Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq — Inċidenti involuti fihom żwiemel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fit-toroq bejn l-2004 u l-2014, sena b’sena, b’mod separat, li fihom kienu involuti żwiemel? Jista’ jgħid f’liema lokalità seħħ kull inċident? Jista’ jindika jekk f’kull każ kenitx involuta xi vettura jew vetturi? Jista’ jindika kemm kienu involuti vetturi f’kull każ? Jista’ jindika jekk f’kull każ kienx hemm persuni li sfaw midruba? Jista’ jindika f’kull każ jekk iż-żiemel safax midrub jew jekk mietx?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ċittadinanza — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwarhu qed jingħataw separataent rigward applikazzjoni għal ċittadinanza li ilha erba snin pendenti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-persuni konċernati qedin jigu pproċessati. Kif jiġu ffinalizzati tintbagħat risposta lilhom skont kif jiġu deċizi t-talbiet tagħhom.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — testijiet relatati ma’ droga fuq impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul l-2013 u l-2014 sarux testijiet relatati ma’ droga fil-ħabs fuq membri tal-istaff tal-istess ħabs? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn irriżultaw fil-pożittiv u x’passi jittieħdu f’dawn il-każijiet? Jista’ jgħid jekk dawn it-testijiet kenux isiru qabel l-2013?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant b’kollox saru 188 test relatati ma’ droga fuq l-impjegati, 102 fis-sena 2013 u 86 fis-sena 2014, fejn minnhom kien hemm żewġ uffiċjali li nstabu positive u ttieħdu passi bil-qorti kontra tagħhom. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn it-testijiet ma saru qatt taħt l-amministrazzjoni preċedenti.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — miżuri għal ġlieda kontra d-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar matul l-2013 u l-2014 biex fil-ħabs tkun miġġielda b’iktar qawwa l-problema tad-droga?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Faċilita Korretiva ta Kordin investit f’xiri ta sitt t-iklieb mir-Republika Ċeka għal spiża ta’ madwar 30k. Ma dawn il-Klieb ġew assenjati 6 handlers fejn fil-present qiegħed jingħatalhom taħriġ meħtieġ. L-amministrazzjoni preċedenti ħalliet klieb fil-ħabs li suppost jxommu d-droga, jsiru pets tar-residenti. Apparti minn hekk ittieħdet deċiżjoni li jsiru aktar testijiet spissi għad-droga ‘urine tests’, fuq ir-residenti u għall-ewwel darba tieħdet deċiżjoni li jsiru fuq l-istaff. Irrid nispeċifika li d-droga tista tidħol fil-faċlita bi erba’ metodi, mal-viżitaturi, nies li jġorru servizzi, ma l-istaff jew tintefa minn barra, b’hekk is-searches fuq il-viżitaturi jew fuq min jieħu servizzi mill-ħabs saru aktar rigorużi. Irrid nispeċifika li dan il-Gvern jemmen li d-droga mhux aċċetabli fil-ħabs għax ma jistax jkollok reabilitazzjoni f’post fejn jkollok id-droga. Għalhekk l-Gvern beda program edukattiv u xogħol biex ir-residenti ta’ Kordin jkunu jistgħu jikontribwixxu anke mill-Faċilita l-bogħod mill-vizzju.

Traffikar tad-droga bl-arju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' traffikar ta' droga minn barra l-pajjiż bl-ajru, kien hemm matul l-2013 u l-2014, li nqabad mill-Pulizija? Minn liema pajji¿i kienu ġejjin it-titjiriet? X’tip ta’ droga nqabet u kemm kien l-ammont? Kemm kien hemm persuni arrestati? Ta’ liema nazzjonalità kienu l-persuni arrestati? Kemm huwa maħsub li kien il-valur, fit-triq, tad-droga maqbuda skont it-tip tad-droga maqbuda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Membri tal-Forzi Armati – akkużi relatati ma’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Forzi Armati li kienu akku¿ati quddiem il-Qrati b’akkużi relatati ma’ droga mill-1999 sal-2012 sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid f’kull każ x’kienet l-akkuża u d-data meta l-persuna/i tressqet/tressqu quddiem il-Qrati? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu internament mill-Armata f’kull każ u jispeċifika fejn il-persuna/i tkeċċiet/tkeċċew mill-Armata? Jista’ jgħid x’sentenza ngħatat mill-Qrati f’kull każ u d-data meta ngħatat is-sentenza?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 1999 sal-2012 tressqu quddiem il-Qrati tnax il-membru tal-Forzi Armati, b’akkuzi relatati ma’ droga. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11305 li oriġinarjament saret fl-14 ta’ Ottubru 2014 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, u fis-sena 2013, u kemm hu stmat li tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Armata – Uniformijiet tar-rekluti l-ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-uniformijiet li ngħataw lir-rekluti l-ġodda fl-Armata huma uniformijiet second hand u diġà użati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sena li għaddiet il-Forzi Armati ta’ Malta nediet proċess li bih inbidlu l-uniformijiet kollha għal mudell u kulur aktar modern u addatat għall ambjent mediterranju. Dawk l-uniformijiet li kienu għadhom maħżuna qabel ma ġiet introdotta l-uniformi il-ġdida u li kienu għadhom ġodda flimkien ma oħrajn li kienu f’kundizzjoni tajba hafna, ġie deċiż li jintużaw għal skopijiet ta’ training waqt ir-reklutaġġ tas-suldati l-ġodda.

AFM – rescuers f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex hemm rescuer wieħed biss mal-lanċa tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Għawdex? Għaliex la darba hemm rescuer wieħed biss, dan qed jaħdem f’shift u mhux bil-ġurnata li jolqot is-shifts kollha u jkopri l-aktar ħin li jista’ jkun hemm bżonnu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent hemm suldat wieħed Għawdxi kwalifikat bħala rescuer li qiegħed jaħdem bix-xift u li qed jopera min fuq is-Search and Rescue boat ġewwa il-bażi Marittima ta’ Għawdex. Għalkemm dan l-individwu jaħdem bix-xift dan bħalissa qiegħed ukoll ‘on call’ f'ħinijiet li ma jkunx xogħol fil-bażi u dan sakemm jiġu kwalifikati u magħżula aktar Surface Rescue Swimmers ġodda. F'Malta hawn iktar rescuers għal-lest fil-bażijiet tal-Forzi Armati u li jistgħu jiġu msejħa u jaslu kemm mill-ajru u kemm mill-baħar f'temp qasir. Fil-preżent għaddejin pjanijiet biex jiġu magħżula u kwalifikati aktar membri mill-Iskwadra Marittima biex joperaw min fuq dawn is-Search and Rescue Boats f’Għawdex bħala surface rescue swimmers.

Għawdex — Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili - Tmexxija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13151, jista’ l-Ministru jgħid min qed imexxi t-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex u kif ġiet magħżula din il-persuna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm Leading Assistance Rescue Officer imexxi t-Taqsima tal-Protezzjoni f’Għawdex. Din l-persuna ntagħżlet abbażi tal-fatt li għanda l-aktar esperjenza.

Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – applikazzjonijiet għall-parole

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni applikaw għall-parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-snin 2013 u 2014 u kemm minn dawn ġew milqugħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minn Marzu 2013 kien hemm 93 applikazzjoni għal-Licenza tal-Parole filwaqt li f’2014 kien hemm 100 applikazzjoni. Minn dawn l-applikazjonijiet ingħataw 26 Liċenza tal-Parole: tlieta f’2013 u tlieta u għoxrin f’2014.

Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – Bord tar-Remissjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tar-Remissjoni taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-snin 2013 u 2014 u kemm-il talba għar-remissjoni ġiet milqugħa u kemm-il waħda ġiet miċħuda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013 saru 5 seduti fejn saru total ta’ 80 talba biex jingħataw ġranet ta’ Remission lura. 48 talba ġew milqugħa filwaqt li 32 talba ġew miċħuda. Matul is-sena 2014 saru 10 seduti fejn saru total ta’ 195 talba biex jingħataw ġranet ta’ Remission lura. 109 talba ġew milqugħa filwaqt li 86 talba ġew miċħuda.

Pulizija tat-traffiku — datatrack

Question

Jista' l-Ministru jgħid min awtorizza lill-maġġur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, stazzjonat f'Għawdex biex permezz tad-datatrack isegwi l-Pulizija tat-traffiku? Jista' jgħid għaliex ġie deċiż li l-maġġur jsegwi l-pulizija tat-traffiku u mhux dawk tas-CID u tal-mobile?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – spezzjonijiet fuq drogi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet relatati ma’ droga fid-Diviżjonijiet tal-Ħabs matul l-2013 u l-2014, xahar b’xahar, b’mod separat? Jista’ jgħid jekk kienx hemm okkażjonijiet fejn anke intużat is-sezzjoni tal-klieb tal-Pulizija? Jista’ jgħid x’tip ta’ droga instabet? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu fejn kien il-każ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant li minn Jannar 2013 sa Marzu 2013 ma’ nstabu l-ebda rekord fuq dawn l-spezzjonijiet filwaqt li minn April 2013 sa Settembru 2013 kienu jsiru pero ma kienx jinżamm rekord. Minn Ottubru 2013 sa Diċembru 2014 saru 2,829 il-spezzjoni, relatati ma’ droga fid-Divi¿jonijiet tal-Ħabs, id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra. Ninfurmah ukoll li kien hemm okażżjonijiet fejn is-sezzjoni tal-klieb ġew użati. Kull meta tinstab id-droga jiġu nfurmati l-Pulizija biex jistħarġu l-każ u jieħdu passi bil-Qorti kontra l-persuni konċernati.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin spezzjonijiet fuq viżitaturi għal droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet relatati ma’ droga fuq viżitaturi li daħlu l-ħabs matul l-2013 u l-2014, xahar b’xahar, b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw fil-pożittiv? Jista’ jgħid x’tip ta’ droga nstabet? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu fejn kien il-każ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija xi ħaġa normali li ssir spezzjoni fuq kull viżitatur li jidħol ġewwa il-Faċilita Korretiva ta’ Kordin. Ninformah li minn Jannar 2013 sa Marzu 2013 ma’ nstabu l-ebda rekord ta’ kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw fil-pożittiv, pero minn April 2013 sa Diċembru 2014 kien hemm seba’ każijiet li riżultaw fil-pożittiv, id-dettalji qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra. F`kull każ fejn tinstab id-droga issir inkjesta u investigazzjoni mil-Pulizjia kif ukoll jiġu sospiżi milli jidħlu ġewwa il-Faċilita Korretiva ta’ Kordin għall ċertu zmien indefinit.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — testijiet relatati ma’ droga fuq priġunieri għal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq priġunieri relatati ma’ droga fil-ħabs matul l-2013 u l-2014, xahar b’xahar, b’mod separat? Jista’ jgħid x’passi jittieħdu fil-każijiet li rriżultaw fil-pożittiv?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2013 saru 1,125 test filwaqt li matul is-sena 2014 saru 1,056. Minnhom 1,978 irriżultaw fin-negattiv. Aktar dettalji qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra. Ninformah ukoll li kull priġunier li jinstab pożittiv jew jirrifjuta, awtomatikament jittieħdulu l-privileġġi kollha kif ukoll jeħel ir-remission.

Futbol Malti – każijiet ta’ allegata korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' allegata korruzzjoni fil-futbol lokali ġie jew qed jiġi investigat mill-pulizija matul dan l-istaġun (2014/15) ? Jista’ jindika kemm u liema logħbiet ġew jew qed jiġu investigati mill-pulizija jekk kemm-il darba saru jew qed isiru investigazzjonijiet fuq allegata korruzzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul l-istaġun 2014/2015 ma ġewx irrapurtati allegazzjonijiet ta’ korruzjoni fil-futbol lokali lil Pulizija, għaldaqstant ma saret l-ebda investigazzjoni.

Att tal-1975 dwar iż-Żwieġ – rikonoxximent tar-rit taż-żwieġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma r-reliġjonijiet jew knejjes li r-riti jew l-u¿anzi tagħhom taż-żwieġ huma rikonoxuti mill-Istat skont l-Artiklu 17 tal-Att tal-1975 dwar iż-Żwieġ? Jista’ jagħti d-data ta’ kull rikonoxximent?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull reliġjon stabbilit bħar-Reliġjonijiet Kattolika Rumana, Kattolika Griega, Ortodossa Griega, Anglikana, Knisja Skoċċiża, Islamika u Hindu ġew rikonoxxuti malli l-liġi ta’ l-1975 dwar iż-żwieġ daħlet in vigore u effettivament saru żwiġijiet b’dawn ir-riti. Ir-reliġjon Battista u l-Knisja Evanġelika Kristjana, ġew rikonoxxuti skond l-Artikolu 17 tal-istess Att fid-9 ta’ Marzu, 1989 u wkoll saru żwiġijiet relativi

Pulizija – reinstatement — pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-pulizija li ġew reinstated wara Marzu 2013, hemmx minnhom li diġà qed jirċievu l-pensjoni taż-żewġ terzi wara 25 sena servizz

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li meta eks-membru tal-Korp tal-Pulizija jerġa’ jidħol re-instated, tittieħed azzjoni immedjata sabiex titwaqqaflu l-penzjoni tas-servizz, jekk ikun qed jirċievi waħda, biex b’hekk ikun jista’ jirċievi s-salarju bħala membru tal-Korp tal-Pulizija.

Ministeru għal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Żieda fil-fees of office

Question

In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li parti sostanzjali mir-risposta għal din il-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, il-bqija ta’ l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra. (Ara dokument PL 4299 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 19 ta' Jannar 2015 fis-Seduta 228)