Jista' il-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm daqshekk dewmien fil-pubblikazzjoni tar-riżultati ta' l-intervisti li saru f'nofs Ottubru 2005 biex jintela/jimtlew il-post/postijiet vakanti bħala għalliema fil-peripatetic science? Meta beħsiebu d-dipartiment jippubblika dawn ir-riżultati? Meta l-għalliema magħżula se jibdew fix-xogħol il-ġdid tagħhom bħala peripatetic science teachers? Possibbli jagħti indikazzjoni kemm-il post vakanti hemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-postijiet fil-Peripatetic Service jimtlew fil-bidu tas-sena skolastika. Jekk ikun possibli li jimtlew matul is-sena hekk isir. Id-Diviżjoni ma tappuntax għalliema matul is-sena għax dan ifisser li tkun qiegħda tnaqqas l-għalliema regolari, peress li l-Peripateic Teachers jiġu appuntati minn fost l-għalliema regolari.
Informat ukoll li fil-preżent, in-numru ta' vakanzi ta' Peripatetic Science Teachers huwa wieħed. Huwa maħsub li f'April li ġej tiżdied vakanza oħra peress li hemm għalliema li se toħroġ bil-maternity leave.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kiri ta' Karozzi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet matul l-2005?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16252, jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu issa, anke minħabba l-fatt li l-istess għalliema li tgħallem fil-year 2 fl-iskola primarja ta' l-Għarb, f'Għawdex u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, reġgħet għal darb'oħra ħarġet bis-sick leave u dan mill-vaganzi tal-karnival 'il hawn? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li dak li ntqal fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari msemmija hawn fuq ma ġarax mu ma ntbagħtitx għalliema oħra minflokha? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li hemm min qed iħares l-interessi ta' din l-għalliema li ilha snin toħroġ bis-sick, donnu mhux qed tingħata attenzjoni xierqa lill-istudenti nfushom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ntbagħtet għalliema oħra minflok l-għalliema li qed tirraporta bis-Sick Leave u din ser tibqa' mat-tfal tal-Year 2 sa l-aħħar tas-sena skolastika 2005-2006.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew investiti flus fl-MCAST fl-aħħar tliet snin u kemm minnhom kienu minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn l-2002 u l-2005 il-Gvern investa kważi Lm16 il-miljun (Lm15,980,533) maqsumin bejn Lm12,427,010 fi spiża Rikorrenti u Lm3,553,523 fi spiża kapitali. Minn din l-ispiża Lm378,397 ġejjin minn fondi taħt xi programm ta' L-Unjoni Ewropea.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16988, jista' il-Ministru jgħid jekk in-numru ta' 15-il għalliem tad-drama hux biżżejjed jew le meta wieħed iqis li dawn iridu jlaħħqu kemm ma' l-iskejjel primarji kif ukoll ma' skejjel sekondarji? Jikkonferma li hemm skejjel li m'għandhomx is-servizz ta' għalliem tad-drama minħabba li l-għalliema diġa' għandhom full load? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn l-iskejjel? F'dawn iċ-ċirkostanzi, x'inhi r-raġuni li dawn l-għalliema tad-drama dejjem qed jonqsu jew jintbagħtu postijiet oħra mingħajr ma jiġu sostitwiti?
Jikkonferma li xi ħadd minn kumpannija privata tad-drama avviċina lill-ministeru, anke b'mod informali, sabiex jibda jagħti hu dan is-servizz fl-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' għalliema tad-Drama, li fil-preżent huwa ħmistax, għandu jiżdied biex l-iskejjel ikollhom aktar possibilta' biex jiżviluppaw il-ħiliet ta' l-istudenti.
L-iskejjel li m'għandhomx servizz ta' għalliema tad-Drama huma erbgħa primarji u sebgħa sekondarji.
Ma jirriżultalix li xi ħadd minn kumpanija privata avviċina lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex jagħti servizz ta' Theatre in Education (T.I.E.) fl-iskejjel.
Jista' il-Ministru jara li jsiru xi xogħlijiet fl-iskola primarja B Dun Gorg Preca tal-Ħamrun minħabba li hemm xi ħsara fil-bini, bħal konsenturi u problemi oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qed isir ix-xogħol meħtieġ u s-sitwazzjoni qed tinżamm taħt attenzjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16958, jaf il-Ministru li l-Gvern Malti ma talabx li l-Malti jkun il-lingwa uffiċjali, anzi talab li l-Ingliż ikun l-ilsien uffiċjali? Jaf li b'din id-deċiżjoni t-tfal ta' Maltin li qed jaħdmu fi Brussell jew f'xi istituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, fil-Form 3 ikollhom jagħmlu l-eżamijiet tagħhom mhux bl-Ingliż, imma bil-Franċiż minħabba li l-Ingliż ikun meqjus bħala l-lingwa uffiċjali ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jikkonferma l-Ministru li fl-iskola primarja Santa Klara ta' Ħaż-Żabbar ttieħdet deċiżjoni minħabba nuqqas ta' fondi adegwati, li jinqata' il-ħalib li jingħataw it-tfal ħalli jkunu jistgħu jinxtraw xi kotba?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Santa Klara Primarja 'A', Żabbar, kienet ittieħdet deċiżjoni li mis-7 ta' Novembru 2005, kien reġa' beda jingħata l-ħalib.
Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jingħataw sport facilities lill-Imsida St Joseph u lin-nurseries tagħhom sabiex jittrejnjaw fihom minħabba li fl-Imsida m'hemmx faċilitajiet sportivi?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-materja qed tiġi konsidrata fost prioritajiet oħra.
Jista'il-Ministru jinformana kemm-il impjegat/a sabu x-xogħol minn dawk issensjati minn Denim Services?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond it-tagħrif li għandha s'issa il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta’ persuni ssensjati mid-Denim Services u li avżaw li sabu mpjieg sal-lum hu ta’ 320.
Jista' il-Ministru jara li jsiru lockersgħall-istudenti li jattendu l-iskola E. S. Inglott, Bormla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-amministrazzjoni ta' din l-iskola ma tħossx il-bżonn li tagħmel lockers għall-istudenti ta' din l-iskola. F'każijiet ta' studenti li għandhom ċertu diffikultajiet fiżiċi, l-iskola tagħmel arranġamenti meħtieġa biex l-istudenti jingħataw it-tieni sett ta' kotba biex jibqa' d-dar u s-sett l-ieħor jinżamm mill-Assistenti Kapijiet.
Dan ġie anke diskuss mal-Kunsill ta' l-istudenti u qatt ma kien hemm xi pressjoni biex dawn il-lockers isiru.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħol li hu ppjanat għall-iskola G. Despott, ta' Bormla? Meta se jibda x-xogħol u meta se jitlesta?
Response (GALEA, LOUIS)
Mhux il-każ li l-pjanti jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Stima meta jitlesta x-xogħol tkun tista' ssir meta l-kuntratt tax-xogħol jingħata wara li jiġu finalizzati l-proċeduri tal-permessi u tat-tender.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' skemi u għajnuna toffri l-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ lill-persuni li għandhom xi forma ta' diżabilita' b'mod ġenerali u lil dawk li jbatu bl-epilepsy b'mod partikolari?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ minn ħdan is-Supported Employment Section toffri assistenza personalizzata lill-klijenti li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol u li jkunu fuq id-Disabled Persons Register tal-Korporazzjoni (RDP's) tkun xi tkun in-natura ta' diżabilita'
Apparti s-servizzi li jingħataw lill-klijenti 'mainstream' u li dawn huma wkoll għad-dispożizzjoni tal-klijenti RDP's, attenzjoni partikolari tingħata minn żewġ Employment Advisors li jiffurmaw RDP Unit.
Sabiex employers ikunu imħajjra jingaġġaw magħhom RDP's, l-ETC tħaddem tlett skemi ta' sapport u li huma:
Il-'Bridging The Gap Scheme', fejn 'employer' joffri 'work exposure opportunity' mingħajr ebda 'commitment', filwaqt li l-ETC tagħti 'allowance' ta' 80% tal-minimum wage lill-RDP. Dan għal perjodu miftiehem bejn l-ETC u l-'employer' u li jkun ta' bejn 4 ġimgħat u 52 ġimgħat.
L-'Employment & Training Placement scheme', fejn l-RDP ikun impjegat veru u propju. Għal perjodu miftiehem bejn l-ETC u l-'Employer' u li jkun ta' bejn 4 ġimgħat u 52 ġimgħa, l-ETC tissussidja s-salarju ta' l-RDPb'50% tal-'minimum wage'.
Is-'Supported Employment Scheme' hija skema u li hija wkoll proġett ta' l-ESF. Din hija skema fejn is-sapport mogħti mill-ETC ikopri sussidji finanzjarji, il-provediment tas-servizzi ta' Job Coach u assistenza minn Occupational Psychologists. Eliġibbli għal din l-iskema huma dawk li jirreġistraw ma' l-ETC u li jirċievu pensjoni b'riżultat tad-diżabilita' tagħhom. Din l-iskema tħaddan 5 livelli ta' sapport, li jvarjaw skond il-każ. Ma hemmx limitu ta' żmien ta' kemm idum jingħata s-sapport, pero' kull każ jiġi rivedut wara sena kalendarja.
L-ETC tħaddem ukoll żewġ ftehimiet ta' koperazzjoni ma' l-Eden Foundation u mar-Richmond Foundation, fejn klijenti li jkunu jbatu minn xi 'Intellectual Disability' jew 'mental illness' jiġu riferuti għall-fondazzjoni rispettiva għal taħriġ speċjalizzat u li jkun dirett li jiffaċilita' t-triq lejn xogħol bi qliegħ.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar jekk it-teħid ta' droga u/jew il-konsum ta' l-alkoħol humiex kontributorji għan-nuqqas ta' dixxiplina fost l-istudenti fl-iskejjel? Jekk le, x'inhi l-opinjoni ta' l-esperti tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni dwar dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li studju speċifiku tal-korelazzjoni bejn it-teħid ta' droga u/jew il-konsum ta' l-alkoħol u n-nuqqas ta' dixxiplina ma sarx mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni peress li l-fenomenu irid jiġi rriċerkat minn angolu aktar wiesgħa. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni approvat, b'fondi tal-Kunsill tal-Kurrikulu Nazzjonali, proġett ta' riċerka dwar studenti b'diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta' mġieba. Dan l-istudju huwa nazzjonali, epidemjoloġiku u fuq firxa ta' żmien. L-istudju ser jesplora in-natura, u d-distribuzzjoni ta' dawn l-istudenti kif ukoll il-prevalenza ta' dawn id-diffikultajiet, kemm fis-settur primarju kif ukoll dak sekondarju. Se jiġu esplorati ukoll il-konnessjonijiet bejn il-prevalenza, id-distribuzzjoni u fatturi soċjali biex jiġu identifikati fatturi li jistgħu jipproteġu jew ipoggu aktar f'riskju tfal u żgħażagħ li jiżviluppaw diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta' imġieba li jistgħu ukoll iwasslu għall-esklużjoni soċjali, delinkwenza, abbuż ta' sustanzi illegali u diffikultajiet psikoloġiċi.
Din ir-riċerka bdiet fl-2005 u ir-riżultati jiġu ppublikati fl-2008.
Skejjel — Studenti li jabbużaw mid-droga u alkoħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'jiġri minn dawk l-istudenti li jinqabdu jabbużaw mid-droga jew konsum eċċessiv ta' l-alkoħol? Minbarra għajnuna marbuta mal-vizzju li jkunu qed jabbużaw minnu, jingħataw xi appoġġ ieħor, bħal ngħidu aħna, sabiex fl-iskola jibqgħu jieħdu t-tagħlim mingħajr ma jkollhom konsegwenzi billi jitilfu xi lezzjonijiet? Jista' jgħid jekk l-iskejjel tal-privat u tal-Knisja jimxux bl-istess mod ma' dawn l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Anti Substance Abuse Unit tas-Safe Schools Programme fid-Dipartiment tas-Servizzi għall-Istudent u Relazzjonijiet Internazzjonali jsegwu l-policy 'Tackling Substance Abuse', maħruġ mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni fl-2001. Din il-policy, prinċiparjament hija bbażata fuq l-abbuż ta' sustanzi llegali, imma s-servizzi jingħataw ukoll meta jkun hemm każijiet ta' użu eċċessiv ta' alkoħol. F'każijiet riferuti lil din il-Unit, jiġu mplimentati l-proċeduri stabbiliti u jsir xogħol ma' aġenziji oħra fil-qasam fosthom is-Sedqa. Il-ġenituri jiġu konsultati u fejn ikun hemm bżonn jiġu rakkomandati programmi ta' riabilitazzjoni. L-istudenti jibqgħu jattendu l-iskola regolarment. Il-policy hija applikata għal każijiet kollha li jiġu riferuti mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja kif ukoll dawk Indipendenti.