Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imġarr — Triq Fisher

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-irranġar tal-bankina fi Triq Fisher, Imġarr, Malta taqa' taħt l-ADT u jekk iva, meta hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol isir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Fisher hi triq arterja u taqa' taħt ir-responsabilita tal-Awtorita' dwar it-Trasport. Għad m'hemmx ħsieb meta x-xogħol ser isir.

Sinjali tat-Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru s-sinjali tat-toroq fit-triq arterjali l-ġdida li tagħti bejn il-Mosta u l-Imġarr, Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sinjali tat-toroq fit-triq arterjali l-ġdida li tagħti bejn il-Mosta u l-Imġarr, Malta diga’ saru.

Ħaż-Żebbuġ — Triq M A Sapiano

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18102 u cioe' li jikkunsidra u jirrikmanda li ssir mill-ġdid Triq M A Sapiano, Ħaż-Żebbuġ, peress li din tinsab fi stat diżastruż?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kienet tintuża bħala deviation route għall-proġett ta' toroq finanzjati mill-Protokoll Taljan. L-Awtorita' dwar it-Trasport qegħda tikkunsidra li x-xogħlijiet fuq Triq M.A.Sapiano jsiru direttament minnha ma' numru ta' toroq oħra f'Ħaż Żebbuġ.

H'Attard — Triq Notary Zarb

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18092 u jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li t-traffiku li jgħaddi minn Notary Zarb Str, Attard fid-direzzjoni tar-Rabat jiġix devjat għal triq oħra li kellha tinbena fil-viċinanzi ta' Wied is-Sewda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18092.

H'Attard — Notary Zarb Street

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18095 u jikkonsidra li jirrakkomanda li fis-sezzjoni ta' Notary Zarb Street, faċċata taċ-ċimiterju ta' Ħ'Attard, isiru l-modifikazzjonijiet neċessarji sabiex jitnaqqas il-periklu li hemm preżentement u biex jiġi evitat in-numru inaċċettabbli ta' inċidenti tat-traffiku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18095. L-istudju msemmi f'din ir-risposta issa nbeda u għalhekk risposta definittiva tkun tista' tingħata hekk kif jitlesta dan l-istudju.

ADT — Post ta' manager

Question

Saru tliet sejħiet għal post ta' manager b'responsabbilta' tal-kordinament tad-direttorati kollha ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport f'Għawdex. X'kienu l-kwalifiki meħtieġa mill-ADT fl-ewwel u t-tielet sejħa għal din il-kariga? Jekk kien hemm tnaqqis fir-rekwiżiti meħtieġa, għaliex sar dan? Ma jidhirlux il-Ministru li b'hekk saret diskriminazzjoni ma' min applika l-ewwel darba?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-kwalifiki meħtieġa mill-ADT fl-ewwel u t-tielet sejħa għal kariga ta’ manager b’responsabbilita’ tal-kordimanet tad-direttorati kollha ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport f’Għawdex kienu :- Fl-ewwel sejħa: - litterat fit-teknoloġija tal-informatika - persuna matura - kapaċita li jikkordina u jaħdem f'organizzazzjoni Fit- tielet sejħa (l-istess bħat-tieni sejħa): - tlett snin esperjenza fil-qasam tal-middle management; - litterat fit-teknologija tal-informatika u - kommunikazzjoni tajba kemm bil-miktub kif ukoll bil- kelma Kif jidher ċar ma kienx hemm tnaqqis fir-rekwiżiti meħtieġa u għalhekk ma saret l-ebda diskriminazzjoni ma’ min applika l-ewwel darba kif qed jgħid l-Onorevoli Interpellant.

ADT — Manager

Question

Fl-20 ta' Ottubru 2005 gazzetta lokali ikkwotat lil ADT dwar sejħa għall-manager f'Għawdex li "mill-intervisti minn ġewwa li saru, il-management ta' l-ADT ma sab l-ebda persuna ta' kalibru għal din il-ħatra". Jista' il-Ministru jgħid kif il-persuna maħtura riċentement hi ta' kalibru akbar meta ikkomparata ma' ħaddiema li applikaw li għandhom snin ta' esperjenza fl-ADT u kwalifiki rilevanti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18341 minn fejn jidher ċar li l-kwalifiki mitluba fit-tieni u t-tielet sejħa (esterni) kienu ogħla minn dawk mitluba fl-ewwel sejħa (interna). Għalhekk jidher ċar li l-persuni li applikaw u li diġa' huma mpjegati ma' l-ADT, komplessivament ma kellhomx kwalifiki ta' l-istess livell tal-persuna li ġiet appuntata.

ADT

Question

Jista' il-Ministru jispjega kif persuna li qatt ma ħadmet ma' l-ADT issostni b'ċertezza fil-pubbliku li kienet se tinħatar f'kariga għolja b'salarju ta' Lm10,000 ma' din l-awtorita' ħafna qabel ma tkun intervistata, u dan meta l-persuna m'għandha l-ebda esperjenza u kwalifiki rilevanti għal din il-kariga? Ma jidhirlux li din hija indikazzjoni ċara għal kulħadd li s-sejħiet għal karigi ma' din l-awtorita' saru farsa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Dan l-aħħar l-Awtorita’ dwar it-Trasport ħarġet applikazzjonijiet kemm interni kif ukoll esterni. L-ADT m’għandha l-ebda tagħrif dwar xi persuna li aġixxiet bil-mod indikat f’din il-mistoqsija. Jekk l-Onorevoli Interpellant jagħti jew l-isem tal-persuna (permezz ta' karta separata) jew għall-anqas il-kariga li qiegħed isemmi dan l-individwu, inkun forsi nista' nindaga aħjar.

H'Attard — Xogħlijiet

Question

Wara numru ta' kuntatti ma' residenti tal-lokalita' ta' H'Attard, kif ukoll wara spezzjonijiet li għamilt personalment, jista' il-Ministru jikkonsidra numru ta' toroq - skond kif jidhru hawn taħt - f'dak li għandu x'jaqsam ma' xogħlijiet li naf li l-gvern beħsiebu jwettaq fix-xhur li ġejjin fuq toroq residenzjali? Triq iż-Żahar, Triq il-Larinġ, Triq it-Taħħan, Triq l-Istringitur, Triq il-Bettiegħa, Triq il-Ġibjun c/w Triq Dun Alwiġ Galea, Triq il-Nebbieta (parti), Triq Il-Konti Ramiro Barbaro, Triq P.P. Rubens, Triq Emvin Cremona (parti), Triq it-Tut, Triq il-Ficus, Triq is-Sardinella, Triq iż-Żbiba, Triq iż-Żraġen (parti), Trejqet tar-Reġin, Triq Ġdida fi Trejqet Tar-Reġin, Triq Lorenzo Manche u Triq il-Mixtla.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ser jiġu nklużi fil-program ta’ toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program għal bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond program li għandu jitfassal fil-ġimgħat li ġejjin.

Ħaż-Żebbuġ — Xogħlijiet

Question

Wara numru ta' kuntatti ma' residenti tal-lokalita' ta' Ħaż-Żebbuġ, kif ukoll wara spezzjonijet li għamilt personalment, jista' il-Ministru jikkonsidra numru ta' toroq - kif jidhru hawn taħt - f'dak li għandu x'jaqsam ma' xogħlijiet li naf li l-gvern beħsiebu jwettaq fix-xhur li ġejjin fuq toroq residenzjali? Triq Għarram, Triq Ġiraldu Farrugia, Dawret in-Niżla ta' San Pawl, Triq il-Kaċċa, Triq l-Għeneb, Triq Ġdida fi Triq il-Kbira, Triq Ġanni Pullicino, Triq Patri Andrea Azzopardi, Triq l-Indipendenza, Triq Dun Filippu Calleja, Triq Ġdida fi Triq l-Indipendenza u Triq M.A. Sapiano.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ser jiġu nklużi fil-program ta’ toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program għal bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond program li għandu jitfassal fil-ġimgħat li ġejjin.

Mosta — Triq il-Ħtajriet

Question

Jarax il-Ministru li peress li Triq il-Ħtajriet fil-Mosta għadha ma saritx b'detriment kbir għar-residenti kollha li jgħixu hemm, li sakemm titlesta t-triq, titnaddaf b'mod regolari mit-trab li jinġema' fiha li qed ikun ukoll ta' detriment għas-saħħa tan-nies?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija nklużi fil-program ta’ toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program għal bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Trasport pubbliku — Rotta nru. 34

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-linja 34 hemmx il-ħsieb li tinbidel ir-rotta tagħha u cioe' hix se tibqa' tgħaddi mill-pjazza kif minn dejjem kienet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li bħalissa għaddejjin taħtidiet bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta, l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop sabiex isir xi tibdil fir-rotta li taffettwa lir-residenti tal-lokalita' ta' Ħal Kirkop. Dan it-tibdil ser isir sabiex jiġi estiż is-servizz fl-inħawi tal-Housing Estate.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Impjegati 'il fuq minn 61 sena

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17352, jista' il-Ministru jgħid minn liema distrett elettorali huma dawn l-uffiċjali u jekk għandhomx xi parentela ma' xi membru parlamentari tal-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-uffiċjali li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma mill-għaxar distrett. L-Awtorita' m’għandiex tagħrif dwar jekk għandhomx xi parentela ma' xi membru parlamentari tal-gvern. Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li sa fejn naf jien il-persuni indikati m'għandhom l-ebda parentela miegħi.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Rigali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17615, jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija kollha billi jgħid kemm kienet in-nefqa separatament fis-snin 2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk Triq il-Baċir il-ġdid, Triq id-Dgħajjes, Triq l-Ibjar u Triq Pawlu Boffa, Raħal Ġdid (dik residenzjali) humiex responsabbilta' tal-gvern ċentrali jew tal-kunsill lokali biex isir asfaltar u l-manutenzjoni fuq l-istat ħażin ferm li jinsabu fih dawn it-toroq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn żmien għal żmien l-Awtorita' dwar it-Trasport titlob lill-Kunsilli Lokali jindikawla toroq li jkun jeħtiġielhom xogħol ta' kostruzzjoni u li jkunu responsabilita' ta' l-ADT. Mill-lista ta' toroq indikati, Triq l-Ibjar biss kienet fil-lista ta' toroq mitluba mill-Kunsill Lokali Paola għalhekk hu ovju li t-toroq l-oħra huma responsabilita' tal-Kunsill Lokali . L-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda fil-proċess li tikkonkludi l-lista ta' toroq li jeħtiġielhom xogħlijiet u f'dan l-eżerċizzju jkun verifikat jekk Triq l-Ibjar hijiex responsabilita' tal-ADT jew le.

Bini ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ivvotati u kemm intnefqu flus fuq: i) bini ta' toroq ġodda, u ii) bini mill-ġdid ta' toroq f"Malta sena b'sena mill-1999 sa l-2005? Kemm kilometri saru kull sena: i) ta' toroq ġodda u ii) ta' bini mill-ġdid ta' toroq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Id-dettalji dwar flus ivvutati u minfuqa għall-bini ta’ toroq ġodda u bini ta’ toroq mill-ġdid bejn l-1999 u l-2005 jinsabu fid-dokument li qiegħed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-flus allokati fil-bidu tas-sena taħt xi vot partikolari jista’ jonqos jew jiżdied minħabba virements li jsiru skond il-ħtieġa. It-total ta’ kilometri ta’ toroq li saru matul dawn is-snin huwa hekk: 1999: informazzjoni mhux possibbli tinġabar 2000: informazzjoni mhux possibbli tinġabar 2001 28 kilometru 2002: 17.5 kilometri 2003: 18 kilometri 2004: Residenzjali - 8.7 kilometri Industrijali - 1.5 kilometri Domestiċi - 9.1 kilometri Total - 19.3 kilometri 2005: Residenzjali - 11.3 kilometri Industrijali - 1.5 kilometri Toroq oħra - 3.8 kilometru Total - 16.5 kilometri Matul l-2004 u l-2005 saru wkoll 16.5 kilometri ta’ toroq mill-fondi tal-Protokoll Taljan.

Tas-Sliema — Leaflet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-leaflets li ntbagħtu mill-Ministeru tiegħu lir-residenti ta' Tas-Sliema ftit jiem biss qabel l-elezzjonijiet lokali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 17955.

Marsascala — Triq in-Nadur

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17413 u jgħid meta se jibda jew jitkompla x-xogħol fi Triq in-Nadur ġewwa Marsaskala minħabba li tinsab fi stat diżastruż? Japprezza li kien hemm commitment li din it-triq issir snin ilu u għalhekk huwa ġust li issa titlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'dawn il-ġranet qed isiru xogħlijiet fi Triq l-Isfar, Triq il-Vjola, Triq Parti Wistin Born u Triq il-Kavallieri ta' Malta. Fil-ġranet li ġejjin ser jinbeda' x-xogħol fi Triq il-Granmastri wkoll. Mill-informazzjoni li għandna, x-xogħlijiet fi Triq in-Nadur M'scala nbdew mill-Kunsill Lokali ta' M'scala li għalhekk għandu l-obbligu li jlestihom.

Proġett tal-Park and Ride

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-park and ride?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-proġett tal-Park and Ride hu maqsum fi tlett fażijiet. Ix-xogħolijiet fuq il-junctions li jagħtu għas-sit fejn ser isir il-Park and Ride tlestew aktar kmieni din is-sena. It-tender għall-operat tal-Park and Ride ġie aġġudikat iżda kien hemm żewġ oġġezzjonijiet. Bħalissa iż-żewġ appelli jinstabu quddiem iċ-ċentru tal-Arbitraġġ. It-tender tax-xogħolijiet fuq is-sit ta' Hornwork u Crownworks Ditch ser jingħata fi ftit żmien ieħor.

Bypass ta' l-Imtarfa

Question

Jista' il-Ministru jara li t-triq li tagħti minn fejn Howard Gardens, Imdina għal fejn l-Istazzjon Restaurant u l-bypass ta' l-Imtarfa tiġi rranġata peress li din it-triq użata ħafna mit-turisti u tinsab fi stat diżastruż?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-prijorita' assoluta rigward toroq fl-inħawi hija li jitlesta x-xogħol tal-Bye Pass ta' l-Imtarfa. Minħabba n-natura tax-xogħol, l-ispiża għax-xogħolijiet li baqa' hija konsiderevoli, ma hux possibli li jsiru toroq oħra fl-inħawi għal din is-sena.