Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żebbuġ – bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qegħda tevalwa il-possibilita’ li f’Ħaż-Żebbuġ jitwaħħlu bus shelters ġewwa is-susseġwenti toroq: · Triq Sciortino; · Triq Mikielanġ Sapiano.

Ir-Rabat – bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda fir-Rabat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m’ hemm l-ebda pjan li jitwaħħlu bus shelters ġewwa r-Rabat.

L-Imtarfa – bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda fl-Imtarfa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Imtarfa huwa ippjanat li jitwaħħlu bus shelters ġodda ġewwa is-sussegwenti toroq · Triq l-Imtarfa; · Triq San David. Dawn huma ippjanati li jitwaħħlu fl-iqsar żmien possibli. Infurmat ukoll li Transport Malta qiegħda tevalwa il-possibilta’ li fl-istess lokalit’a jitwaħħlu bus shelters ġewwa Triq ir-Regimenti Maltin, Triq Ġuże’ Galea, kif ukoll bus shelter ieħor ġewwa Triq l-Imtarfa.

L-Imġarr– bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda fl-Imġarr?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Imġarr huwa ippjanat li jitwaħħlu bus shelters ġodda ġewwa Triq Fisher u Triq Sir Temi Żammit. Dawn huma ippjanati li jitwaħħlu fl-iqsar żmien possibli.

L-Imdina — bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda fl-Imdina?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m’ hemm l-ebda pjan li jitwaħħlu bus shelters fl-Imdina.

Transport Malta – Burmarrad – miżuri fuq triq

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20232, billi issa għadda iktar żmien milli kien għadda bejn il-perjodu ta’ meta għamilt il-mistoqsija parlamentari fl-2011 u l-elezzjoni li għaddiet, jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jassigura li din it-triq isir fiha x-xogħol neċessarju?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq ma taqax taħt ir-risponsabbilta’ ta’ Transport Malta u x-xogħlijiet fuq dawn it-toroq isiru skont il-prijoritajiet, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi.

Clamping — responsabilità

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, flimkien mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali waslux għall-konklużjoni dwar liema hu l-Ministeru li hu responsabbli dwar il-clamping f'pajjiżna?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li, hekk kif stipulat fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.13, iż-żoni ta' klampjar jiġu ndikati f'avviż li jinħareġ mill-Kummissarju tal-Pulizija.

Is-Salina – aċċess — pjanti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-pjanti pubbliċi li jissemmew fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20234? Liema waħda mill-pjanti pubbliċi ġiet użata biex isir l-aċċess neċessarju għall-inħawi tas-Salina?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposata finali li Transport Malta ħejjiet għall-aċċess neċessarju għall-inħawi tas-Salina hija murija fil-pjanti li ġew sottomessi taħt l-applikazzjoni tal-MEPA, PA 01238/15.

Għasri — Fanal tal-Ġordan - titolu ta' art

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 20768 u 21171, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma sar xejn minn Transport Malta fuq il-Fanal tal-Ġordan fl-Għasri Għawdex u dan minkejja li kien hemm permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex isir xogħol ta' restawr u liema permess issa jirriżulta li skada fil-31 ta' Marzu ta' din is-sena? Jista' jgħid għaliex Din l-Art Ħelwa mhux se tibqa involuta fir-restawr ta' dan is-sit storiku u landmark ġewwa Għawdex? Min qed jieħu l-flus li kull sena qed iħallsu l-GO plc u Vodafone plc bħala kirja ta' parti minn dan il-post? Għaliex dawn il-flus jew parti minnhom ma ntużawx biex jiġi restawrat dan il-fanal?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fiż-żmien li saret l-applikazzjoni, ix-xogħlijiet biss li kienu stmati għar-restawr ta’ dan il-fanal kienu jlaħħqu madwar €300,000. Dak iż-żmien ma kien hemm l-ebda fondi allokati għal dan il-proġett u l-flus li Transport Malta ddaħħal mill-kiri ta’ parti ta’ dan il-post mhux suffiċjenti biex ikopru l-ispejjeż ta’ dan l-istess proġett. Rigward jekk Din l-Art Ħelwa hiex se tibqa’ nvoluta fir-restawr ta’ dan il-proġett, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ir-Rabat, Triq Ġorġ Borg Olivier — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għall-manutenzjoni estensiva ta’ Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat, Malta? Jekk iva, meta huma mistennija jibdew, u meta hu maħsub li jkunu lesti? Jista’ jgħid x’inhuma l-pjanijiet ta’ arranġamenti tat-traffiku alternattiv f’dan il-każ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni fuq it-toroq arterjali u distributorji ssir skont il-prioritajiet tal-pajjiż. Ta’ min isemmi pero’, li Transport Malta, tul din it-triq, se tkun qed tagħmel xi tiswijiet fuq il-bankini u xi spralli fix-xhur li ġejjin.

Stage tal-linja – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema bi stage tal-linja li ġie mwaħħal riċentament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-persuna hekk kif ġie irreferut f’din il-Mistoqsija Parlamentari.

Gudja – Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru bus shelters ġewwa l-Gudja? Jekk iva, fejn ser isiru dawn il-bus shelters?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm il-ħsieb li jitwaħħlu żewġ bus shelters ġodda ġewwa l-lokalita’ tal-Gudja. Dawn il-bus shelters huma ppjanati li jitwaħħlu fi Triq Bir Miftuħ u ieħor fi Triq Ħal Tarxien.

Toroq li djiequ minn two lanes għall-one lane

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20235, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tat-toroq li minn two lanes kull direzzjoni, saru one lane f’kull direzzjoni u dan mill-1800 sal-lum?

Response (MIZZI, JOE)

Ma narax il-ħtieġa biex nuża r-riżorsi umani limitati sabiex niġbor informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peres li din trid ammont kbir ta’ ħin sabiex tinġabar.

Xogħlijiet ta’ toroq

Question

Billi jirriżulta li numru ta’ toroq li nħarġu t-tenders għalihom, u li diġà ntgħażel il-kuntrattur biex jagħmel ix-xogħol fuqhom, x-xogħol mhux ser jinbeda għalissa, u dan jirriżulta minn diversi risposti parlamentari dwar xogħol li suppost ser isir fuq toroq f’San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, fost l-oħrajn, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għaliha x-xogħol neċessarju mhux ser jinbeda għalissa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi n-numri tal-Mistoqsijiet Parlamentari li għalihom qiegħed jagħmel referenza.

Ta’ Xbiex – Triq Abate Rigord — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta se ssir manutenzjoni fi Triq Abate Rigord, Ta’ Xbiex, fil-bidu tan-niżla li tagħti għal Triq ix-Xatt tax-Xbiex peress li l-wiċċ ġdid li ngħata ftit tax-xhur ilu diġà beda jinqala’ b’konsegwenza li f’din il-parti tat-triq żviluppaw ħofor kbar li qed iwasslu għal dewmien fit-traffiku f’din iż-żona?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.

Birkirkara – Decelis Lane u Triq il-Kbira – hit and runs

Question

In vista tad-diversi inċidenti ta’ hit and run li saru f’dawn l-aħħar xhur bejn Decelis Lane u Triq il-Kbira f’Birkirkara, jista’ l-Ministru jgħid jekk fi ħdan Transport Malta, humiex qegħdin jiġu studjati alternattivi oħra kif jista’ jittejjeb il-flow tat-traffiku sabiex tali inċidenti ma jibqgħux iseħħu?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li t-toroq li għalihom qed tirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari huma toroq amministrati mill-Kunsill Lokali. Skont rekords ta’ Transport Malta jirriżulta li m’hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali sabiex tigi ndirizzata xi problema f’tali junction u lanqas ma ntbagħtet ebda notifika li hemm problema. L-Awtorita’ ser tikkopja lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara b’din il-Mistoqsija Parlamentari sabiex jibdew diskussjonijiet dwar x’qed iseħħ f’dan il-junction u x’jista jsir.

Ġibjun ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Adoloratta — żbir ta' siġar u tindif ta' ġibjun

Question

Jista' l-Ministru jara li jinżabru s-siġar ta' ħdejn il-ġibjuni viċin iċ-Ċimiterju tal-Addolorata kif ukoll li jitnaddaf il-ġibjun li hemm u li dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żbir tas-siġar imsemmija ma jaqgħux taħt ir-responsabilta’ tal-Ministeru tiegħi, għaldaqstant nitlobu jirreferi din il-parti tal-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat. Rigward il-ġibjun, ninforma lill-Onor. Interpellant li dan qiegħed fil-lista ta’ xogħlijiet pendenti li ser isiru fil-futur qrib.

Marsa – tindif ta’ ġibjun

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir tindif tal-ġibjun tal-Marsa ħdejn il-bini fejn kien il-Marbelt minħabba n-nemus u l-ħmieġ li hemm ġewwa fih wara talba mir-residenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li fix-xhur li għaddew, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet wettaq ħidma biex kemm jista’ jkun jitnaqqas il-ħmieġ minn dan il-ġibjun. Iżjed tindif mistenni jsir fil-futur.

Gudja u Ħal Għaxaq – rotot ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward meta ser jibdew ir-rotot il-ġodda għall-Gudja u Ħal Għaxaq u jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rotot il-ġodda?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-22 ta’ Novembru 2015 ġiet introdotta rotta ġdida bin-numru 88, li ħadet post ir-rotot X5 u X7. Din ir-rotta, li fil-ħinijiet peak għandha frekwenza ta’ kull għoxrin minuta, qed tibda mill-lokalita’ tal-Gudja, tipproċedi lejn Ħal Għaxaq, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid fi triqitha lejn il-Belt Valletta. Minn Diċembru ta’ din is-sena huwa mistenni li r-rotta 226, li mill-Gudja u Ħal Għaxaq tmur l-isptar Mater Dei tiġi modifikata. Din il-modifika tinkludi l-estensjoni ta’ din ir-rotta lejn l-isptar San Luqa ġewwa Gwardamangia. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tar-rotta il-ġdida bin-numru 88, kif ukoll kopja tar-rotta 226, fejn din ta’ l-aħħar turi r-rotta kif inhi illum u kif ser tkun qed tiġi modifikata f’Diċembru ta’ din is-sena.

Karozzi – scrapped jew garaged

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ karozzi li ġew scrapped, jew garaged, matul l-aħħar ħames snin, sena b’sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hekk kif mgħoddija lili hija hekk kif ġej: Numru ta’ Vetturi Garaged: 2010 – 9,428 2011 – 10,015 2012 – 9,136 2013 – 7,997 2014 – 8,430 2015* - 7,205 Numru ta’ Vetturi Scrapped: 2010 – 4,478 2011 – 18,146 2012 – 10,135 2013 – 5,602 2014 – 3,123 2015* - 4,701 * Statistika sal-aħħar t’Ottubru.