħaġa għar-rigward tar-reviżjoni tal-kera tal-postijiet tal-gvern li ssir kull sentejn, u dan peress li qed ikollna persuni li wara li jispiċċaw pensjonanti qed ikollhom isofru konsegwenzi ta' kera għolja għal sentejn jew anqas?
Response (BORG, TONIO)
Ir-reviżjoni tal-kera tal-postijiet residenzjali tal-Gvern issir mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u mhux mid-Dipartiment tal-Artijiet u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi studju dwar x'jista' jsir sabiex persuni li jgħixu fi djar tal-gvern fuq art b'titolu ta' possession and use, ikunu jistgħu jixtru darhom?
Response (BORG, TONIO)
Id-Dipartiment ta` l-Artijiet ilu għal żmien twil jaħseb x`jista jagħmel sabiex jifdi t-titolu tal-“possession and use” biex b`hekk persuni li għandhom ir-residenza tagħhom fuq proprjeta` li ġiet akkwistata b`dan it-titolu jkunu jistgħu jixtru darhom.
Nixtieq ngħid li dan mhux faċli u s`issa għadha ma nstabet l-ebda soluzzjoni ħlief dik fejn is-sidien volontarjament ibiegħu lill-Gvern il-kumpens li jkunu qegħdin jirċievu wara li t-titolu tal-“possession and use” idur f`wieħed ta` “public tenure”.