Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Positions of trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Il-Fgura – Kwalità tal-Ilma

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13616, jista’ l-Ministru jippreżenta kopji tar-rapporti li saru, peress li għad hemm ilmenti fuq il-kwalità tal-ilma fil-Fgura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwalità tal-ilma tal-Fgura, bħal villaġġi oħrajn, tiġi ċċekjata kull xahar.

Dipartiment tas-Saħħa – magni tal-kliewi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm magni komunement magħrufa bħala ‘tal-kliewi’ preżentament għas-servizz tal-pazjenti fid-Dipartiment tas-Saħħa? Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom jagħtu servizz dawn il-magni u jekk hemmx xi pjanijiet li dawn jiġu mibdula jew jiżdiedu matul din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 36-il magna tal-kliewi. L-ahhar magna li ġiet installata kienet biss ftit tal-gimghat ilu gewwa l-Isptar t’ Ghawdex.
Leg 12 PQ #14873 Sitting 246 2015-03-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata — xiri ta' oqbra - applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal xiri ta' oqbda fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Kemm hemm oqbra ġodda lesti, u kif hu mistenni li jissejħu biex jagħmlu kuntratt dawk li għandhom applikazzjoni pendenti? Meta hu mistenni li jissejħu għal kuntratt dawk li se jingħataw iċ-ċans li jixtru l-istess oqbra, u dan billi wħud mill-applikanti huma nkwetati ferm li mhux se jmisshom tali qabar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #14877 Sitting 246 2015-03-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar — infrastruttyra tas-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min qed iwettaq l-istudju dwar l-infrastruttura tas-sistema tad-drenaġġ li għandna f'San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li jiġi finalizzat dan l-istess studju fuq is-sistema?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istudju msemmi qed jitwettaq mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Il-proċess mistenni jieħu ftit fit-tul minħabba li qed jinstab ammont konsiderevoli ta' materjal ta' kostruzzjoni.
Leg 12 PQ #14878 Sitting 246 2015-03-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar — sistemi tal-mains tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema partijiet minn San Pawl il-Baħar għadhom mhux moqdija bis-sistema tal-mains tad-drenaġġ? Meta hu mistenni li dawn l-istess partijiet tal-lokalità li għadhom mhux moqdija b'din is-sistema jiġu mqabbda mal-istess sistema? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi xogħol pendenti biex isir minkejja li t-tender għalih ġiet pubblikata u aġġudikata? Jekk iva, f'liema partijiet tal-lokalità hu mistenni li jsir ix-xogħol indikat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-inħawi li għadhom mhux moqdija bis-sistema tal-mains huma Imbordin, Wardija, Imselliet u Għajn Astas. Dawn huma moqdija permezz ta' bowsers.

Testijiet għal CT-Scan u MRIs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b’kategorija u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ persuni li qegħdin jistennew għal CT-Scan u MRI huma kif gej: MRI 2934, CT 1708 Qed isiru medja ta‘ 200 CT MRI fil-gimgha, u 500 CT scan fil-gimgha

Enemalta plc — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu bżonn ħaddiema mal-Enemalta plc biex jopera?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-Enemalta plc. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.

Engineering Resources Ltd – ħaddiema sekondati mal-Environmental Monitoring Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Environmental Monitoring Services u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14140 (erbatx-il elf, mija u erbgħin).

Xiri ta’ Heavy Fuel Oil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtara heavy fuel oil f’tunnellati u kemm ġew ikkonsmati mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija? Kemm kien hemm tunnellati ta’ heavy fuel oil maħżuna f’Malta fl-aħħar ta’ Jannar 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika mingħand min inxtara l-heavy fuel oil li qed tirreferi għalih.

Outpatients — appuntamenti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13213, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx appuntamenti għall-2017? Kemm hemm u f’liema dipartimenti huma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar.

Sistema pubblika tas-Saħħa — reġistru

Question

Minħabba li l-informazzjoni mitluba hija parti mill-leġiżlazzjoni ta’ pajjiżna, jista’ l-Ministru jgħidilna meta se jkun f’pożizzjoni li jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13211, 12331 u 8274 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-reġistru li fih jinkludi l-benefiċċji, servizzi, interventi u t-trattamenti kollha pprovduti mis-sistema pubblika tas-saħħa, u l-ispiża u/jew it-tariffi ma’ kull tali benefiċċju, servizz, intervent u trattament, hekk kif ipprovdut fl-Att dwar is-Saħħa (Kap.528)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghal-mistoqsija parlamentari 13211

Sptar Mater Dei – mediċini out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, liema mediċini kienu out of stock mill-Isptar Mater Dei? Kemm-il ġurnata damet out of stock kull mediċina msemmija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-onorevoli interpellant li fil-prezent 12-il medicina jinsabu out of stock. Fosthom hemm medicina li bhalissa mhux disponnibli fuq livell internazzjonali. Ta min isemmi li fil-passat kien hemm istanzi fejn l-ammont ta’ medicini out of stock f’Mater Dei kien jaqbez il-mitejn.

Qasam tas-Saħħa — ingaġġ ta' riżorsi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13205, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun f’pożizzjoni li jippreżenta l-HR plan tiegħu u jgħid fejn (bħala Dipartiment), f’liema gradi u b’kemm għandu bżonn jingaġġa aktar riżorsi matul l-2015 biex l-operat tal-qasam tas-saħa jkun qiegħed jopera kif jixraq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-onorevoli interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 13205

Proċedura ta’ “Intrathecal Baclofen”

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-msitoqsija parlamentari 13204, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn erbat-itfal taħt is-16-il sena qed jistennew biex isirilhom proċedura ta’ Intrathecal Baclofen?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-proceduta tal- Intrathecal Baclofen lokalment s’issa dejjem saret biss fuq l-adulti. Fil-prezent qed isiru diskussjonijiet biex din tibda tinghata ukoll lil-pazjenti taht it-18-il sena.

Environmental Health – studenti ggradwati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm igggradwaw studenti fl-Environmental Health mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-onorevoli interpellant jaghmel id-domanda tieghu lil ministeru kkoncernat.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma — safar uffiċjali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13753, peress li l-Ministru ma tax l-informazzjoni kollha mitluba, jista’ l-Ministru jgħid f’kull każ ta’ safar, min siefer, inkluż l-ismijiet tal-uffiċjali, id-dati, id-destinazzjoni u r-raġuni tas-safra, każ b’każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi iż-żjarat ivarjaw bejn Konferenzi, programmi tal-Ewropa u proġetti fil-Greċja, Italja, Brussel, Italja, Ċina u Iżrael.

Applikazzjonijiet għal sistemi tad-drain tal-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet sottomessi quddiem is-Suprintendent tas-Saħħa sabiex ikun issanzjonat sistema tad-drain tal-ilma tax-xita għal ġos-sistema tad-drenaġġ? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet sottomessi ġew aċċettati u kemm minnhom ġew miċħuda, u jekk miċħuda jew aċċettati fuq liema bażi? Jista' jgħid minn dawn il-każijiet, kien hemm minnhom li kellhom bżonn ta` konsulent legali, u jekk iva, min kien il-konsulent u liema kienu l każijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2014 kien hemm applikazzjoni waħda li ġiet sottomessa quddiem il-Bord għas-Servizzi Ġenerali. Din ġiet miċħuda peress illi ma kinitx konformi mal-liġi sanitarja. F’dan il-każ il-kwistjoni kienet ta’ natura teknika u għalhekk ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ konsulenza legali.

Sptar Monte Karmeli — tfal taħt it-18-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-1 ta’ Novembru 'l hawn kienx hemm tfal taħt it-18-il sena f’xi ward fl-Isptar Mount Carmel (jiġfieri mhux il-YPU)? Jekk iva, jista' jgħid kemm kellhom età u f’liema ward kienu qegħdin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fil-preżent hemm pazjenta waħda ta’ ħmistax-il sena u din qiegħda fis-sala Female Ward 1.

Faċilitajiet għat-tfal u addoloxxenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlestew il-faċilitajiet għat-tfal u addoloxxenti li s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa rrefera għalihom fis-Seduta 224 ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-pjan baqa ma nbidilx u x-xogħol strutturali fuq il-faċilità tal-YPU se jkun lest fit-tieni kwart ta’ din is-sena.