Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn fabbriki li waqfu l-operazzjoni tagħhom f'Malta matul is-sena 2005 u liema kienu dawn il-fabbriki?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru ta' fabbriki li waqfu l-operat tagħhom matul is-sena 2005 kien ta tlettax .
Minħabba ftehim ta' kunfidenzjalita mhux qed jinghataw l-ismijiet tal-fabbriki li waqfu l-operat tagħhom matul 2005.
Jista' il-Ministru jgħid liema produzzjonijiet ċinematografiċi nġibdu Malta tul is-sena 2005? Kemm dam ix-xogħol fuq kull produzzjoni? Jista' jgħid liema kienu dawk li bbenefikaw mill-inċentivi ġodda u kemm kien l-ammont għal kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-privatisation unit, x'salarju għandhom, xi fringe benefits/allowance għandhom u/jew humiex impjegati b'xi forma ta' kuntratt u f'każ li fl-affermattiv, ingħatawx approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għal dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Privitisation Unit hija magħmula minn tlett membri; Chairman li għadu renumerazzjoni ta' Lm17,000 li tinkludi allowance għall-użu ta' karozza u telephone.
Direttur li għandu salarju ta' Lm12,000 fis-sena u Transaction manager b'salarju ta Lm8,896 fis-sena.
Ninsab infurmat li kien hemm approvazzjoni tal-Uffiċju tal-Prim Ministru biex saru l-kuntratti.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-privatisation unit għamlitx użu minn kumpanniji ta' avukati/professjonisti privati għal pariri/konsulenzi? F'każ li fl-affermattiv, kif intgħażlu dawn il-kumpanniji/individwi, x'tip ta' servizz taw jew qegħdin jagħtu lil privatisation unit u x'ammont tħallas lilhom fl-2004 u fl-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Iva, il-Privatisation Unit għamlet użu minn numru ta' kumpaniji għall-pariri u konsulenzi. Il-kumpaniji li ntgħażlu fl-2004 u 2005 ġew mgħażula b'mod kompetittiv. Dawn kienu jvarjaw minn ditti ta' Avukati, Accountants u Investment Banks.
Is-servizzi li taw u li qegħdin jgħatu kienu relattati mal-privatiżżazzjoni tal-Malta Freeport Terminals Co. Ltd., l-għoti ta' Liċenzja għall-Lottu Pubbliku, l-bejgħ tal-ishma fis-Sea Malta, tal-Maltacom u l-Bank of Valletta plc kif ukoll l-kummerċjaliżżazzjoni tal-Petroleum Division tal-Enemalta.
Ġew ukoll imqabbda Stock Brokers, Registrar u Manager għall-bejgħ tal-ishma tal-Malta International Airport.
Rigward l-aħħar parti ta' l-informazzjoni mitluba naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li minħabba n-natura kummerċjali u kunfidenzjali, din ma tistax tkun żvelata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' commission li l-Maltacom tieħu fuq kull telefonata li ssir waqt ġbir: 1) għall-karita, 2) minn partiti politiċi u 3) televoting ta' individwi oħra?
Jista' jgħid jekk jaqbilx li fil-każ ta' ġbir ta' fondi għal skopijiet karitattivi, il-Maltacom għandha tagħti s-servizz tagħha mingħajr commission?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li tajt għall-PQ 1130.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed jiġiha kont tat-telefon ta' Lm637.18 meta din ilha aktar minn tmien snin bla servizz tat-telefon?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1130.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Malta Shipyards waqqfet tender għal servizzi ta' akkomodazzjoni 108/05 minħabba informazzjoni inkonsistenti mill-awtorita' Maltija tat-turiżmu? Jista' jgħid x'kienet din l-informazzjoni inkonsistenti?
Jista' jikkonferma li din it-tender ma ngħatatx lil min għamel l-irħas offerta?
X'wassal biex l-offerta ngħatat b'dan il-mod? Jaf li l-persuni li qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi qed jilmentaw mil-livell tas-servizz li qed jingħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki u kumpanniji joperaw fl-oqsma industrijali ta' Ħ'Attard, Bulebel, Ħal Far, Kordin, Ħal Luqa Marsa, Mosta, Imrieħel, Ricasoli, San Ġwann, Ta' Dbiegi, Ħal Safi/Kirkop u Xewkija? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dawn l-oqsma industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15851, 15994 u 16180 u jgħid għala l-pagi ta' l-impjegati tar-raba' sular administration building tal-korporazzjoni Enemalta fil-Marsa qed jinħadmu fil-magħluq u mhux mis-sezzjoni tal-pagi normali? Veru li ngħata allowance lil ċerti mpjegati mir-raba' sular biex jixtru ħwejjeġ? Kemm tiswa l-karozza tas-CEO u tas-CFO fix-xahar? Fuq liema bażi ġie ngaġġat il-procurement manager ġdid u meta ħarġet il-call for application? Kemm-il manager ġdid ġie mpjegat l-Enemalta bejn l-2004 u l-2005 u kemm hu l-ammont ta' pagi tagħhom? Fuq liema bażi ħarġet il-call for application għal executive officers ġo l-Enemalta dan l-aħħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara jekk armla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li r-raġel tagħha kien jaħdem it-tarzna għandhiex dritt għas-somma mit-tarzna? Tista' din is-sinjura tiġi informata direttament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jara jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandux dritt għas-somma peress li għamel 30 sena jaħdem mal-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jindaga u joħroġ dawk l-ordnijiet u direttivi neċessarji u opportuni sabiex jiġi żgurat illi d-drenaġġ ma jibqax jispara fil-btieħi tar-residenti ta' Triq Zaren Dalli, Birżebbuga kull meta tagħmel ix-xita u li l-pompi stallati jkunu fi stat tajjeb ta' użu u mhux inoperabbli bħalma huma fil-preżent?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet konċernati biex jiġi eliminat l-ilma li ħiereġ quddiem id-dar li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma madwar id-dar imsemmija, ma rriżultax li kien hemm xi ilma ħiereġ. Madanakollu, il-KSI xorta waħda għamlet testijiet ta' 'leak detection' li minnhom ma rriżulta xejn. Jista' jagħti l-każ li dan l-ilma xi kultant joħroġ minn żewġ 'drains' li hemm fil-viċin. Il-KSI xorta waħda tibqa' attenta għal xi żviluppi li jistgħu jinqalgħu hawnhekk.
Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu l-ħaddiema Għawdxin li ġew trasferiti mill-water services corporation għal mal-kunsilli lokali f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ir-revoka tad-"detailing" u t-trasferiment tal-ħaddiema mhix responsabilita' tal-Korporazzjoni.
Jista' il-Ministru jinformana xi grad kellhom il-ħaddiema Għawdxin tal-water services corporation li ġew trasferiti mal-kunsilli lokali f'Għawdex? Tista' tinformana wkoll, separatament, is-snin ta' esperjenza li dawn kellhom mal-water services corporation?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhix infurmata bil-lista finali ta' dawn l-impjegati li sejjer jiġi revokat id-"detailing" tagħhom.
Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma' tistax tingħata għalissa.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-inkwilini/sidien tal-postijiet tal-blokki tal-gvern fil-Kalkara li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, ġew mitluba biex iħallsu l-kontijiet ta' l-elettriku tal-partijiet komuni, u għaliex kellu jiġi mħallas kollu mill-inkwilini/sidien meta dan l-istess kont kellu jitħallas parti minnu mill-awtorita' tad-djar?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru responsabbli għad-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15081, 15318, 15482, 15608, 15718, 15947 u 16030 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u ta' purchasing biex jiġu ndirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta u x'cost savings saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika b'mod speċifiku u possibilment f'livell dipartimentali għal liema "ineffiċenzi" u "ħela" qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15891 u jgħid meta hemm il-ħsieb li s-sistema tad-drenaġġ tgħaddi għar-residenti ta' Triq il-Ftieħ, Birkirkara? X'qed iżomm milli tgħaddi s-sistema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ostaklu biex isir dan ix-xogħol mhux ġej mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Il-problema hi li f'tarf fejn suppost kellha tiġi kantuniera ma' triq oħra hemm razzett antik li l-MEPA trid tippreserva minkejja li dan minn dejjem kien jidher għat-twaqqigħ fil-pjani (scheme) ta' l-area.
Biex il-main tad-drenaġġ (minħabba l-oġġezzjonijiet tal-MEPA) ma jgħaddix mir-razzett, irid jgħaddi minn propjeta' ta' terzi li qed joġġezzjonaw għall-bidla fl-iskema ta' l-area. Din il-kwistjoni trid tiġi riżolta mill-MEPA qabel ma tkun tista' ssir l-estensjoni tad-drenaġġ.