Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi — Triq il-Wied - traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni fuq it-traffic lights li jinsabu fi Triq il-Wied ġewwa Ħal Qormi peress li ilhom numru ta' ġranet ma jaħdmux b'inkonvenjenza u perikolu għal kull min irid jaqsam minn din it-triq ferm traffikuża?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li Transport Malta qed tagħmel dak kollu possibli sabiex dawn il-pelican lights jissewwew mill-aktar fis possibbli.

Il-Buskett — Triq il-Laurenti - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jindika meta se jitlestew ix-xogħlijiet fuq Triq il-Laurenti fil-Buskett li tagħti mill-Palazz Verdala u tibqa' nieżla peress li kienu bdew ix-xogħlijiet li iżda waqqfu u tħalliet fi stat ħażin u perikoluż?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet kollha li Transport Malta kellha ppjanati għaż-żona ta’ Lawrenti ġewwa s-Siġġiewi / Rabat, tlestew.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – petrol u diesel — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba, tinġabar.

Transport Malta – permessi għat-tħaffir għal Xelter għaż-Żwiemel fi Ġnien Howard fl-Imdina

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi kollha inkluż il-permessi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), il-permess ta’ tħaffir fit-toroq maħruġ minn Transport Malta, kif ukoll il-permess maħruġ mis-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali relatat mal-istallazzjoni ta’ xelters għaż-żwiemel inkluż dawk relatati ma’ xogħol li qed issir preżentament fi Ġnien Howard fl-Imdina matul il-perjodu li jkopri Marzu 2014 sal-ġurnata tal-lum?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Trasport Pubbliku – ilmenti fuq rotot

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ilment fuq rotot tat-trasport pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-tieni fażi tal-introduzzjoni tan-network il-ġdid li huwa mistenni li jiddaħħal sal-aħħar ta’ din is-sena, ser ikun hemm żieda fil-frekwenza fuq ċertu rotot, kif ukoll introduzzjoni ta’ rotot ġodda. Infurmat ukoll li b’dan it-tibdil ser ikun hemm żieda fil-vjaġġi fl-inħawi fejn iservu ir-rotot imsemmija.

Spezzjonijiet fuq pelican lights u traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’liema frekwenza jsiru l-ispezzjonjiet fuq il-pelican lights u traffic lights oħra li għandna f’pajjiżna? Jista’ jgħid jekk hemmx xi sistema ċentrali li tikkontrolla jekk ikunx hemmx ħsara fid-dwal jew le?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traffic lights u l-pelican lights ta’ Malta kollha jiġu spezzjonati min Transport Malta darbtejn fix-xahar. Transport Malta izzomm rekords ta’ dawn l-ispezzjonijiet u meta jkun hemm ħsarart jiġu irrapurtati lid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru tal-Infrastrutura u Transport.

Triq il-Kosta – sinjalazzjoni mar-roundabouts

Question

Billi jidher li r-roundabouts li hemm fit-Triq tal-Kosta jinħtieġilhom sinjalazzjoni iktar ċara, jista’ l-Ministru, permezz ta’ Transport Malta, jieħu l-passi neċessarji biex fejn meħtieġ, tiżdied is-sinjalazzjoni? B’mod partikolari, jistgħu jittieħdu passi biex fejn ir-roundabout ta’ qabel tibda nieżel lejn Baħar iċ-Ċagħaq, jittieħdu l-passi neċessarji biex ikun hemm xi crash barriers, minħabba l-blat li tħalla (għax hekk kien hemm bżonn) fl-istess roundabout?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta kienet diġa qiegħda tieħu l-passi neċessarji fir-rigward ta’ sinjali ta’ traffiku u x-xogħol kien għadu għaddej meta l-Onor. Interpellant għamel d-domanda tieghu. Installazzjonijiet addizzjonali minn dawk ippjanati jiġu kkunsidrati wara il-“post construction road safety audit” li huwa it-tielet “safety audit” li jsir fuq dawn it-tip ta’ proġetti.

Il-Qawra – bini ta’ ċentru għall-iscouts — pjanti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20239, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu passi biex ix-xogħol meħtieġ jitlesta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għal dan ix-xogħol qed tiġi evalwata.

Vetturi kkonfiskati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jinżammu l-vetturi illi jiġu kkonfiskati jew maqbuda, kemm għax ikollhom pjanċi barranin u ma jkunux hawn Malta skont il-liġi, kif ukoll dawk li jiġu kkonfiskati fuq sentenza tal-Qorti? Jista’ jgħid x’inhi l-capacity ta’ dawn il-postijiet? Jista’ jgħid kemm hemm vetturi fil-postijiet fejn qed jinżammu?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li Transport Malta tikkonfiska vetturi bi pjanċi barranin li ma jkunux Malta skont il-liġi u dawn jinżammu fil-compound li jinstab ġo St. Andrews, Pembroke. Mhux responsabbilta’ tal-Awtorita’ li tikkonfiska vetturi maqbuda fuq sentenza tal-qorti. Il-compound ta’ St. Andrews jesa’sebgħin vettura bil-mutur. Bħalissa hemm sebgħin vetturi bil-mutur maqbudin f’dan il-compund.

Ħal Luqa – Triq Ġużeppi Ellul — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li parti minn Triq Ġużeppi Ellul f’Ħal Luqa tiġi resurfaced bit-tarmac peress li tinsab fi stat diżastruż minħabba li fost oħrajn sabiex tlesta x-xogħol fi Triq Ħal Qormi, it-traffiku kien devjat f’din it-triq inkluż heavy vehicles xi ħaġa li din it-triq ma tiflaħx għaliha u u kif tista’ tara wkoll mill-korrispondenza li qiegħed nibgħat separatament, ir-responsabiltà ta’ din it-triq hija tal-Gvern Ċentrali anke għaliex din ilha tiġi mwegħda fil-programm tat-toroq residenzjali sa mis-sena 2006 u minkejja li l-Kunsill Lokali kemm-il darba lmenta ma’ Transport Malta imma din it-triq baqgħat ma saritx?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li hemm xi obbligi pendenti fuq din it-triq.

Ħal Luqa – Triq il-Mitjar — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li Triq il-Mitjar f’Ħal Luqa tiġi resurfaced bit-tarmac anke kif il-Gvern preċedenti kien wiegħed lill-Kunsill Lokali peress li sabiex tlesta x-xogħol fi Triq Ħal Qormi, it-traffiku kien devjat f’din it-triq inkluż heavy vehicles, xi ħaġa li din it-triq ma tiflaħx għaliha u l-Gvern kien ser jikkumpensa dan billi tiġi resurfaced bit-tarmac, imma sal-lum il-ġurnata din għada ma saritx fuq din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li hemm xi obbligi pendenti fuq din it-triq.

San Ġwann – Triq Caruana Dingli – xogħol wieqaf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn sad-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari, ix-xogħol fuq Triq Caruana Dingli, San Ġwann reġa’ waqaf u m’hemmx aċċess adegwat għall-bini tal-Kunsill Lokali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq Triq Caruana Dingli għadu għaddej u hemm aċċess għall-bini tal-Kunsill bil-limitazzjonijiet li jiddettaw x-xogħlijiet f’din it-triq.

Ħal Qormi — Triq il-Kanun - zebra crossing

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16860, jista’ l-Ministru jara li ż-zebra crossing issir fi Triq il-Kanun bejn Triq Karm Debono u Triq Mikiel Anton Vassalli?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li fi Triq il-Kanun f’Ħal- Qormi bejn k/m Triq Karm Debono u k/m Triq M.A. Vassalli tista’ issir zebra crossing. Minħabba li din it-triq mhix arterjali jew distributorja, din il-Mistoqsija Parlamentari ser tiġi riferuta lil Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi.

Mina bejn Malta u Għawdex

Question

Invista tal-fatt li Transport Malta flimkien mal-Gozo Business Chamber ikkummissjonat l-istudju dwar il-vijabilità ekonomika tal-mina proposta taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex ser tikkummisjona l-istudju ġeoloġiku konness ma’ din il-mina? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid hux ser toħroġ sejħa pubblika għall-offerti u fil-każ meta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan huwa li tiġi ppublikata sejħa biex isiru studji ġeoloġiċi. Id-data ta’ publikazzjoni ta’ din is-sejħa għad triq tiġi stabbilita.

Bini tal-parlament – allegazzjonijiet dwar ix-xogħlijiet

Question

B’referenza għal dak li ġie rrappurtat fil-media lokali dwar allegazzjonijiet magħmula minn ditta Taljana li għamlet xogħlijiet fil-bini tal-parlament, jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk huwiex minnu li l-ammont imsemmi fl-artikoli huwiex dovut lil din il-kumpanija u x’inhi l-pozizzjoni tal-gvern dwar dawn l-allegazzjonijiet li saru minn din il-kumpanija?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni mgħoddija lili, l-kuntratt għax-xogħolijiet tal-ġebla tal-Parlament il-Ġdid ngħata mill-Grand Harbour Regeneration Corporation lill-BIB JV li huwa consortium magħmul minn kumpaniji Maltin flimkien mal-kumpanija Taljana CFF Filiberti. Dan ifisser li l-GHRC m'għandhiex kuntratt direttament ma' din il-kumpanija. Infurmat ukoll illi matul il-progett, il-GHRC kienet inkarigat lill-kumpanija Bovis Landlease li kienet responsabbli biex tiċċertifika x-xogħolijiet kif wkoll tevalwa kull talba għal ħlas addizzjonali (claims u variations) li jsiru. Dwar dawn ix-xogħlijiet kien hemm talbiet għal ħlas extra, iżda ħafna minnhom ma ġewx aċċettati mill-BOVIS Landlease. Il-GHRC ma tidħolx fi kwistjonijiet dwar dak li CFF Filiberti qed tallega li għandha tieħu mingħand il-consortium, iżda l-Gvern Malti m'għandu jagħti xejn lil CFF Filiberti. Hemm ammont ferm iżgħar minn dak imsemmi fil-media li BOVIS Land Lease iċċertifikaw favur il-consortium. Apparti dan, wieħed irid isemmi li waħda mir-ragunijiet għalfejn il-proġett tal-Parlament dam, kien propju għaliex dan il-consortium ma mexiex maż-żminijiet miftiehma u l-GHRC għandha claim għal delay damages fil-konfront ta' dan il-consortium. Jigi innutat wkoll li għad hemm xogħlijiet li għadhom pendenti li jridu jsiru minn dan il-consortium li sal-lum għadhom ma tlestewx, dan kemm bħala xogħol li jrid jitranġa, għaliex ma ġiex aċċettat mill-periti tal-progett, kif wkoll materjali fl-aperturi ta' barra li tal-binja li għadu ma ġiex ikkonsenjat.

Xemxija – manutenzjoni ta’ bankina

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-manutenzjoni li hemm bżonn issir fuq il-bankina quddiem l-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fit-telgħa tax-Xemxija, isir b’mod immedjat minħabba l-fatt li fl-aħħar jiem kien hemm inċident fejn weġgħet persuna?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant x-xogħlijiet meħtieġa se jsiru skont il-prioritajiet, fondi disponibbli u l-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi.

Is-Siġġiewi – bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda fis-Siġġiewi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġewwa is-Siġiewi huwa ippjanat li jitwaħħlu bus shelters ġodda ġewwa is-sussegwenti toroq: · Triq Mangion; · Triq Blat il-Qamar; · Triq Lapsi. Dawn il-Bus Shelters huma ippjanti li jitwaħħlu fl-iqsar żmien possibli.

Ħal Luqa – bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda f’Ħal Luqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ħal-Luqa huwa ippjanat li jitwaħħlu bus shelters ġodda ġewwa is-sussegwenti toroq: · Triq Valletta; · 2 bus shelters fi Triq Hal-Qormi Dawn huma ippjanati li jitwaħħlu fl-iqsar żmien possibli.

Ħal Qormi – bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda f'Ħal Qormi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ħal-Qormi huwa ippjanat li jitwaħħlu bus shelters ġodda ġewwa is-sussegwenti toroq: · Triq Ġuże Duca; · Triq Aniċi; · Triq il-Ħelsien. Dawn huma ippjanati li jitwaħħlu fl-iqsar żmien possibli.

Ħad-Dingli – bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jitwaħħlu l-bus shelters il-ġodda f'Ħad-Dingli?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m’ hemm l-ebda pjan li jitwaħħlu bus shelters ġewwa Ħad-Dingli.