Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta — Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016 – kriterji

Question

B'referenza għas-sejħa li Heritage Malta ħarġet bl-isem ta' Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ħa jingħata l-premju ta' €1000 imsemmi fis-sezzjoni 5.11?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li, kif spjegat fid-dokument tas-sejħa, hija fid-diskrezzjoni tal-ġurija li tagħti (jew ma tagħtix) il-premju msemmi għal xi merti li seta’ kellha xi sottomissjoni partikolari.

Safar — individwu

Question

Jista’ Ministru jgħid kemm-il darba l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament siefer fuq xogħol mal-assoċjazzjoni li l-isem tagħha qed jingħata separatament, sena b’sena mill-2012 u x’kienet in-natura tas-safra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Bordijiet — individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq kemm-il Bord kien l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inkonnessjoni mal-Kunsilli Lokali u li fuqhom serva mill-2012 sal-2017 u x’kienet ir-remunerazzjoni li ħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Tarxien – Triq il-Fieres – xogħol fit-triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31151 u 30848 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li Triq il-Fieres, Ħal Tarxien tiġi asfaltata mill-iktar fis, peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 31150.

Tarxien – Triq is-Sorijiet – xogħol fit-triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31150 u 30847 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jara li l-parti ta’ Triq is-Sorijiet, Tarxien (quddiem l-ex club tar-Rainbows, qabel il-bieb tal-ġenb tal-Iskola tal-Immaculate Conception) tiġi asfaltata mill-iktar fis peress li hija fi stat ħażin wisq u saret ta’ periklu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 31150.

Ħal Tarxien – Triq Santa Marija — asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31025 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jara li Triq Santa Marija f’Ħal Tarxien (speċjalment fil-parti ta’ quddiem il-Miracle Foods sal-ġnien pubbliku) tiġi asfaltata suret in-nies mill-iktar fis, peress li issa żviluppaw wisq ħofor fondi, li huma ta’ periklu serju għal kulħadd?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li ser jitlob lil Transport Malta jekk hemmx xi garanzija tal-kuntrattur fuq ix-xogħol li kien sar fuq it-triq imsemmija mill-Gvern Ċentrali madwar is-sena 2008, sabiex tkun tista tissewwa mill-kuntratur li għamel ix-xogħol.

Heritage Malta — promozzjonijiet ta’ gallery and site officers

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-promozzjonijiet ta’ gallery and site officers f’Heritage Malta li ngħataw wara Marzu 2013?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 11-il promozzjoniji ta’ gallery and site officers minn Marzu 2013 sal-lum. Dawn kienu sitta fl-2014 u ħamsa fl-2017.

Ħal Għaxaq – Triq il-Gardell — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk tul din is-sena humiex ser isiru x-xogħlijiet neċessarji sabiex Triq il-Gardell f’Ħal Għaxaq tiġi asfaltata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq li fi ħsiebu jdaħħal lil Triq il-Gardell fil-programm ta’ xogħlijiet ta’ toroq fis-snin li ġejjin skont il-finanzi u l-esiġenzi li jinqalgħu matul is-sena.

Sejf ta’ De La Valette – spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tkun swiet lil pajjiżna biex jinġieb, jitpoġġa għall-wiri, u jiġi rritornat is-Sejf ta’ de laValette, u jagħti analiżi ta’ x’inhuma dawn l-ispejjeż?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba.

Il-Monument 'Il-Fjamma li qatt ma tmut — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32106 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm sewa l-monument 'il-fjamma li qatt ma tmut', u lil min kien ikkummissjonat ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Heritage Malta – Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016

Question

B'referenza għas-sejħa li Heritage Malta ħarġet bl-isem ta' Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-ġurija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-proċess ta’ għażla għal din is-sejħa għadu mhux konkluż u għalhekk m’ huwiex għaqli li jitħabbru l-ismijiet tal-membri tal-ġurija.

Esebizzjoni tas-sejf ta’ de Valette — sigurtà

Question

B'referenza għall-esebizzjoni li qiegħda tittella fuq is-sejf ta' de Valette, jista' l-Ministru jgħid minn Heritage Malta, min kien inkarigat mill-aspett tas-sigurtà?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-aspett tas-sigurtá kien f’idejn uffiċjali ta’ Heritage Malta responsabbli mis-sigurtá, mill-allestiment tal-wirja, u mill-IT.

Heritage Malta – Curatorial School

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31604, jista' l-Ministru jassigura li din is-sena, Heritage Malta ser tagħmel l-almu tagħha sabiex il-ħaddiema tagħha jattendu l-Curatorial School li ser tiġi organizzata bejn it-28 ta' Awwissu u l-1 ta' Settembru?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-waqt opportun dawk kollha kkonċernati ser jkunu infurmati kif isir f’kull okkażjoni simili.

Heritage Malta – siti u mużewijiet – bejgħ mill-ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ mill-ħwienet ġewwa s-siti u l-mużewijiet ta' Heritage Malta għas-snin 2015 u 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-bejgħ mill-ħwienet tal-mużewijet kien jammonta għal €558,208 fl-2015 u €649,462 fl-2016.

Ruma — Palazzo Barberini – esebizzjoni – xogħlijiet li ttellgħu minn Heritage Malta

Question

B'referenza għall-esebizzjoni li qed tittella’ ġewwa Palazzo Barberini, f'Ruma, jista' l-Ministru jsemmi x-xogħlijiet kollha li Heritage Malta tellgħet għal din l-okkażjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li għall-okkażjoni tal-wirja f’Palazzo Barberini Heritage Malta kienet responsabbli għall-għazla tal-kwadri u għall-kontenut tal-katalgu (flimkien mal-kollegi tal-Barberini), kif ukoll għat-trasport u l-logistika meħtiega sabiex il-kwadri twasslu Ruma. Għall-okkażjoni intużaw dawn ix-xolgħijiet: Mathias Stomer: Lamentation Over the Dead Abel, The Good Samaritan, Beheading of St John the Baptist Jusepe Ribera: St Stephen Francesco de Mura: Allegory of Malta Unknown: Heraclitus Mattia Preti: Doubting Thomas, Drunkenness of Noah, Lot and his Daughters

Heritage Malta – pjan ta’ taħriġ għall-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan ta' taħriġ għas-sena 2017, għall-ħaddiema ta' Heritage Malta? Jista' wkoll jgħid x'ser jagħmel is-CEO sabiex jinkoraġixxi il-Continuous Professional Development (CPD) tal-istess ħaddiema?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-pjan ta’ taħrig s'issa jinkludi kors tal-First Aid. Barra minn hekk l-aġenzija se tkompli wkoll bl-għajnuna speċifika lill-dawk kollha li għaddejjin bl-istudji tagħhom. Dan dejjem isir skond kif regolat mill-Ftehim Kollettiv.

Ħal Luqa – Kunsill Lokali — applikazzjonijiet għall-bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill ta' Ħal Luqa applikax mal-awtoritajiet konċernati sabiex jiġu stallati bus shelters matul it-triq arterjali msejħa Triq San Tumas f'Ħal Luqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa li fl-2014 kien issottometta applikazzjoni (DNO 568/14 u DNO 572/14) sabiex isiru bus shelters fi Triq San Tumas fuq iż-żewġ naħat tat-triq. Dawn ġew validati matul din is-sena iżda matul dan iż-żmien kien hemm problema dwar il-ftehim li kien hemm bejn is-supplier Faces Display u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li ostakola li jsiru dawn il-bus shelters. Infurmat mill-Kunsill li riċentament kien infurmat li ħarġu tenders ġodda lejn tmiem is-sena l-oħra minn Transport Malta u huwa previst li dawn isiru fiż-żmien li ġej.

Safar fuq xogħol relatat mal-Kunsilli Lokali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30953, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa mal-Commonwealth Local Government Forum (CLGF)? Jista’ jgħid min hu l-advisor li tela’ mas-Segretarju Parlamentari fi Brussell f’Novembru 2016 u ma’ min iltaqa’ bejn l-24 u s-26 ta’ Novembru? X’kien l-iskop li s-Segretarju Parlamentari mar Strassburgu biex jiltaqa’ mal-President tal-Kumitat tar-Reġjun?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni ghadha qed tingabar.