Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9314 Sitting 146 1999-09-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Tarxien — Triq il-Fieres - Skip

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jintefa' skart u tpoġġiet skip fi plot fi Triq Fieres, Tarxien?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7285 (Seduta 110).
Leg 9 PQ #9618 Sitting 146 1999-09-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne' — Proġett

Question

Billi huwa ċar illi jekk tinbena triq li tgħaqqad Regional Road minn ħdejn it-tela' tat-tankijiet tal-gass sa ħdejn ix-xatt tal-Gżira, it-traffiku se jiġi mgħoddi minn toroq differenti minn fejn jgħaddu llum, jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-ħwienet u negozji oħra li se jiġu direttament milquta humiex se jirċievu xi forma ta' kumpens jew mill-gvern u jew mill-kumpannija MIDI? Jekk iva, kemm?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, dawn il-kriterji ta' kumpens qatt ma ġew applikati meta jsir żvilupp ta' din ix-xorta u allura lanqas għandhom jiġu applikati f'dan il-każ.
Leg 9 PQ #9621 Sitting 146 1999-09-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne' — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim mal-MIDI dwar ħlasijiet ta' kumpens li jista' jingħata lil sidien ta' ħwienet u negozji illi se jintilfu x-xogħol minħabba xogħol konness mal-proġett ta' Tigne'/Manoel Island? Jekk iva, xi ftehim intlaħaq u kemm se jkun dan il-kumpens?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern m'għandu l-ebda informazzjoni konkreta illi ser jintilef xi negozju jew xogħol minħabba l-proġett. Aħna tkellimna ma' kull min kien qiegħed jopera xi negozju f'Manoel Island u Tigne' u nista' ngħid illi lħaqna ftehim prattikament ma' kulħadd. Aktar dettalji jistgħu jingħataw fid-diskussjoni rigward il-kuntratt li ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8486 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Drawing Office

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6775, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' karti li ntużaw? Jista' jgħid jekk irriżultalux li ammont kbir minn dawn il-photocopies tqassmu għal propaganda fil-lokal ta' l-imsemmi kandidat? Jirriżultalux ukoll il-Ministru li l-karti wżati m'humiex bojod kif irriżulta lil Ministru imma huma sofor mixtrija minn fondi pubbliċi? Jista' l-Ministru jgħid min mexxa l-investigazzjonjiet li saru s'issa? Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux rapport tal-investizzajoni u jekk sar ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 6775 kienet ibbażata fuq statement bil-miktub li ttieħed mingħand il-persuna nvoluta. Il-każ kien waqaf hemmhekk peress li l-istatement u l-kontenut tiegħu kienu jidhru kredibbli. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi intenzjoniji ulterjuri, nitolbu jgħaddihieli.
Leg 9 PQ #8561 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru ta' ħitan ta' sejjieħ saru bejn Jannar u Ġunju? Fejn saru? Meta saru? Kemm minn dawn il-ħitan saru fl-għelieqi tal-bdiewa? Jista' l-Ministru jara li jitkomplew ix-xogħlijiet li kienu bdew fit-triq prinċipali tal-Baħrija, l/o Rabat matul l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn Jannar sa Ġunju ħaddiema tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent bnew 2500 metri ħajt tas-sejjieħ. Dawn saru kif jidher hawn taħt: Rabat 333m Jannar - April Santa Luċija 95m Jannar Żejtun (Tarxien Road) 869m Jannar u x-xogħol għadu għaddej Żejtun (San Tumas) 100m Jannar - April Żurrieq 30m Jannar Mosta 23m Jannar - Frar Mosta Santa Margherita 145m Jannar - Frar Marsascala 35m Mejju Paola (Ħal-Saflieni) 160m Jannar - Ġunju San Ġwann (Wied Għomor) 257m Marzu u x-xogħol għadu għaddej Kalkara 7m Ġunju Il-Belt (Jum l-Ambjent) 65m Ġunju Madliena 424m Frar - Ġunju Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-ħitan kienu fl-għelieqi. Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent qatt ma kien involut f'xogħlijiet il-Baħrija, l/o Rabat.
Leg 9 PQ #9279 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Impjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi studju jew ħsieb dwar bini ta' mpjanti oħra bħal dak ta' Sant'Antnin jew inkella li l-istess impjant jiġi mkabbar? Jekk iva, jista' jgħid fejn se jiġu mibnija u meta u fil-każ tat-tkabbir ta' l-impjant ta' Sant'Antnin meta se ssir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma hemm l-ebda ħsieb li jitkabbar l-impjant ta' Sant'Antnin. Deċiżjoni dwar bini ta' mpjanti oħra tittieħed fl-isfond tal-pjan komprensiv dwar l-immanniġġjar ta' l-iskart li hu maħsub li jitħejja sa l-aħħar ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #9287 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Tarxien — Triq Xintill - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda xogħol ta' asfaltar ta' toroq ta' maġenb l-iskejjel fi Triq xintill, Tarxien, minħabba l-istat li jinsabu fih dawn it-toroq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #9318 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Furjana — Funtana ta' Wignacourt

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi nfurzat li l-ilma tal-funtana ta' Wignacourt fil-Furjana ma jintużax għal ħasil tal-karozzi/xarabank eċċ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #9388 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Wirt naturali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li xi art/artijiet li huma meqjusa bħala wirt naturali u allura huma tal-gvern, jiġu mogħtija lil xi għaqda volontarja? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' fejn huma dawn l-artijiet u lil liema għaqda dawn se jingħataw? Jekk dan hu minnu, x'kienu l-kriterji li uża l-gvern biex wasal għal din id-deċiżjoni meta saret l-għażla ta' l-għaqda u l-art/artijiet? X'passi se jiġu meħuda biex l-art/artijiet jibqgħu jitgawdew mill-pubbliku u mingħajr ħlas? Jekk jeżisti abbozz ta' xi kuntratt, ntalab lill-Ministru konċernat ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #9389 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Ħarsien ta' l-Ambjent

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel biex jinvestiġa ħmieġ fl-arja li qed jinżel fuq il-Kottonera speċjalment fuq il-Fgura? Saru testijiet fuq l-għabra li qed tinżel? Min qed jagħmel dan it-test?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex jinvestiga din il-problema u jirrapportali lura.
Leg 9 PQ #9400 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li d-dawra ta' l-iskola primarja ta' Bormla titnaddaf mill-ħafna trabijiet li hemm? Fid-dawl tal-fatt li xogħlijiet bħat-tip li qed isiru fi Pjazza Sta. Margerita, Bormla, jinvolvu ħafna trabijiet, jidhirlu l-Ministru li x-xogħol qed isir bil-mod wisq? Meta r-residenti f'dawn l-akwati se jeħilsu minn dan l-inkonvenjent?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħalissa għaddejin xogħlijiet fuq Pjazza Santa Margherita u t-toroq tal-madwar, u hu maħsub li x-xogħol ta' tindif jitlesta qabel ma tibda l-iskola. It-tenders għal Pjazza Santa Margherita nħarġu, u x-xogħol għandu jitkompla hekk kif is-servizzi nfrastrutturali li hemm jiġu devjati mill-Korporazzjonijiet konċernati. Dawn ix-xogħlijiet bħalissa għaddejin b'rittmu mgħaġġel.
Leg 9 PQ #9402 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Għajn Dwieli — Mini - Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq id-daħla ewlenija għall-Kottonera, ċioe' il-mini ta' Għajn Dwieli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol se jitkompla mill-aktar fis possibbli wara li jsiru l-istudji neċessarji. Taħt il-Gvern ta' qabel kienu ħarġu sejħa għal offerti għall-bankina meta l-ħajt ta' aċċess huwa kollu mkisser u hemm problemi bil-livelli tat-triq. Għalhekk issa qed isir l-istudju neċessarju biex ix-xogħol isir darba u sewwa.
Leg 9 PQ #9611 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Regional Rd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispejjeż tat-triq il-ġdida li hemm maħsuba li ssir minn ħdejn it-tela' tat-tankijiet tal-gass fir-Regional Road sa ħdejn il-ġnien tal-Gżira hijiex se tiġi mħallsa mill-gvern jew mill-kumpannija MIDI? Kemm se tiswa din it-triq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-ispejjeż tat-toroq in kwestjoni għalkemm se jsiru mill-Gvern huma koperti minn ħlasijiet li l-konsorzju MIDI se jagħmel favur il-Gvern.
Leg 9 PQ #9612 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne' — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol infrastrutturali ta' twassil ta' dawl, drainage, telephones u ilma illi jrid isir biex dawn jitwasslu sa Manoel Island u Tigne' huwiex se jiġu mħallsa mill-gvern jew mill-Kumpannija MIDI? Kemm huwa maħsub li jiswa dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dettalji bħal dawk li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant, ikunu nklużi fil-kuntratt li ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #9613 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne' — Proġett

Question

Billi ħafna toroq ġewwa l-Gżira jridu jinqalgħu biex isir ix-xogħol infrastrutturali konness mal-proġett ta' Manoel Island u Tigne', jista' l-Ministru jgħid minn liema toroq dan se jgħaddi? Meta se jibda x-xogħol u meta se jispiċċa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li huwa l-ħsieb illi s-servizzi infrastrutturali jgħaddu mit-triq il-ġdida li hija proposta li ssir. Aktar dettalji jkunu nklużi fid-Draft Contract li jiġi preżentat quddiem il-kamra għall-approvazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #8480 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Camping sites

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jiżviluppa cmaping sites ġodda kif kien oriġinarjment ippjanat li jsir taħt l-amministrazzjoni preċedenti Laburista? Jekk huwa l-ħsieb jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern f'dan ir-rigward?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern qed jikkonsidra dan is-suġġeriment.
Leg 9 PQ #8423 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Park Nazzjonali — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm normalment tinkera l-area tal-Park Nazzjonali għall-attivitajiet kummerċjali? Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-attivitajiet kummerċjali li saru mill-5 ta' Settembru, 1998 sa' l-aħħar ta' Mejju 1999? Jista' jgħid min kienu l-organizzaturi ta' kull attivita'? Jista' jgħid b'kemm inkera l-park f'kull okkażjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li sa issa l-avvenimenti ma kenux suġġetti għall-ebda pagament. L-attivitajiet li saru mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Mejju 1999 huma dawn: DATA ATTIVITA' ORGANIZZATUR ĦLAS -------------------------------------------- --------------------------- 19-09-98 Kunċert ta' Fish Kumitat preċedenti Xejn 28-09-98 Talent Show Legion of Mary Xejn 18-10-98 Jumble Sale Għaqda Trasport tal-Morda Xejn 15-11-98 Fiera Legion of Mary Xejn 6,13,20,27-11-98 Jumble Sale Għaqda Trasport tal-Morda Xejn 6,13-11-98 Fiera Xejn 24-11-98 Christmas Party NRG Promotions Xejn 3,10,17,31-01-99 Jumble Sale Għaqda Trasport tal-Morda Xejn 7,21,28-02-99 Jumble Sale Għaqda Trasport tal-Morda Xejn 7,21-03-99 Jumble Sale Għaqda Trasport tal-Morda Xejn 14-03-99 Carboot Sale Mr. Michael Gatt Xejn 28-03-99 Carboot Sale Mission Fund Xejn 21,28-03-99 Fiera Mr. Louis Zammit Xejn 23-03-99 Carboot Sale T.I.P.S. Xejn 30-03-99 Carboot Sale Rabat Scout Group Xejn 4,11,18,25-04-99 Carboot Sale St. Joan Antide School Xejn
Leg 9 PQ #9203 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Venera — Tal-Palazz l-Aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet min-naħa tad-Dipartiment ta' l-Ambjent għat-tindif u l-upgrading ta' l-ambjent fl-area ta' Tal-Palazz l-Aħmar, f'Santa Venera? Meta se ssir xi ħaġa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7285 (Seduta 110).
Leg 9 PQ #8226 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċċji tal-Ministeru u tad-diretturi jew chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu,kien kif ġej: Nefqa Sett. 98 - Ġun. 99 -------------------- Ministeru Lm5841.02 Direttur Ġenerali Lm1400.00 Drainage NIL Construction & Maintenance Lm 520.00 Building & Engineering NIL Finance & Administration NIL Manufacturing & Servicing NIL Waste Management NIL Environment Protection NIL Central Districts Unit NIL V.R.P. NIL Building Construction Ind. NIL B.I.C.C. NIL --------- Lm7761.02 ---------
Leg 9 PQ #9161 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Sur ta' San Ġwann - Vedette

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se terġa' tinbena l-vedette ta' fuq is-Sur ta' San Ġwann, il-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li hemm l-intenzjoni li din il-gardjola terġa' tinbena wara li kienet inħattet minħabba l-periklu li kien fiha.