Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li jirċievu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni sal-aħħar ta’ Settembru 2015 u jista’ jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Persuni li jirċievu pensjoni taħt il-€500 fix-xahar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar ta’ Settembru 2015 u jista’ jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Housing – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17947, jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt ma dan is-sinjur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament wara li kien hemm żieda fil-membri tal-familja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interperllant illi, sar kuntatt mal-applikant li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fl-10 ta’ Settembru 2015. Is-social worker tal-Awtorita’ tad-Djar għamlet l-intervista mal-persuna kkonċernata sabiex jkun jista’ jsir l-assessjar tal-każ tiegħu.

KNDP – taraġ fid-daħla tal-Belt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-KNPD ġibditx l-attenzjoni tal-Gvern li minkejja li t-taraġ fuq il-lemin tad-daħla tal-Belt issa ilu xi tmien xhur li nfetaħ għall-pubbliku, min-naħa l-oħra l-lift li jieħdok mil-livell tad-daħla tal-Belt Valletta sal-livell tal-Bank Ċentrali sal-lum għadu mhux lest u allura persuna fuq wheelchair ma tistax taċċedi għal dak il-livell jekk mhux billi ddur id-dawra kollha? Jekk il-KNPD ġibdet l-attenzjoni tal-Gvern, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza relevanti kollha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, waqt spezzjoni fuq il-post li għamlet il-KNPD, kemm ġewwa l-bini tal-Parlament u l-madwar tad-daħla tal-Belt, fost l-affarijiet li ġew innotati kien hemm l-assenza ta’ lift, kif qed jiġi msemmi fil-Mistoqsija Parlamentari. Il-KNPD ġibdet mill-ewwel l-attenzjoni għal dan u ngħatat l-assigurazzjoni mill-Grand Harbour Regeneration Corporation plc (GHRC) li, l-lift se jkun installat kif jitlesta x-xogħol li għad fadal xi jsir. Il-KNPD qiegħda f’kuntatt mal-GHRC biex issegwi dan il-każ.

Awtorità tad-Djar — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista bl-ismijiet tal-25 persuna li b'effett mis-17 ta' Awwissu li għadda ħadu promozzjoni fl-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-grad ta' kull wieħed u waħda minnhom u f’liema dipartiment fl-Awtorità tad-Djar qegħdin jaħdmu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: DipartimentPromozzjoni Deputy CEO Social Housing Services Department Supervisor Administration Officer Administration Officer Officer II Schemes & Policies Department Coordinator Administration Officer Administration Officer Estate Management Department Supervisor Senior Officer (Technical Draughtsman) Administration Officer Technical Services & Operations Department Coordinator Architect Coordinator Architect Coordinator Coordinator Senior Officer (Draughtsman/QS) Senior Officer (Draughtsman/QS) Senior Officer (Draughtsman/QS) Senior Officer (Clerical) Corporate Services Department Executive Head Corporate Services Administration Officer Administration Officer Support Service Assistant Support Service Assistant

Awtorità tad-Djar — vacancies

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kandidati li applikaw għall-25 vacancies li ħarġu fl-Awtorità tad-Djar ingħatawx il-fakultà li jaraw il-marki tagħhom, il-classification report jew jagħmlu l-oġġezzjonijiet tagħhom lill-Human Resources Section tal-Awtorità tad-Djar? Jekk iva, jista' jgħid sa liema data setgħu jagħmlu dawn l-oġġezzjonijiet u x'inhi l-proċedura li kellhom jużaw sabiex jagħmlu dawn it-talbiet? Jista' jgħid ukoll minn min ser ikun kompost il-Bord li ser ikun qed jevalwa dawn l-oġġezzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar imxiet bl-istess proċeduri u prassi kif dejjem għamlet kull meta kien hemm sejħa interna fi ħdan l-Awtorita’ stess.

San Vinċenz de Paule – impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fir-Residenza San Vinċenz de Paule mill-1 ta' Jannar 2015 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawn l-impjegati ġodda u f'liema grad qegħdin jaħdmu? Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx trasferiti minn entitatjiet oħra tal-Gvern jew jekk ġewx impjegati minn barra skont il-każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li sommarju ta’ dak mitlub qed jinġieb għall-attenzjoni tal-Onor. Interpellant fit-tabella t’hawn taħt, filwaqt li tabella dettaljata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Residenza San Vinċenz de Paule – Impjegati Ġodda, u Traferiti minn Entitajiet/Dipartimenti Oħra Status tal-ImpjiegNumru ta’ Impjegati Impjegati Ġodda29 Trasferiment minn Dipartimenti/Entitajiet Oħra10 Enemalta – Engineering Resources Ltd.22 Ri-Ingaġġ ta’ Persuni 5 Persons of Trust2 (Tiġdid ta’ kuntratti)

Servizz tal-Home Help — kriterji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji sabiex persuna li għandha 'l fuq minn 60 sena tkun intitolata għas-servizz tal-Home Help? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil f'dawn il-kriterji f'dawn l-aħħar sentejn? Jekk iva, jista' jgħid x'kien dan it-tibdil?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn ir-rekwiżiti meħtieġa biex persuna tkun tista’ tapplika għas-Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar jinkludu l-punti li ġejjin: 1. Dawk l-anzjani ‘l fuq minn 60 sena li minħabba xi kundizzjoni medika, fiżika jew psikoloġika ġiet affetwata l-indipendenza tagħhom. Tingħata prijoritá lil dawk li huma avvanzati fiż-żmien, jgħixu weħidhom jew li ma jkollhomx sapport familjari fil-komunitá. 2. Dawk l-anjzani li għalkemm indipendenti esperjenzaw xi problema kemm medika, fiżika kif ukoll psikoloġika u li jkollhom bżonn xi għajnuna temporanja sakemm jerġgħu jakkwistaw l-indipendenza tagħhom. 3. Dawk il-persuni li minħabba xi diżabilita’ fiżika jeħtieġu l-għajnuna kemm huma personali kif ukoll dawk li jieħdu ħsiebhom. Importanti li tiġi ppreżentata l-karta ta’ l-identità speċjali (valida) maħruġha mill-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. 4. Dawk il-persuni (irrelevanti mill-età) u li sfortunatament qegħdin isofru minn kundizzjoni ta’ mard terminali u li għandha tkun sostanzjata b’rapport mediku. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, f’dawn l-aħħar sentejn ma sar l-ebda tibdil f’dawn il-kriterji imsemmija.

San Vincenz de Paule – Night Shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jagħmlu użu min-Night Shelter fir-Residenza San Vincenz de Paule sal-lum? Jista' jgħid mil-liema lokal jew lokalitajiet ġejjin dawn l-anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, preżentament hemm 8 anzjani li qed jagħmlu użu minn Night Shelter fir-Residenza San Vinċenz de Paule. L-anzjani li qegħdin jattendu bħalissa ġejjin mil-lokalitajiet taż-Żurrieq, Ħamrun, Mqabba, Paola, Qrendi, Siġġiewi u Msida.

Benefiċċju ta’ carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jibda jagħti l-benefiċċju ta' carer lil dawk il-persuni miżżewġa li jieħdu ħsieb il-ġenituri tagħhom bħal fil-każ ta' persuni xebbiet, ġuvintur jew separati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Gvern qed jistudja biex jimplimenta dak li ntqal fid-diskors tal-budget u wkoll qed iħares lejn dan is-settur b’mod ħolistiku.

Aġenzija Appoġġ — riforma - konsultazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma' min qed issir jew saret konsultazzjoni dwar ir-riforma fl-Appoġġ? Saret xi tip ta' konsultazzjoni mas-services users ta' din l-Aġenzija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Saru laqgħat mal-ħaddiema, rappreżentanti tagħhom u individwalment ma' "service users".

Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal — konsultazzjoni dwar l-emendi

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma' min saret jew qed issir konsultazzjoni fuq l-emendi tal-Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Saru laqgħat mas-Settur tal-Ġustizzja biex kif kien ippjanat “care orders” isiru mill-Qrati Maltin u ħalli jkun hemm koordinament tajjeb bejn il-Ġustizzja u s-Soċjal. Saru laqgħat ma’ persuni u entitajiet oħra.

Aġenzija Appoġġ — Servizzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ġodda ddaħħlu bejn April 2013 u Settembru 2015 mill-Aġenzija Appoġġ immirata għal tfal vulnerabbli u dawk il għandhom ordni ta' ħarsien?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn April 2013 sa Ottubru 2015, l-Aġenzija Appoġġ daħlet numru ta’ servizzi ġodda inklużi dawn li ġejjin: · Servizzi fil-komunità għall-ommijiet li jkunu qed irabbu waħedhom, li jinkludu workshops bil-mira li jintroduċu l-idea ta’ ħiliet bażiċi, snajja u għajnuna akkademika lil dawn l-ommijiet, kif ukoll il-programm High Support Service fejn support worker s qed jaħdmu mil-qrib ma’ ġenituri u tfal b’enfazi partikulari fuq it-trobbija pożittiva; · Is-Servizz tal- Home Based Family Therapy; liema servizz jinkludi f’terapija lil diversi familji vulnerabbli u li għandhom bżonn għajnuna speċjalizzata; · Aktar ħaddiema soċjali biex joffru servizz aħjar fil-ħarsien tat-tfal; · L- Adoloscent Day Programme , immirat għal dawk l-adoloxxenti li jkollhom imġieba diffiiċli u li jkun u bdew jesperimentaw b’sustanzi illegali; · Is-Servizz ta’ Emerġenza bl-intervent tal-ħaddiema soċjali f’każijiet diffiċli u partikolari, barra mill-ħinijiet uffiċjali tax-xogħol tal-istess ħaddiema soċjali; · It-twaqqif ta’ St Venera Residential Home , li qed tilqa’ fiha żgħażagħ li minħabba imġieba diffiċli ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu fi djar residenzjali oħra; · Tnaqqis ta’ stennija b’25% fl-2015, fil-waiting list tal-program Youth in Focus, u tnaqqis signifikanti fil-ħin ta’ stennija ukoll għas-servizz Embark for Life. · Be Smart Online, tgawdi minn Fondi Ewropej sabiex tkompli tkabbar is-servizz tagħha; · Is-Supportline 179 attrazzata b’teknoloġija avvanzata sabiex ikun jista’ jsir moniteraġġ aħjar tat-telefonati li jidħlu; · Imniedi ktieb ġdid bl-isem ta’ ‘Perla’ , bil-għan li jgħin l-ġenituri addottivi u t-tfal tagħhom fit-trobbija; · Ristrutturar tas-shelter tan-nisa ‘Għabex’; · Moniteraġġ kontinwu fuq il-waiting list tas-Servizz kontra l-Vjolenza Domestika sabiex ikun żgurat illi din tibqa f’livelli baxxi ħafna u b’hekk il-vittmi u t-tfal tagħhom jingħataw servizz minn ħaddiema soċjali allokata għalihom kemm jista’ jkun malajr; · Ftuħ ta’ dar fil-Komunita għall-Aħwa li tilqa’ fiha sa tmint itfal aħwa li ma jistgħux jgħixu mal-familja tagħhom. · U finalment l- Youth Stop Shop li qiegħed joffri servizz liż-żgħażagħ vulnerabli biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol

Care Orders — evalwazzjonijiet psikoloġiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jevalwa, u x’evalwazzjonijiet psikoloġiċi qed isiru lit-tfal meta tinħareġ care order biex ikun deċiż x’kuntatt għandu jkun hemm mal-ġenituri u x’servizzi terapewtiki oħra jkollhom bżonn (skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta Fuq Care Orders (Il-Kummissarju tat-Tfal, p.6, n. 9)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara l-publikazzjoni tal-istudju li l-Onor. Interpellant qed jagħmel referernza għalih, l-Aġenzija Appoġġ ipprovdiet taħriġ lill-professjonisti minn esperti fil-qasam. Wara dan it-taħriġ, ġew imfassla linji gwida mill-istess esperta, wara li din evalwat il-prattiċita’ eżistenti tal-professjonisti fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, sabiex jintużaw f’każijiet simili. Dawn il-linji gwida jiffukaw fuq kif għandhom jiġu assessjati l-minuri u mgħejjuna sabiex jiġi stabbilit il-kuntatt mal-ġenituri bioloġiċi u l-għajnuna neċessarja li għandha tingħata minn diversi professjonisti f’dan ir-rigward. Fil-prattika, bħalissa isir assessjar minn professjonisti mħarrġa apposta fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ u f’każijiet fejn ikun identifikat li hemm bżonn iktar għajnuna neċessarja, jiġu referuti għal professjonisti oħra. It-tfal u ż-żgħazagħ li huma protetti b`Ordni għall-Ħarsien, kollha għandhom ħaddiem(a) soċjali assenjat(a) lilhom sabiex iħarsu l-bżonnijiet u l-ħtigijiet kollha tagħhom. F`ċerti każijiet bi qbil bejn il-professjonisti li jkunu qed jaħdmu ma’ dawn it-tfal u mal-familja naturali tagħhom, dawn jiġu referuti għal għajnuniet oħra bħal għajnuna psikjatrika, għajnuna medika u wkoll għal għajnuna psikologika skont il-bżonn tagħhom. F’ċirkostanzi oħra, il-familja tiġi riferuta għal terapija tal-familja sabiex jiġu indirizzati diffikultajiet u sabiex il-familja tingħata l-għajnuna li jkollha bżonn biex jekk ikun fl-aħjar interess tal-minuri, dawn jerġgħu jiġu ri-integrati mal-ġenituri tagħhom. Dan ix-xogħol isir kollu bl-approvazzjoni tal-Bord Konsultattiv tat-Tfal u ż-Żgħażagħ li hu maħtur skont il-Liġi mill-Ministru responsabbli mill-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, u finalment ikun dan il-Bord li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa dwar kull każ individwali.

Tfal taħt il-ħames snin mibgħuta fl-Istituti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn tfal taħt il-ħames snin qed jerġgħu jintbagħtu fl-istituti għall-kuntrarju tar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Dwar Care Orders (Il-Kummissarju tat-Tfal, p.7 n.10)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-mistoqsija parlamentari kif inhi mpoġġija hija bbażata fuq informazzjoni mhux eżatta (misleading). Isiru l-isforzi kollha biex minuri taħt il-ħames snin jitpoġġew ma’ familji jew residenzi fejn l-ambjent ikun jixbah kemm jista’ jkun dak ta’ familja. Isir minn kollox biex tfal taħt il-ħames snin jiġu integrati f’ambjent ta’ familja.. Isir minn kollox biex tfal taħt il-ħames snin jiġu integrati f'ambjent ta' familja.

Bord Konsultattiv tat-tfal u ż-Żgħażagħ — deċiżjoni dwar żieda ta' ħin mal-ġenituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar żieda ta’ ħin mal-ġenituri mill-Bord Konsultattiv tat-Tfal u ż-Żgħażagħ (Advisory Board)? Min, f’dan il-Bord huwa kkwalifikat akkademikament biex jevalwa dan il-bżonn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Bord, li huwa magħmul minn membri kwalifikati u kompetenti f’dan il-qasam, b’għarfien wiesa’ u li jvarja minn counselling, studju dwar iż-żgħażagħ, studji soċjali kif ukoll psikoloġija, jara lill-minuri taħt ordni ta’ ħarsien darba kull sitt xhur. Il-bord jaħdem fil-qrib mal-ħaddiema soċjali li jippreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom fuq il-minuri, fejn fost ir-rakkomandazzjonijiet, ikun hemm suġġerimenti fuq l-aċċess tal-minuri. Il-membri tal-bord jevalwaw mill-qrib dawn ir-rakkomandazzjonijiet waqt li jġib quddiem għajnejh dejjem il-ġid tal-minuri. Il-bord ifittex ukoll illi jitkellem mal-minuri u jfittex li jsegwi x-xewqat tagħhom wara li jisma’ u jevalwa l-partijiet kollha involuti fil-ħajja tal-istess minuri. L-ebda rakkomondazzjoni imressqa mill-ħaddiema soċjali ma’ tiġi aċċettata qabel ma jsiru laqgħat mat-tfal taħt kura u kustodja u n-nies kollha involuti fil-ħajja tagħhom (jiġifieri ġenituri, foster carers/leaders tad-djar residenzjali, ħaddiema soċjali u psikologi fost oħrajn).

Applikazzjoni għal Dar tal-Anzjani – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għall-Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, ġiet allokata post ġewwa d-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla, fl-1 ta’ Settembru 2015.

Benefiċċji soċjali – persuni li jsiefru

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni li jkunu qegħdin jirċievu xi benefiċċju soċjali jistgħux isiefru bla ma jitneħħilhom dan il-benefiċċju? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna li tirċievi xi forma ta' benefiċċju soċjali siefret mill-1 ta' Diċembru 2014 sal-lum bla ma tneħħilha dan il-benefiċċju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont il-liġi tas-Sigurtà Soċjali, persuni li jirċievu Pensjoni Kontributorja, jistgħu jsiefru u anke jmorru jgħixu barra l-pajjiż mingħajr ma titwaqqaf il-pensjoni. Mill-banda l-oħra, persuni li jirċievu benefiċċji mhux kontributorji, jistgħu jsiefru biss jekk ikunu sejrin għal kura medika barra l-pajjiż b'għajnuna mill-Gvern. Madanakollu, għal żjarat qosra barra l-pajjiż, jistgħu jiġu kkunsidrati, fuq bażi individwali, jekk il-benefiċjarju/a javża jew tavża lid-Dipartiment bil-quddiem. Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-1 ta' Diċembru 2014 sal-lum, kien hemm każ wieħed fejn persuna siefret mingħajr ma tneħħilha l-benefiċċju. Mistenija li ssir bidla fir-regolamenti fil-futur qarib.

Awtorità tad-Djar – permessi validi għall-bini

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19417 dwar permessi u applikazzjonijiet pendenti għall-permessi ta' bini mill-Awtorità tad-Djar, jagħti t-tagħrif mitlub fid-domanda oriġinali, dwar kemm hu n-numru ta' households li mistennija jinbnew permezz ta' dawn l-istess applikazzjonijiet? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma l-files tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dawn l-applikazzjonijiet, u fil-każ tal-blokki li għalihom diġà hemm permessi, jista' jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn l-istess binjiet qed jistennew li jinbeda x-xogħol ta' kostruzzjoni fuqhom? F'kull każ meta ħarġu t-tenders għal dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, t-tagħrif mitlub dwar ir-referenzi ta’ permessi u applikazzjonijiet għall-bini li għandha l-Awtorita’ tad-Djar mal-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u Ippjanar, qed jingħataw fit-tabelli t’hawn taħt. Bħalissa qed isir studju sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dwar liema binjiet ser ikunu qegħdin jinbnew u meta l-Awtorita’ bi ħsiebha tibda t-tali xogħlijiet. Għaldaqstant, sa issa għadhom ma nħarġu l-ebda tenders għal dawn ix-xogħlijiet. Raħal Referenza tal-MEPA Attard PA 01062/14 Birgu PA 02396/14 Birkirkara PA 01281/14 Bormla PA 03129/12 Kirkop PA 03664/13, PA 00274/14, PA 00274/13, PA 01487/13, PA 01130/13 Luqa PA 07693/07 Marsaskala PA 00983/14, PA 00966/14 PA 02658/15 Mellieħa PA 03338/13 Msida PA 03515/13 Naxxar PA 02218/12 Paola PA 01002/14, PA 00312/11 Qrendi PA 00382/13, PA 01056/12 PA 02920/13, PA 01768/11, PA 02599/15, PA 01543/11 Rabat PA 02162/15 Siġġiewi PA 00969/14, PA 03299/13 PA 06450/06, PA 04988/10 Żabbar PA 05802/07, PA 02947/13 Żebbuġ PA 01004/14, PA 06947/06, PA 00951/14, PA 00959/14, PA 00039/13 Żejtun PA 00273/11 Żurrieq PA 03042/15, PA 03067/15, PA 00948/14, PA 00958/14, PA 01005/14, PA 05467/08 Total Raħal Referenza tal-MEPA Burmarrad Stadju ta’ sceening Fgura PA 00858/08 Kirkop PA 00161/14, PA 00291/15 Luqa PA 02980/14, PA 02786/07 Msida Stadju ta’ sceening Qormi Stadju ta’ sceening Qrendi PA 03374/15 Valletta Stadju ta’ sceening Żebbuġ Stadju ta’ sceening Żurrieq PA 02026/15, PA 02578/15, PA 02577/15 Total

Dipartiment tal-Artijiet – Home Ownership Schemes

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18027, kemm-il familja saret sid ta’ darha grazzi għal dan il-ħlas mid-Dipartiment tal-Artijiet lis-sidien tal-Home Ownership Schemes f’kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija fil-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar, bejn Marzu 2013 u Lulju 2015, iffirmat il-kuntratti mas-sidien tal-Home Ownership Scheme kif hawn taħt indikat:- MOSTA TAD-DIB 42 NAXXAR IS-SGĦAJTAR 6 QORMI TA' FARZINA 1 ŻURRIEQ BUBAQRA 19 Total 68 Legal Notice 128/2011 134/2012 137/2013 146/2013 166/2008 173/2013 235/2012 258/2014 368/2012 433/2013 95/2013 Total MOSTA TAD-DIB 33 6 3 42 NAXXAR SGHAJTAR 1 2 3 6 QORMI TA' FARZINA 1 1 ŻURRIEQ BUBAQRA 1 1 1 9 7 19 Total 1 1 1 33 1 9 1 2 6 6 7 68