Tista' il-Ministru tara għaliex pensjonant li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadu qatt ma qabad pagament mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali, minkejja t-talba li għamel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi se jittieħdu mid-dipartiment tal-construction and maintenance tal-housing biex jiġi spezzjonat u jitranġa l-periklu li jeżisti fis-saqaf ta' fond ġewwa Bormla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Housing inspectors
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija jmorru l-housing inspectors tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fil-fond ġewwa il-Fgura li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16044 f’Seduta Numru 337.
Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-każ ta' sinjura mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma' l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-applikazzjoni li l-persuna ndikata għamlet taħt Skema W għal għotja għall-irranġar ta’ postijiet mikrija mill-Gvern, ninsab infurmata li din l-applikazzjoni ġiet proċessata u l-għotja nħarġet.
Jekk qed jirreferi għat-talba minn din il-persuna taħt l-Iskema Sir Sid Darek, ninsab infurmata li l-Awtorita’ ma tistax tikkunsidra din it-talba favorevolment peress li l-art li fuqha hu mibni l-post qegħda għand il-Gvern b’titolu ta’ possession and use. Ebda skema ta’ l-Awtorita’ ma tippermetti bejgħ ta’ postijiet li jkunu mibnija fuq art għand il-Gvern b’dan it-titolu.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn barranin mill-Unjoni Ewropea llum residenti f'Malta li għamlu talba għal xi forma ta' benefiċċju soċjali s-sena l-oħra u din is-sena? X'intalab u kemm kienet in-nefqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tieħu Lm141.88+Lm30.20 benefiċċji soċjali (tal-mard) meta din suppost tieħu aktar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament mhijiex qed tibbenefika mis-servizzi soċjali għaliex mitluba li tipprovdi evidenza tas-separazzjoni personali tagħha, meta hi ma tafx fejn qed joqgħod ir-raġel tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14369 li jien tajt f’Seduta 299, dwar l-istess każ.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' applikant minn Ħaż-Żabbar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu ma' l-adult training centres? Kemm minnhom huma full-time, kemm part-time u x'inhi n-natura tax-xogħol tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fl-Adult Training Centres hemm 192 ħaddiema li minnhom 173 huma full-time, 13 part-time u 6 casuals.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kuntratti ta' Konsulenza
Question
Tista' il-Ministru tgħid liema dipartimenti governattivi jew enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u l-2005? Kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti, wieħed wieħed, f'dawn is-snin? Tista' tgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-kumpannija Island consultancy services matul l-istess medda ta' żmien u kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti f'dawn is-snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għamlet xogħol ta’ konsulenza għall-Welfare Reform Commission għas-somma ta’ Lm5,654 matul l-2004.
Ninsab infurmata wkoll li ma ngħatat ebda konsulenza minn Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, lil din il-persuna matul l-2005, jew lill-kumpannija ndikata fl-aħħar parti tal-Mistoqsija matul l-2004 u l-2005.
Tista' il-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' familji li kienu qed iservu bħala foster carers, sena b'sena mill-2000 s'issa u kemm hu n-numru ta' tfal li kull sena kienu qed jingħataw dan it-tip ta' servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' tfal li kienu qed jgħixu, sena b'sena mill-2000 s'issa, f'istituzzjonijiet immexxija mill-knisja jew minn xi enti oħra u x'inhuma r-raġunijiet li għalihom dawn it-tfal qed jgħixu f'dawn l-istituzzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ebda Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Madankollu, d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jżomm statistika dwar in-numru ta’ tfal f’istituzzjonijiet tal-Knisja jew entitajiet oħra li dwarhom titħallas xi forma ta’ allowance taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.
Ninsab infurmata li din l-istatistika hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ il-Ministru tgħid x'għajnuna pprovda l-Gvern kull sena mill-2000 s'issa lill-istituzzjonijiet tal-knisja u enti oħra kif ukoll lil foster carers għat-tfal li jieħdu ħsieb?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk l-istituzzjonijiet tal-knisja, jew dawk l-enti l-oħra li qed
iżommu tfal bi problemi soċjali? Kemm kienu qed iżommu tfal kull sena mill-2000 s'issa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16286 f’din l-istess Seduta.
Ninsab infurmata li l-istituzzjonijiet tal-Knisja u entitajiet oħra li kienu jżommu t-tfal indikati f’dik it-Tweġiba kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tinvestiga x'inhi r-raġuni li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta talab jivverifika l-konribuzzjoni minnu mħallsa, is-snin 2004 u 2005 ma ġewx indikati?
Jista' issa jivverifika sabiex jiġi stabilit li l-istess persuna qiegħda tirċievi dak spettant lilha bħala pensjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Possibbli jiġi spjegat kif il-persuna li dettalji dwaru qed nehmeż separatament, li kien impjegat mal-gvern fl-iskema ta' l-awżiljari ma' bbenefikax mir-riforma li kienet saret u llum baqa' jieħu l-istess pensjoni meta kollegi oħra li kienu fl-istess skema llum ħadu żieda fil-pensjoni tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.