B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17600, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers ta' uffiċjali pubbliċi fis-servizz ċivili matul l-2004 f'ministeri/dipartimenti tal-gvern u enti pubbliċi? Jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali, xi grad u skala kellhom meta ngħataw it-transfer u minfejn għalfejn ngħata t-transfer?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17600.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17796 u jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq mal-GRTU dwar host families li jżommu magħhom studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-materja li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant mhix materja li fuqha jiġi iffirmat xi ftehim formali, imma qbil fil-prinċipji maqbula mal-GRTU u li ġew imħabbra mill-istess għaqda, ser jiġu riflessi f’Avviż Legali li ser joħroġ fil-jiem li ġejjin.
Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17649 u 17878 u jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex fost ir-regolamenti li se ssir reviżjoni tagħhom mill-uffiċċju għar-regolamentazzjoni aħjar, ikun hemm dawk dwar vetturi tal-baħar li jużaw it-turisti (luzzijiet u dgħajjes li jġorru 24 jew inqas) biex isiru iżjed addattati u kompetittivi meta mqabbla ma' ta' pajjiżi ġirien tagħna flok jibqgħu mmudellati fuq standards Ingliżi, Awstraljani u ta' New Zealand?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17878 dwar l-istess suġġett.
Jikkonferma l-Prim Ministru li l-kumpannija IPSL, apparti milli tikkonsisti f'ex-impjegati tat-tarzna għandha bħalissa fuq il-kotba tagħha ex-impjegati ta' l-MDC, il-Medigrain, il-Limsuk u s-Sea Malta?
Jista' jagħti breakdown dettaljat ta' l-għadd ta' ħaddiema skond il-kumpanniji li kienu jaħdmu magħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nikkonferma li l-kumpanija IPSL hi magħmula minn ħaddiema ġejjin minn diversi kumpaniji.
Il-ħaddiema huma maqsumin hekk :
Ex-Malta Drydocks workers 206
Ex-Malta Shipbuilding workers 251
Ex-Limsuk 2
Ex-Medigrain 1
Ex-Malta Win 6
Ex-Malta Tourism Authority 1
Ex-MDC 30
Ex-METCO 3
Ex-IPSE 2
Ex-Seamalta 4
Total 506
Jista' il-Prim Ministru jagħti update tal-ħlasijiet dovuti tal-bolla ta' l-NI mill-kumpanniji privati, minn kumpanniji li għandhom investimenti mill-gvern, lukandi, persuni self-employed eċċ.? Jista' jagħtina l-informazzjoni b'mod separat? Kemm minn dawn il-pagamenti dovuti lid-dipartiment huma abbażi ta' ħlas kontra agreements, eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien id-dħul globali mit-taxxa tal-VAT fuq petroleum products (diesel, fuel, żjut, eċċ.)? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-bejgħ ta’ petroleum products (diesel, fuel, żjut eċċ) ma jsirx biss mill-Korporazzjoni Enemalta imma hemm distributuri oħrajn li f’attivita ekonomika tagħhom għandhom ukoll il-bejgħ ta’ petroleum products.
Fil-każ tal-Korporazzjoni Enemalta, il-VAT titħallas mill-Enemalta fuq il-prodotti mibjugħa u mhux meta importati.
Il-gross VAT dikjarata mill-Korporazzjoni Enemalta bejn 2001 – 2005 kien kif ġej :-
2001 - Lm 6,939,364
2002 - Lm 7,153,158
2003 - Lm 8,026,957
2004 - Lm 10,462,933
2005 - Lm 11,735,737
Minn dawn l-ammonti jridu jitnaqqsu l-ammonti ta’ input VAT li ntalbu fid-denunzji tal-Korporazzjoni Enemalta.
Fil-każ tad-distributuri l-oħra tal-petroleum products id-Dipartiment tal-VAT mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni tal-VAT mħallsa għax din l-attivita tifforma parti min-negozju tal-persuna reġistrata. Il-persuni reġistrati għal VAT mhumiex mitluba li jissottomettu fid-denunzja tat-taxxa dettalji dwar kull ġeneru tal-prodott li huma qed ibiegħu.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien id-dħul globali mit-taxxa tal-VAT fuq spare parts (tal-karozzi, vetturi, inġenji, eċċ.)? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni reġistrati għal VAT mhumiex mitluba li jissottomettu fid-denunzji tat-taxxa dettalji dwar kull ġeneru tal-prodott li huma qed ibiegħu, imma t-total tal-VAT mill-attivita ekonomika. Għaldaqstant, it-tagħrif mitlub ma jistax jingħata.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien id-dħul globali mit-taxxa tal-VAT fuq karozzi, vetturi, inġenji ġodda, eċċ.? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-ewwel ta’ Mejju 2004, id-Dipartiment tal-VAT għamel arranġament ma’ l-Awtorita dwar it-Trasport sabiex il-VAT dovuta fuq il-prezz totali tal-karozzi, vetturi u inġenji ġodda li jiġu reġistrati, titħallas mill-ewwel fl-uffiċċju ta’ l-Awtorita dwar it-Trasport.
L-ammont ta’ VAT (gross) miġbur f’dak l-uffiċċju mill-1 ta’ Mejju 2004 kien kif ġej:
01/05/2004 sa 31/12/2004 - Lm1,269,922
01/01/2005 sa 31/12/2005 - Lm4,293,902
01/01/2006 sa 31/03/2006 - Lm 919,560
Minn dawn l-ammonti jridu jitnaqqsu l-ammonti ta’ input VAT li ntalbu fid-denunzji tal-persuni reġistrati.
It-tagħrif mitlub dwar is-snin ta’ qabel ma jistax jingħata għax mhux disponibbli.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien id-dħul globali mit-taxxa tal-VAT fuq tyres tal-vetturi u aċċessorji relatati? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor Interpellant huwa mitlub jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18276 f’din l-istess seduta.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien id-dħul globali mit-taxxa tal-VAT fuq aċċessorji ġodda ta' l-automobiles (karozzi/trakkijiet)? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor Interpellant huwa mitlub jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18276 f’din l-istess seduta.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid: a) kemm hemm karozzi ngaġġati mal-Capital Transfer Duty/Monte di Pieta'; b) min juża dawn il-karozzi; c) kemm hemm użati mill-istaff għal qadi ta' dmirijiet u x'tip; d) kemm-il mil jagħmlu kuljum; e) kemm hu l-konsum tal-petrol; f) kemm weħlu ċitazzjonijiet kull vettura u x'tip kienu e.g. parking, overspeeding, etc. g) min ħallas l-istess; h) kienx hemm każi fejn dawn il-vetturi ntużaw għal skop personali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid: 1) kemm saru investigazzjonijiet fis-suċċessjoni/capital transfer duty u Monte di Pieta' f'dawn l-aħħar għaxar snin? 2) X'kienet ir-raġuni? 3) X'irriżulta minn kull waħda minn dawn l-investigazzjonijiet? 4) X'kien l-eżitu/azzjoni fil-konfront ta' kull investigazzjoni? 5) Kemm minn dawk investigati kienu jikkonċernaw persuni li għandhom konnessjoni familjari ma' individwi fl-amministrazzjoni tad-dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Servizz Pubbliku — Information Management Officers
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17363, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-information management officers humiex intitolati għal xi allowances jew fringe benefits oħra mas-salarju tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18428 hija fin-negattiv.
Servizz Pubbliku — Information Management Officers
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17363, la titlesta l-polic review li saret riferenza għaliha mill-Prim Ministru, la jiġu biex jimtlew il-pożizzjonijiet il-ġodda, l-information management officers preżenti se jingħataw priferenza fuq applikanti oħra, u dawk li jintgħażlu biex jimtlew xi pożizzjoni humiex se jiġu uffiċjali fissi tal-gvern jekk qabel ma kenux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Information Management Officers preżenti m’humiex se jingħataw preferenza fil-proċess tal-għażla għall-mili ta’ pożizzjonijiet kontrattwali ta’ Chief Information Officer u dawk magħżula jinħatru skond il-parametri mħabbra fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet fil-21 ta’ Marzu 2006.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17362, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-linji gwida l-aktar importanti, b'rabta mar-regolamenti dwar l-infiq b'mod speċjali, fir-regolamenti dwar il-kuntratti pubbliċi ta' l-2005 rigward it-tindif fil-bini tas-segretarjat privati tal-ministri? Jista' jiċħad jew jikkonferma li hemm ministri li qegħdin imorru kontra dawn ir-regolamenti ta' l-istess kuntratti pubbliċi ta' l-2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk skrivani li ġew impjegati mal-gvern madwar erba' snin ilu fuq bażi ta' full-time bil-kundizzjonijiet kollha ta' full-time imma mhumiex tal-post, tant li kull sena qed ikollhom iġeddu l-ingaġġ tagħhom, hemmx il-ħsieb li issa li se jgħaddu l-erba' snin hux se jsiru impjegati regolari tal-gvern b'impjieg permanenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nemmen li l-iskrivani li jidher li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma dawk magħrufa bħala Casual Substitute Clerks.
Jekk dan huwa l-każ, ninsab infurmat li Casual Substitutes ikunu abbinati ma’ impjegati li jkunu fuq Parental jew Study Leave. Dawn jibqgħu impjegati sakemm l-individwi li jkunu abbinati magħhom idumu barra mix-xogħol. Malli dawn jidħlu lura, il-kuntratt tal-Casual Substitutes jiġi terminat.
Dawn il-kundizzjonijiet ikunu stipulati fil-kuntratt li kull Casual Substitute jiffirma qabel jibda x-xogħol.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-figuri finanzjarji u statistika tal-qagħda finanzjarja tal-gvern (general government) li l-gvern jagħti lill-ECB hijiex ibbażata fuq accrual accounting basis jew fuq cash basis?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ma jgħaddix figure jew statistika lill-Bank Ċentrali Ewropew. Il-Gvern jgħaddi l-figuri finanzjarji u l-istatistika li tirrigwardah biss lill-Eurostat, permezz ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.