Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20155 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Karozzi/vannijiet/vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vannijiet/vetturi eċċ li kellu mikrija l-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena? Kemm kienet tinvolvi l-ispiża għal dawn l-inġenji u nkluż il-fuel tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-Ministeru kien hemm tlettax (13) il-vettura mikrija fil-perjodu msemmi,i.e. Jannar/Settembru 2000. L-ispiża ta` dawn il-vetturi kienet ta` LM15,150.89c.
Leg 9 PQ #20158 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Mosta

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bin-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul Jannar u Settembru ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jinfurmani bl-istess informazzjoni għall-istess perjodu għas-sena 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul Jannar u Settembru tas-sena 1999 u ta' din is-sena kien hekk: Jannar 1999 - 17,467 li jinkludi 917 viżta fid-dar Settembru 1999 - 16,962 li jinkludi 420 viżta fid-dar Jannar 2000 - 16,363 li jinkludi 969 viżta fid-dar Settembru 2000 - 14,262 li jinkludi 357 viżta fid-dar
Leg 9 PQ #20159 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk huwiex qed isir tilqim għall-kontra l-influwenza fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat għall-pensjonanti u familji li jiddependu mill-għajnuna soċjali? Jekk le, għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iva
Leg 9 PQ #20414 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ultrasosund - Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ultrasound meħud fid-9 ta' Lulju, jingħata appuntament biex jingħata r-riżultat għal 25 ta' Ottubru, 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Int. tgħaddili b'mod kunfidenzjali l-isem u l-ID Number tal-persuna konċernata.
Leg 9 PQ #19309 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Polikliniċi — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tal-polikliniċi? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta` Jannar 2000 sa l-10 ta` Settembru 2000 saru 22 trasferimenti lill-ħaddiema tal-Polikliniċi. Minnhom 15 ntalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #19311 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar San Luqa? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta` Jannar 2000 sa l-10 ta` Settembru 2000 saru 97 traferimenti lill-ħaddiema ta` l-Isptar San Luqa. Minnhom 67 ntalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu jsiru minħabba l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #19314 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Isptar Boffa mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta` Jannar 2000 sa l-10 ta` Setembru 2000 ġew impjegati 4 ħaddiema ġodda fl-isptar Boffa. Tlieta minnhom ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili tal-postijiet fuq bażi permanenti li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern kif jidher hawn taħt tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku: Grad Numru Data tas-Sejħ a fil-Gazzetta tal-Gvern Spiżjara 2 29.08.2000 Staff Nurse 1 02.05.2000 Il-ħaddiem l-ieħor ġie mpjegat bħala Consultant Dermatologist fuq bażi ta` kuntratt u l-impjieg tiegħu ġie approvat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fuq rakkomandazzjoni mid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #20148 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi tat-talba tal-poplu Rabti sabiex iċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat jerġa' jibda jagħti s-servizzi fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment qed jistħarreġ kull soluzzjoni possibbli sabiex iċ-ċentri tas-Saħħa kollha jkunu jistgħu jagħtu s-servizz tat-tabib tal-familja fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum.
Leg 9 PQ #20151 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat matul Jannar u Frar ta' din is-sena xahar b'xahar? Jista' l-Ministru jinfurmani bl-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` persuni li użaw iċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Rabat matul Jannar u Frar tas-sena 1999 u ta` din is-sena kien hekk: Jannar 1999 - 5524 li jinkludi 108 viżta fid-dar Frar 1999 - 5069 li jinkludi 61 viżta fid-dar Jannar 2000 - 6189 li jinkludi 97 viżta fid-dar Frar 2000 - 5924 li jinkludi 73 viżta fid-dar.
Leg 9 PQ #20153 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bin-numru ta' tobba, nurses u l-istaff kollu li kien hemm xahar b' xahar fiċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għall-liema perjodu qed jistaqsi.
Leg 9 PQ #20341 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-Isptar Monte Carmeli ċertu xogħol li jista' jsir mill-impjegati ta' l-istess sptar qed jingħata lill-privat? Jaf il-Ministru li eżempji ta' dan kien hemm il-ġarr ta' xi swali bil-pazjenti b'kollox għal xi swali oħra minħabba refurbishing bħalma sar meta ġġarrew il-pazjenti tal-wards 3, 5 u 6 ta' l-irġiel? Jaf ukoll illi xi xogħol ta' twieqi tal-ħadid li sar f'ward 2 irġiel, ingħata lill-privat meta hemm ħaddieda fl-istess sptar kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol? Il-Ministru ma jaħsibx li dan huwa sparpaljar ta' flus il-poplu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fejn hu possibbli x-xogħol kollu li hemm bżonn fis-swali jsir mill-impjegati ta' l-Isptar. Fiż-żewġ eżempji msemmija, x-xogħol sar mill-privat. Ir-raġunjiet għal dan huma kif ġej: Ġarr ta' Swali: Kien hemm diversi drabi fejn ħaddiema ta' dan l-isptar ħadmu overtime biex iġorru swali minħabba xogħol ta' 'refurbishment'. Sfortunatament dan huwa xogħol iebes li ħafna mpjegati ma jkunux jixtiequ jagħmlu overtime fuq xogħol ta' tindif ġewwa s-swali. Barra minnhekk, meta tqis kemm jitħallas f'overtime ma' dak li jingħata l-burdnar id-differenza hi waħda żgħira. Wieħed ma jridx jinsa li l-ħaddiema li jkun qed iġorru huma l-istess nies li jagħmlu xogħol ta' tindif fis-swali. Għalhekk waqt xogħol ta' ġarr, xogħol ta' tindif jaqa' lura ħafna. Dawn ir-raġunijiet wasluna nieħdu deċiżjoni li jingħata dan ix-xogħol ta' ġarr 'il privat wara sejħa għall-offerti. Xogħol fuq twieqi tal-ħadid: Fl-isptar hemm żewġ ħaddieda u dawn jagħmlu x-xogħol kollu ta' manutenzjoni u tiswija li jkun hemm bżonn. Ma huwiex possibbli li dawn iż-żewġ ħaddiema jagħmlu x-xogħol kollu meħtieġ ġewwa l-isptar kif ukoll xogħol ieħor ġdid marbut mar-'refurbishment' tas-swali. Minħabba dan, xogħol kbir bħal ma kienu l-'pregnant windows' tas-sala numru 2 ta' l-irġiel jinħareġ għall-privat wara sejħa għall-offerti.
Leg 9 PQ #20291 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Xiri ta' Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20316 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptar Boffa - Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' mediċini li huma neqsin fl-Isptar Boffa u fl-ispiżerija ta' l-Isptar Boffa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-lista ta` mediċini li huma neqsin fl-Isptar Boffa u fl-ispiżerija ta` l-istess sptar, huma kif ġej fil-lista indikata hawn taħt: ITEM Alphakeri Bath Oil Aserbine Cream Calcipotriol Cream Calcium Effervescent Chlopropamize Inj. Dapsone 100mg Tabs. Dithranol 0.1% Cream Dithranol 0.25% Cream Dobutamine Inj. Ferrous Sulphate Tabs. Hydroxychloroquine 200 mg Tablets Labetalol Inj. Mesalazine 400 mg Tabs. Methylsallcylate Ointment Miconazole & Hydrocortisone Cream Oxybutinin 5mg Tabs. Pentamidine Inj. Permethrin Solution Silver Nitrate Pencil Spironolactone 25mg Tablets Tretinoin Cream White Petroleum Jelly White Soft Paraffin 225g White Soft Paraffin 453g White Soft Paraffin 85g
Leg 9 PQ #20027 Sitting 401 2000-10-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu fl-emerġenza ta' l-Isptar San Luqa matul din is-sena xahar b'xahar? Kemm minnhom kienu tfal u anzjani?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' persuni li daħlu fl-emerġenza ta' l-Isptar San Luqa matul din is-sena xahar b'xahar huma: Jannar 8529 Frar 8379 Marzu 9289 April 8797 Mejju 9258 Ġunju 8945 Lulju 9389 Awissu 9249 Dawk li kienu tfal huma: Jannar 1068 Frar 1195 Marzu 1303 April 1025 Mejju 1058 Ġunju 1000 Lulju 866 Awissu 722 L-istatistika li tinżamm hija għat-tfal u adulti, u għalhekk ma hemmx records ta' l-anzjani.
Leg 9 PQ #19294 Sitting 400 2000-10-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Isptar Monte Carmeli mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 ġew impjegati 11-il ħaddiema ġodda fl-Isptar Monte Carmeli. Tmienja minnhom ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili tal-postijiet fuq bażi permanenti li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern kif jidher hawn taħt tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku: Grad Numru Data tas-Sejħ a fil-Gazzetta tal-Gvern Spiżjar 1 29.08.2000 Staff Nurse 7 02.05.2000 It-tlett ħaddiema l-oħra ġew impjegati bħala Casual Substitute Clerks fuq bażi ta' kuntratt wara li ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern fl-20 ta' Lulju 1999.
Leg 9 PQ #19295 Sitting 400 2000-10-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Isptar San Luqa mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 ġew impjegati 120 ħaddiema ġodda fl-Isptar San Luqa (111 fuq bażi każwali, 1 fuq bażi permanenti u 8 fuq bażi ta' kuntratt). Mija u ħdax minnhom ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili tal-postijiet fuq bażi permanenti li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern kif jidher hawn taħt tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku: Grad Numru Data tas-Sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern Enrolled Nurse 44 25.07.2000 Midwife 17 ħierġa dalwaqt Spiżjara 4 29.08.2000 Physiotherapist 8 29.08.2000 Radiographer 6 01.09.2000 Staff Nurse 32 02.05.2000 Tmien ħaddiema oħra ġew impjegati bħala Casual Substitutes fuq bażi ta' kuntratt kif indikat hawn taħt: Grad Numru Data tas-sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern Clerk 6 20.07.1999 Executive Officers 1 19.11.1999 Physiotherapist 1 20.07.1999 Il-ħaddiem impjegat fuq bażi permanenti ħa l-post ta' Technician (Industrial Electronics) wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern tal-25 ta' Ġunju 1999.
Leg 9 PQ #19285 Sitting 399 2000-10-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Sanita' — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Sanita' mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kemm il-darba ġbidt l-attenzjoni ta' din il-Kamra li ma jeżisti ebda Dipartiment tas-Sanita'. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, jien infurmat li mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 ġew impjegati 8 ħaddiema ġodda. Sitta minnhom ġew impjegati bħala Health Inspectors fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili tal-postijiet fuq bażi permanenti li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tal-1 ta' Settembru 2000 tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku: Iż-żewġ ħaddiema l-oħra ġew impjegati bħala Casual Substitute Clerks fuq bażi ta' kuntratt wara li ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern fl-20 ta' Lulju 1999.
Leg 9 PQ #20106 Sitting 399 2000-10-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini — Out of Stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm illum hawn mediċini out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern u x'inhuma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari ser tingħata aktar tard wara li tinġabar l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #19284 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-ċentri tas-saħħa mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta` Jannar 2000 sa l-10 ta` Settembru 2000 ġew impjegati 13 il-ħaddiema ġodda fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Tmienja minnhom ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili tal-postijiet fuq bażi permanenti li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern kif jidher hawn taħt tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku: Grad Numru Data tas-Sejħ a fil-Gazzetta tal-Gvern Enrolled Nurse 1 25.07.2000 Spiżjar 5 29.08.2000 Pharmacy Technician 1 ħierġa dalwaqt Speech Therapist 1 01.09.2000 Il-ħames ħaddiema l-oħra ġew mpjegati bħala Casual Substitute Clerks fuq bażi ta` kuntratt wara li ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern fl-20 ta` Lulju 1999.
Leg 9 PQ #19273 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Sanita' — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tas-Sanita'? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, jien infurmat li mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 ingħataw 27 trasferimenti lill-ħaddiema tad-Dipartiment tas-Sanita'. Minnhom 8 ntalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.