B'referenza għar-risposta jew aħjar in-nuqqas ta' risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 31453, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn huma flus pubbliċi li tħallsu lill-kliniċi privati kif din l-informazzjoni ma tistax tingħata fil-Parlament? Jista' jagħti s-somma totali kemm ħallas il-gvern lill-isptarijiet u l-kliniċi privati għal xogħol li dawn għamlu lill-Gvern bħala ammont totali għal kull sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u fis-sena 2016?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni peress li persuni li kienu jieħdu l-mistura Risperdal 1mg, issa qed jingħataw mistura Risperidone u qed ikollhom jixtru l-mistura Risperdal minn buthom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mistura Risperdal hija Risperidone.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-pilloli Olanzapine 5mg hemmx minnhom fl-Ispiżeriji tal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll jekk humiex imniżżla fix-Schedule V?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pilloli Olanzapine 5mg huma mniżżla fil-formularju tal-gvern u jinsabu in stock fl-ispiżeriji tal-Gvern.
Dipartiment tas-Saħħa – Persuni li jieħdu r-Ritalin (Methylphenidate) u Concerta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jieħdu r-Ritalin (Methylphenidate) u l-Concerta b’xejn, mid-Dipartiment tas-Saħħa fis-sena 2016? Jista’ jelenka n-numru ta’ pazjenti li kienu ngħataw ir-Ritalin b’xejn kull sena mill-2008 sal-aħħar sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn meta ġiet introdotta l-Concerta fil-formularju tal-gvern u tingħata b'xejn lill-pazjenti, iġifieri mill-2015 sal-aħħar tal-2016 tqassmet mal-100,650 pillola filwaqt li għal-mediċina Ritalin (Methylphenidate) fl-2016 kien hemm 344,640 pillola li tqassmet mingħajr ħlas.
Jista’ l-Ministru jgħid in-numru totali ta’ kaxex tal-pilloli ta’ 20mg u 40mg ta’ Simvastatin (u kemm fiha kull kaxxa) li ngħataw b’xejn mis-servizzi governattivi tas-saħħa matul kull sena mill-2008 sal-2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena bejn l-2013 u l-2016 ta’ kemm ingħataw b’xejn pilloli Simvastatin 20mg kienet 509,892 kaxxa ta’ 28 pillola u l-medja ta’Simvastatin 40mg fl-istess żmien imsemmi kienet 30,257 kaxxa ta’ 28 pillola. Ninfurmah ukoll illi fl-2014 ingħataw b’xejn pilloli Simvastatin 20mg 43,501 kaxxa ta’ 100 pillola u 973 kaxxa ta’ 100 pilloli Simvastatin 40mg.
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħol ta’ konsulenza legali l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jagħmel mal-Ministeru għas-Saħħa? , Jista' jgħid ukoll jekk dan ix-xogħol ta’ konsulenza legali hux mal-Ministeru jew ma’ xi dipartiment partikolari fi ħdan il-Ministeru fosthom is-Central Procurement & Supplies Unit (CPSU)? Jista’ jgħid kemm hu l-ħlas li jingħata lil dan l-individwu għal din il-Konsulenza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-ditta legali tal-individwu msemmi minnha qed jagħti servizz ta’ konsulenza legali fejn meħtieġ fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u l-entitajiet tiegħu u huwa mħallas €25 (VAT eskluża) fis-siegħa.
Jista’ l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern fuq is-sitwazzjoni tan-nuqqas ta' vaċċin tal-Meningitis B f'Malta? Jista’ jgħid jekk l-awtoritajiet tas-saħħa f'pajjiżna hux qed jirrakomandaw li dan il-vaċċin jingħata lit-tfal/trabi jew hux qed jinħoloq paniku għal xejn? Il-Ministru jaf li hemm lok għal abbuż serju fil-prezzijiet li qed jinbiegħ dan il-vaċċin u li f'pajjiżna jinbiegħ għal €150 meta f'pajjiżi oħra jqum inqas min-nofs dan il-prezz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tilqim huwa wieħed mill-aqwa mezzi biex jiġi prevenut ċertu mard infettiv. Meta jkun hemm tilqima approvata, l-awtoritajiet tas-Saħħa jħeġġu lill-pubbliku li jkun f’riskju biex jieħu t-tilqima. Fil-fatt il-gvern diġa jipprovdi numru ta' tilqim mingħajr ħlas kontra d- Diptheria, Tetanus, Pertussis, Polio, Haemophilus Influenza type B, Hepatitis B, Measles, Mumps, Rubella, Human Papilloma Virus għal-bniet, u l-Influwenza. Bħalissa d-dipartiment tas-Saħħa qiegħed fil-proċess sabiex din is-sena i¿¿id it-tilqima tan-pneumococcus mal-lista ta' tilqim li jingħata mingħajr ħlas.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-involviment tiegħu fil-ftehim tal-Gvern mal-Vitals Global Healthcare? Jista’ jgħid jekk il-Ministru Mizzi ddiskutiex dan il-kuntratt miegħu qabel ma ġie ffirmat? Jekk iva, meta sar jaf b’dan il-ftehim għall-ewwel darba?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kunċett ta' public private partnership fil-qasam tas-Saħħa sabiex jerġa' jagħti l-ħajja lill-isptar San Luqa u sabiex isir refurbishment qawwi fl-isptar Karen Grech kif ukoll sabiex jinbena sptar ġdid f'Għawdex, kien ilu jiġi diskuss minn kmieni fil-legiżlatura. Il-PPP kellu jinkludi bini ta' skola medika għal Barts, kif ukoll skola tan-nursing u kellu jinkludi sptar ta' rijabilitazzjoni. Is-servizzi għal-Għawdxin u Maltin kellhom ikunu mingħajr ħlas waqt illi kellu jidħol il-kunċett tat-turiżmu mediku.
Vital Global Healthcare – xogħlijiet fl-isptarijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jafx x’suppost kellhom jagħmlu s’issa (sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija) il-Vitals Global Healthcare fl-isptarijiet tagħna? Huma on track? Jekk iva, x’għamlu s’issa li jiġġustifika l-flus li tħallsu s'issa mit-taxxi tal-poplu? Kemm tħallsu s'issa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li x-xogħol ta’ preparamenti, taħriġ u recruitment jinsab on track, wara xi dewmien fil-ħruġ ta’ permessi ambjentali, x-xogħol tal-bini fuq l-iskola Medika ġdida għal-Barts mistenni jibda fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni wara l-każ ta’ gastroenteritis li seħħet fl-Isptar Mount Carmel u li ġiet irrapurtata fil-media nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Marzu 2017? Kemm kien hemm pazjenti li ġew affettwati minn din l-infezzjoni? Kemm kien hemm pazjenti li ttieħdu l-Isptar Mater Dei? Saret investigazzjoni fuq dan il-każ? Jekk iva x’irriżulta minn din l-investigazzjoni? Jekk le, hemm ħsieb li dan isir?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qegħda tinvestiga dan il-ka¿. Kienu 2 pazjenti li kellhom jintbagħtu Mater Dei għal kura.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Dipartiment tad-Dermatoloġija — pazjenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew pazjenti fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fis-sena 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pazjenti li żaru d-Dipartiment tad-Dermatoloġija fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex fl-2016 kien 1,526.
Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – konferenzi barra minn Malta
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 31253, jista’ l-Ministru jwieġeb il-partijiet mhux imwieġba ta' dik il-mistoqsija u ċjoè għal kull konferenza indikata minnu, jista’ jgħid fejn saret dik il-konferenza u min attenda min-naħa tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt:
Konferenza
Post fejn saret il-konferenza
Attendenza
1. L-Awtoritajiet Kompetenti tal-UE dwar Sustanzi ta’ Oriġini Umana, Laqgħa tal-esperti
Belġju
Direttur Eżekuttiv
2. Konferenza Annwali tal-ESHRE
Finlandja
Deputat Kap
3. Konferenza u Taħriġ tal-ESHRE
Awstrija
Direttur Eżekuttiv
4. Konferenza u Taħriġ tal-ESHRE
Bulgaria
Direttur Eżekuttiv u Deputat Kap
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – pazjenti miġjuba Malta bil-helicopter — ħlas
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31255, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien iħallas id-Dipartiment tas-Saħħa għal tali servizz bil-helicopter tal-Forzi Armati ta’ Malta bejn Malta u Għawdex għal kull titjira biex iġorr il-pazjenti?
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi qegħdin jiġu pprovduti fil-Berġa tas-Saħħa ġewwa Marsaxlokk? Jista’ jgħid kemm persuni użaw dawn is-servizzi tul is-sena li għaddiet u xi spejjeż ta’ manutenzjoni saru fl-istess żmien?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-Berġa ta’ Marsaxlokk jingħata servizz ta’ tabib tal-familja u t’ infermiera. Dawn is-servizzi jinkludu teħid ta’ pressjoni, kitba ta’ riċetti għal-mediċini, kura ta’ mard mhux ikkomplikat, analiżi tal-urina u analiżi taz-zokkor. Kien hemm 1,748 persuna li attendiet għal xi servizz fil-berġa ta’ Marsaxlokk fl-2016.