Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26403 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Export Refund

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-Export Refund fuq l-importazzjoni tal-prodotti tal-butir fil-gzejjer tagħna ġejja mill-pajjiżi ta' l-UE matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26346 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 553.
Leg 9 PQ #26418 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mosta — Triq il-Lantinni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25945, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jiġu konklużi x-xogħolijiet fi Triq Lantinni 'l Mosta meta parti minnha tħalliet imħarbta wara li saru x-xogħolijiet fuq is-servizz ġdid ta' l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #26444 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Human Resource Manager

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26292?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-Sur Michael J. Debono ġie maħtur bħala Human Resources Executive b'seħħ mit-18 ta' Diċembru tas-sena 2000 b'salary scale 2C. Peress li s-Sur Debono qiegħed fuq unpaid leave u peress li l-kuntratt għadu ma ġiex fis-seħħ, ma naħsibx li jkun etikament korrett li jingħataw dettalji dwar il-kontenut tiegħu.

Lampa

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex lampa, li ilha approvata iktar minn sena u nofs biex tiġi installata ma Block L. Triq taċ-Ċawla, Rabat, Għawdex, għadha sa llum ma saritx l-istallazzjoni tagħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-lampa msemmija ma ġietx installata peress li xi residenti ta' l-istess blokk qed isibu oġġezzjoni.
Leg 9 PQ #26481 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Early Retirement

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-ħaddiema tad-Dockyard li ħarġu bl-early retirement scheme se jieħdu iż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja tal-Budget 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li dwar din il-materja bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn il-Malta Drydocks u d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #26490 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar ingaġġ ta' impjegati ġodda mal-Korporazzjoni Freeport mill-1/1/01 sal-lum fil-gradi kollha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' jannar u l-15 ta' Ġunju ta' din is-sena ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Freeport Corporation Ltd.
Leg 9 PQ #25560 Sitting 553 2001-06-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mall-Ministeru w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonjiet għal dawn l-imjiegi? Jekk jirrizulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazjonijiet, jista' jgħid kemm dawn l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji intużaw biex jingħataw l-imsemmi impjieg? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu s-salarju u x'inhuma l-kundizzjonijiet

Response (BONNICI, JOSEF)

Rigward impjegati ġodda ingaġġati fid-dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella A li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Onorevoli Prim Ministru waqt is-Seduta numru 554 bi tweġiba għall-mistoqsija numru 25568. Għal dak li għandu x'jaqsam ma' imjegati ġodda ingaġġati bejn il-11 ta' Settembru 2000 u s-26 ta' April 2001 fid-diversi azjendi li jiffurmaw parti mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Qormi — Triq il-Wied - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra l-istallar ta' bozza fi Sqaq Nru. 7 fi Triq il-Wied, Ħal Qormi, minħabba n-nuqqas ta' dawl li hemm matul il-lejl u li dan in-nuqqas jippreżenta certa insigurta' għar-residenti ta' l-isqaq?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant għat-twaħħil ta' lampa fil-post indikat, ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #26346 Sitting 553 2001-06-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zokkor — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-export refund fuq l-importazzjoni tal-materja prima taz-zokkor fil-gżejjer tagħna ġejja mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-export refund huwa sussidju li jingħata mill-Unjoni Ewropea lill-bdiewa ta' pajjiżi membri ta' l-istess Unjoni li jesportaw il-prodotti tagħhom lejn pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni. Minħabba n-natura ta' dan is-sussidju, l-uniku rendikont tiegħu jista' jinżamm biss min-naħa tal-pajjiżin esportaturi membri ta' l-Unjoni Ewropea u mhux min-naħa tal-pajjiżi mportaturi bħlama hija Malta. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tistax tingħata.
Leg 9 PQ #26347 Sitting 553 2001-06-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ċanga — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-export refund fuq l-importazzjoni tal-materja prima tal-laħam taċ-ċanga (beef) fil-gżejjer tagħna ġejja mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26346 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Leg 9 PQ #26348 Sitting 553 2001-06-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trab tal-Ħalib — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-export refund fuq l-importazzjoni tal-materja prima tat-trab tal-ħalib u tal-bajd fil-gżejjer tagħna ġejja mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26346 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Leg 9 PQ #26349 Sitting 553 2001-06-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejt taż-Żebbuġ — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-export refund fuq l-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġ fil-gżejjer tagħna ġejja mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropa matul dawn l-aħħar ħames snin., sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26346 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Leg 9 PQ #26350 Sitting 553 2001-06-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ross — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-export refund fuq l-importazzjoni tal-materja prima tar-ross fil-gżejjer tagħna ġejja mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26346 waqt is-Seduta ta' llum stess.

Qormi — Triq il-Wied - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jieħu azzjoni meħtieġa biex fi sqaq nru. 10, Triq il-Wied, Ħal Qormi, issir bozza li ddawwal tajjeb l-isqaq minħabba n-nuqqas ta' dawl li hemm u li dan joffri insigurta' għar-residenti fl-isqaq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat, li kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta, jirriżulta li fl-isqaq imsemmi hemm dawl adekwat.

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-MIA qabbdet kuntrattur biex jiżboħ il-linji f'park 9 meta hemm impjegati fl-istess kumpannija li jagħmlu dan ix-xogħol u jeżisti apparat tal-kumpannija li huwa aktar avanzat minn dak li qed juża l-kuntrattur? Jaf il-Ministru li dan ix-xogħol mhux ta' l-aħjar kwalita' għaliex saħansitra anke linji mgħawwġa nżebgħu? Jista' l-Ministru jispjega kif ħaddiema ta' l-MIA kaħħlu u żebgħu l-control tower iżda mbagħad biex tkaħħlet opramorta ġie mqabbad kuntrattur? Jista' l-Ministru jgħid għaliex biex sar il-car park il-ġdid quddiem il-control tower tqabbad kuntrattur meta x-xogħol seta sar mill-ħaddiema tal-kumpannija?

Response (BONNICI, JOSEF)

M'hemmx dubju li l-parti l-kbira ta' l-impjegati tal-Malta International Airport huma nies kapaċi fis-sengħa tagħhom u jagħmlu xogħol ta' l-aqwa kwalita'. Madanakollu, matul dawn l-aħħar sentejn, minbarra xogħol ta' manutenzjoni, il-Kumpanija qed twettaq xogħol ta' titjib tal-faċilitajiet u anke infrastrutturali, prattikament f'kull qasam ta' l-ajruport, sabiex jingħata servizz ta' l-aqwa kwalita'. Dan iġġenera kwantita' kbira ta' xogħol li ma jistax isir fiż-żmien mixtieq mill-ħaddiema tal-Kumpanija waħidhom. Dan il-fatt ġiegħel lill-Kumpanija tagħti diversi xogħolijiet lil numru ta' kuntratturi. Minkejja dan qatt ma ingħata xogħol lil xi kuntrattur waqt li l-ħaddiema tal-Kumpanija, li kienu kapaċi jagħmlu dak l-istess xogħol, tħallew iħarsu. Ta' min wieħed jgħid li l-Kumpanija tassigura li kull xogħol li jsir ikun ta' l-aħjar kwalita', kemm jekk isir min-nies tal-Kumpanija kif ukoll jekk isir minn kuntrattur. Meta xi xogħol ma jkunx ta' l-aħjar kwalita', il-Kumpanija tieħu l-passi neċessarji biex dan jiġi rranġat. Dan japplika għax-xogħol li saret riferenza għalih fil-mistoqsija, u iżjed minn hekk, ta' min jgħid li: 1. Il-Kumpanija qabdet kuntrattur biex jiżboh il-linji f'park numru disgħa għax il-ħaddiema tal-Kumpanija li jagħmlu dan ix-xogħol kienu qed jagħmlu xogħol ieħor ta' żebgħa ta' linji. Dan ix-xogħol li sar mill-kuntrattur kien tajjeb, anzi kien ta' l-aħjar kwalita' minkejja li l-apparat tal-kuntrattur mhux avvanzat daqs dak tal-Kumpanija. Hawnhekk ta' min josserva li f'dan il-każ, li ġara xi xahar ilu, il-kuntrattur twaqqaf wara li kien ilu jaħdem xi tlitt ijiem, fejn kien kważi lesta nofs ix-xogħol, peress li l-Kumpanija rċeviet ilementi mill-union li tirrappreżenta lill-ħaddiema. Tajjeb jingħad li sa llum ix-xogħol ta' żebgħa tal-linji f'park numru disgħa għadu mhux lest. 2. Dwar ix-xogħol ta' tikħil u żebgħa fil-control tower, il-Kumpanija qabdet kuntrattur biex jagħmel ix-xogħol ta' barra u mhux biss l-opramorta, waqt li l-ħaddiema tal-Kumpanija kienu qed jagħmlu x-xogħol ta' ġewwa. 3. Il-Kumpanija ma għandhiex il-makkinarju meħtieġ biex tagħmel bankini u toroq. In vista ta' dawn il-fatti, mhux korrett li jingħad li x-xogħol fil-car park il-ġdid ta' quddiem il-control tower seta' sar mill-ħaddiema tal-Kumpanija.

Enemalta — Principal technical officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fit-taqsima tal-gass tal-korporazzjoni Enemalta għadu ma nstabx ir-replacement tal-principal technical officer li se jispiċċa mix-xogħol ftit xhur oħra bl-eta' ta' l-irtirar? Dan il-principal technical officer mhux se jagħti hand over lil xi ħadd?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bħalissa qed isiru l-preparamenti biex tinħareġ l-applikazzjoni għal sejħa għall-grad ta' Principal Technical Officer fid-Diviżjoni tal-Gas.
Leg 9 PQ #25549 Sitting 551 2001-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pubblikazjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations? Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-każ tal-Maltapost, tajjeb jingħad li l-Bureau Filateliku jippubblika brochure bil-kulur ma' kull ħarġa ta' sett ta' bolli, jiġifieri disa' jew għaxar darbiet kull sena. Normalment jiġu stampati 11,000 kopja ta' kull brochure. L-istampar tal-brochures, kif ukoll il-colour separations, isiru mill-istampatur li jkun rebaħ it-tender li jinħareġ kull sena. L-artwork isir mid-disinjatur tas-sett ta' bolli partikulari. Il-ħlas għall-istampar u għas-separations huwa ta' Lm218 u Lm63 rispettivament. Il-ħlas għall-artwork huwa nkluż mal-ħlas għad-disinn tal-bolli. Naturalment f'dan il-każ m'hemmx spejjeż ta' pustaġġ involuti.

Qormi — Rock Street - Arblu tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni biex arblu ta' l-elettriku li qiegħed fuq bankina dejqa qrib 28 Rock Street, Qormi, u li qiegħed jimblokka l-ftit aċċessibbilta' tal-bankina jitneħħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultax li l-arblu msemmi qiegħed jimblokka l-bankina fit-triq li hemm riferenza għaliha fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #25501 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ittri Reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ittri irreġistrati li tqassmu mil-posta is-sena l-oħra? Kemm minhom ma tqassmux u għaliex?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija meqjusa bħala ta' natura kummerċjali u għalhekk ma naħsibx li għandha ssir pubblika.
Leg 9 PQ #26313 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Filwaqt li napprezza dak li ntqal mill-Ministru fir-risposta tiegħu, jista' jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26217?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, kien hemm diversi drabi meta l-provvista ta' l-elettriku ġiet sospiża. Huwa diffiċli wieħed jgħid kemm il-darba saret sospensjoni tal-provvista peress li kien hemm drabi meta s-sospensjoni mhux biss saret fl-istess lokalita' iżda wkoll fl-istess ġurnata, għalkemm f'toroq differenti. It-tul ta' ħin ivarja ħafna peress li jiddependi mir-raġuni għaliex tkun saret is-sospensjoni. Il-kawżi tas-sospensjonijiet fil-provvista kienu diversi, fosthom ħsarat fuq il-cables, problemi fil-ġenerazzjoni, manutenzjoni tal-linji u substations u switching operations.