Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm talbiet li ssir xi tip ta' pedestrian crossing fil-Kalkara? Jista' jgħid liema minn dawn diġa' ġew approvati mit-traffic control board u sa meta għandhom isiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li hawn talba għal żewġ pedestrian crossings bil-Pelican Lights f` Triq Marina fil-Kalkara.
Il-Bord għall-kontoll tat-Traffiku talab lil Kunsill Lokali biex jissottometti l-pjanti neċessarji għall-konsiderazzjoni tal-Bord.
Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm talbiet li ssir xi tip ta' pedestrian crossing f'Bormla? Jista' jgħid liema minn dawn diġa' ġew approvati mit-traffic control board u sar meta għandhom isiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva pedestrian crossings f'Bormla fi Triq ix-Xatt, Triq San Nikola u Triq San Ġwann t'Għuxa. Ġew approvati wkoll li jsiru pelican lights fuq tlett pedestrian crossings eżistenti fi Triq Ġdida (ħdejn l-Għassa tal-Pulizija), Triq ix-Xatt (quddiem il-Monument tal-Gwerra) u Triq San Pawl.
Id-Dipartiment tat-Toroq ġie mgħarraf bix-xogħolijiet li jridu jsiru.
Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm talbiet li ssir xi tip ta' pedestrian crossing fil-Birgu? Jista' jgħid liema minn dawn diġa' ġew approvati mit-traffic control board u sa meta għandhom isiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li hemm żewġ talbiet biex isiru pedestrian crossings fil-Birgu. Waħda hija fi Triq Kottonera ħdejn l-entratura prinċipali ħdejn De La Salle College (din bil-Pelican Lights) u l-oħra hija fi Triq San Lawrenz.
It-tnejn ġew approvati mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u d-Dipartiment tat-Toroq ġie mgħarraf bix-xogħolijiet li jridu jsiru.
Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm talbiet li ssir xi tip ta' pedestrian crossing fl-Isla? Jista' jgħid liema minn dawn diġa' ġew approvati mit-traffic control board u sa meta għandhom isiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li m'hemm ebda talba pendenti biex isiru pedestrian crossings fix-Xgħajra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm talbiet li ssir xi tip ta' pedestrian crossing fl-Isla? Jista' jgħid liema minn dawn diġa' ġew approvati mit-traffic control board u sa meta għandhom isiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 26891.
Jogħġbu l-Ministru jgħid jekk u meta se jitneħħew it-traffic lights fi Triq Sant'Anna, Furjana billi hemm subway li tista' tintuża faċilment u b'hekk jitnaqqas ferm l-inkonvenjent għall-vetturi li f'main raod iridu jieqfu b'konġestjoni tat-traffiku?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dawn it-traffic lights jiffaċilitaw il-qsim għall-pedestrians u b'hekk jikkomplimentaw is-subway. Għandhom ukoll funzjoni oħra mportanti ċioe, li jikkontrollaw il-volum tat-traffiku fid-direzzjoni tal-junction tal-War Memorial u b'hekk traffiku li jkun ħiereġ mill-venda tal-karozzi tal-linja, dak li tiegħla mill-port u dak li nieżel minn Sarria jkollu l-opportunita li jidħol f`din il-junction b`anqas diffikulta.
Għaldaqstant m'hemm l-ebda ħsieb li dawn it-traffic lights jitneħħew għalissa.
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq fil-Kalkara ser isiru din is-sena mid-dipartiment tat-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat lid-Dipartiment tat-toroq b'konsultazzjoni mal-kunsill lokali tal-Kalkara qed jaraw x'hemm bżonn isir fi Triq Rinella u Triq Santa Liberata, ta' l-ewwel minħabba d-diffikultajiet li jinħolqu meta tagħmel ix-xita u ta' l-aħħar għall-importanza li din it-triq għandha fil-lokalita.
Xogħlijiet f'dawn it-toroq irid isir skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq fil-Fgura ser isiru din is-sena mid-dipartiment tat-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li xogħol li għadu kif tlesta` fil-lokalita` sar f'Dome Street, parti mit-Triq l-Iskola, parti minn Triq San Ġwann, parti minn Triq Scicluna u parti minn Triq id-Dejma.
Xogħol sostanzjali dalwaqt jibda fi Triq Hompesch minn ħdejn il-mina ta` Hompesch sar-roundabout ta` Triq San Tumas.
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq f'Ħaż-Żabbar ser isiru din is-sena mid-dipartiment tat-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li xogħolijiet f`Ħaż-Żabbar għadu kif tlesta f`Triq Villabate Triq Bonavia u Triq Papa Alessandru VII, fil-waqt li għaddej xogħol fi Triq Bieb is-Sultan u Berebies.
Id-Dipartiment tat-Toroq qed jara xi xi preparamenti hemm bżonn isiru biex tkun tista` tiġi asfaltata Triq Bursett.
Xogħol ieħor fi Triq Redentur jinsab wieqaf minħabba li għadu ma nħariġx il-permess neċessarju mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm talbiet li ssir xi tip ta' pedestrian crossing fil-Fgura? Jista' jgħid liema minn dawn diġa' ġew approvati mit-traffic control board u sa meta għandhom isiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li m`hemm l-ebda talba pendenti biex isiru pedestrian crossings fil-Fgura.
Ta` min isemmi li qed isir upgrading ta` Triq Hompesċh u din tinkorpora diversi pedestrian crossings.
Dawn ser jiġu nklużi mall-proġett innifsu.
In vista tal-fatt li sistema ta' underground f'Malta tqum għexieren ta' miljuni ta' liri u forsi għalhekk tidher mhux prattikabbli, x'jaħseb il-Ministru dwar sistema ta' tram, bħalma hemm Strasbourg, li żgur tgħin sabiex tittaffa l-problema akuta tat-traffiku f'Malta (anke bl-għajnuna ta' fondi mill-Unjoni Ewropea wara s-sħubija ta' Malta)?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ser ngħaddi s-suggeriment tiegħek lill-Bord il-ġdid tal-Malta Transport Authority.
Billi qed jasluli diversi lmenti minn bosta nies li jużaw Triq Delimara, Żejtun/Marsaxlokk minħabba l-istat ħażin li fiha tinsab din it-triq u billi din it-triq tintuża minn ħafna bdiewa, possibbli r-roads department jinterveni bit-tama li ssir xi ħaġa fuq l-istat diżastruż ta' din it-triq? Peress li din hi triq prinċipali li tgħaqqad iż-Żejtun u Wied il-Għajn ma' Marsaxlokk u Delimara, tista' tingħata xi forma ta' prijorita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq spezzjona il-lokalita` li għaliha hu responsabbli l-Kunsill u susegwentament inbeda patching tal-wiċċ tat-triq.
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq fix-Xgħajra ser isiru din is-sena mid-dipartiment tat-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li diġa tlesta xogħol ta' asfaltar ta' toroq f'parti minn Triq it-Tumbrell, parti minn Triq Orlando u Triq Leonard Mahoney.
Fil-preżent id-Dipartiment qed jistudja s-suġġerimenti tal-Kunsill li titkompla parti oħra minn Triq It-Tumbrell u Triq Alof de Wignacourt.
Ix-xogħolijiet f'dawn it-toroq isiru skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Dipartiemnt.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq ir-roundabout u l-Pjazza 7 ta' Gunju 1919, il-Ħamrun?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol f'din il-pjazza nbeda żmien ilu flimkien ma' xogħol f'toroq oħra fl-inħawi magħrufa bħala tar-Rabbat. Il-Kunsill il-ġdid ippropona tibdil fil-pjanijiet għall-pjazza li kienu mħejjien mill-Kunsill ta' qabel, u għalhekk ix-xogħol kellu jieqaf sakemm tingħata l-approvazzjoni ta' dan il-pjan il-ġdid mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jara li ż-żwiemel li jintużaw għat-trasport bil-karozzini u li jkunu l-ġurnata kollha quddiem il-Palazz, il-Belt, jkollhom lqugħ mix-xemx kiefra tas-sajf?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-responsabbilita' ta' Shelter simili mhix ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, iżda tal-Kunsill Lokali, bħal ma hija dik tal-Bus Shelters.
Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu sleeping policemen, jew xi forma oħra ta' tnaqqis ta' veloċita' tal-karozzi, ġewwa Triq Patri Magri, Marsa minħabba li l-veloċita' eċċessiva tal-vetturi qed tipperikola l-ħajja tan-nies?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku flimkien mall-Kunsill Lokali tal-Hamrun u tal-Marsa ser jaraw x'forma ta' traffic calmers għandhom isiru biex titnaqqas il-veloċita eċċessiva ġo Triq Patri Magri.
Jista' l-Ministru jara li jsir l-asfaltar ta' Triq l-Isqof Pietru Pace, Raħal Ġdid li tinsab fi stat ħażin immens, wara li għaddew is-servizzi neċessarji kollha u in vista tal-prijoritajiet tad-dipartiment tat-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li f'parti minn Triq l-Isqof Pietru Paċe għadhu qiegħed isir xogħol ta` ffurmar tat-triq mill-iżviluppaturi li bnew fit-tarf tagħha.
Id-Dipartiment tat-Toroq għamel diversi laqgħat mal-kunsill biex it-toroq ta` l-akwati jkunu asfaltati u għalhekk ix-xogħol f`din it-triq issir meta s-servizzi jkunu mqiegħda kollha b`mod permanenti u skond il-prijoritajiet tax-xogħolijiet li jkollu quddiemu d-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jindika meta Triq il-Fniek f'B'Kara sejra tiġi irranġata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara il-ħtiġijiet li hemm f'din it-triq biex flimkien mal-Kunsill Lokali wieħed ikun jista' jara jekk ix-xogħolijiet għandhomx isiru bħalissa flimkien max-xogħol l-ieħor fi Triq Salvu Psaila.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa fit-toroq li saret matul din is-sena (2001) kull triq separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress illi x-xogħolijiet fit-toroq isiru b'kuntratt li jinkludi fiħ diversi gruppi ta` toroq kull darba, mhux possibbli li jingħata l-breakdown tan-nefqa kif mitlub mill-Onor. Interpellant, għall kull triq separatament, madankollu ser nara li tinġabar l-informazzjoni fl-akbar dettal possibli, u mbagħad inqegħda fuq il-mejda tal-kamra f` xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani rigward Triq il-Krexxuni, Ħaż-Żabbar, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna u anke qed tkun ta' periklu għas-saħħa pubblika minħabba l-ammont ta' trabijiet li tiġġenera?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 26877. Xogħolijiet oħra f'din it-triq isiru skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-Dipartiment.