B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30751 dwar liema skop hu pproġettat li jintużaw il-€1.2 miljun imsemmija fl-Estimi Finanzjarji għas-sena 2017 taħt il-Vot 47 Recurrent Item 5896 (Gozo Private-Public Hospital), fejn fit-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħad li dawn se jintużaw għall-proġett ta' Barts Medical School, u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30992, li kienet jekk Barts Medical School hiex se tinbena mill-Gvern jew mill-Vitals Global Healthcare, fejn fit-tweġiba għal din il-mistoqsija jingħad li Barts Medical School se tinbena minn Vitals Global Healthcare, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni kif din l-iskola se tinbena minn Vitals Global Healthcare mentri se jkun il-Gvern li se jħallas għall-bini tagħha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern ser ikun qed jikri l-binja msemmija mingħand il-VGH.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid meta ngħalaq il-canteen tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid kif qed jinqdew il-pazjenti u l-ħaddiema li jkollhom bżonn jixtru xi bżonnijiet issa li l-canteen huwa magħluq? Jista' jgħid meta hu maħsub li se jerġa’ jinfetaħ dan il-canteen?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi issa li beda’ l-bini tal-iskola medika ta’ Barts, saru arranġamenti sabiex il-ħaddiema jkollhom servizz ta' ikel minflok il-canteen imsemmi minnu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta permezz tat-Treatment Abroad sena b’sena minn April 2013 sa Jannar 2017, kif ukoll l-etajiet tagħhom? Jista’ jindika f’liema pajjiżi ntbagħtu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pazjenti li marru għall-kura barra minn Malta permezz tat-Treatment Abroad, minn April sa Diċembru tal-2013 kienu 289, fl-2014 kien hemm 459, 499 pazjenti fl-2015 filwaqt li s-sena li għaddiet kien hemm 549.
Dawn il-pazjenti irċevew trattamenti fir-Renju Unit, fl-Italja, l-Ġermanja u fl-Isvizzera. L-etajiet tal-pazjenti jvarjaw minn trabi ta’ ftit ġranet sa anzjani ta’ 80 sena. Ninfurmah ukoll illi n-numru ta’ persuni li bbenefikaw mill-inizzjattiva li jitilgħu ż-żewġ ġenituri flimkien mal-ulied ta’ taħt it-18 il-sena li jkollhom bżonn kura barra l-pajjiż matul l-2016 kien ta’ 205.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa ħarġet relatata mal-infermiera għal kull sptar, bejn April 2013 u Frar 2017, sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn April sa Diċembru tal-2013 kien hemm 10 sejħiet għal infermiera, fl-2014 kien hemm 6, 19 il-sejħa fl-2015 u fl-2016 kien hemm 35 sejħa oħra għal aktar infermiera sabiex ikunu jistaw joffru s-servizzi tagħhom f’diversi entitajiet fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa ħarġet relatata mal-qbiela għal kull sptar, bejn April 2013 u Frar 2017, sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn April sa Diċembru tal-2013 kien hemm 7 sejħiet għal qbiela, fl-2014 kien hemm 3, 7 sejħiet fl-2015 u fl-2016 kien hemm 6 sejħiet oħra għal aktar qbiela sabiex ikunu jistaw joffru s-servizzi tagħhom fl-isptar Mater Dei.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31845 jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas totali sena b’sena għas-servizzi legali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-kumpanija legali tiegħu għas-sena 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Ħal Kirkop u Raħal Ġdid – Ċentri tas-Saħħa — privatizzazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop u ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal il-Ġdid se jkunu privatizzati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għandha informazzjoni żbaljata. Iċ-ċentru tas-saħħa li ser jinfetah f'Ħal Kirkop kif ukoll iċ-ċentru reġjonali f'Raħal Ġdid ser jitmexxu mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-Dipartiment tad-Dermatoloġija fl-Isptar Boffa ġie pprivatizzat u jifforma wkoll parti mill-ftehim mal-Vitalis Global Healthcare?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l’ebda parti mill-isptar Boffa ma ġiet privatizzata.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li qed jippjana biex jipprivatizza s-servizz tas-saħħa mentali f’pajjiżna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ftit tal-ġimgħat ilu twaqqaf bord tad-diretturi dwar is-saħħa mentali. Waħda mill-inkarigi prinċipali ta' dan il-bord hi li jipproponi strateġija olistika għall-kura tas-saħħa mentali.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Baby & Mother Hospital (li se jkun jinkludi s-servizzi tal-kura tat-tfal kif ukoll il-kura tas-saħħa tal-mara) se jkun privatizzat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jeżistu l-ebda pjani biex partijiet minn Mater Dei jiġu privatizzati.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li pazjenti bid-Dijabete Type 1 qed jingħataw 200 strip għal xahrejn u 250 strip għax-xahrejn ta’ wara meta l-minimu ta’ strips li jużaw tfal bid-Dijabete Type 1 huwa ta’ 4 kuljum jiġifieri total ta’ 240 strip kull xahrejn? Dan qed iwassal biex pazjenti jkollhom jixtru l-istrips biex jiċċekjaw il-livell taz-zokkor fid-demm.
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull pazjent li jbati mid-Diabetes Type1 huwa intitolat għal 4 BGTS (strips) kuljum; dan jammonta għal 224 BGTS kull 8 ġimgħat. Minħabba li f’kull bott ikun hemm 50 BGTS u mhux rakkomandat li dawn il-bottijiet jinfetħu biex ma tiġix kompromessa l-kalibrazzjoni tagħhom, l’eqreb ammont ta’ BGTS li l-ispiżeriji jistgħu jagħtu hu 250 BGTS.
Għaldaqstant, bil-għan li kull pazjent ikun moqdi filwaqt u fl-istess ħin tiġi evitata l-ħela, l-
POYC Unit
, permezz taċ-ċirkolari PP02-17, iggwidat lill-ispiżeriji biex kull pazjent jingħata darba 250 BGTS (5 bottijiet) u meta jerga’ jmissu jingħata 200 BGTS (4 bottijet). Huwa kkalkulat li dawn l-ammonti jkopru ukoll lil dawk il-pazjenti li jkollhom bżonn jiċċekkjaw iz-zokkor fid-demm 4 darbiet kuljum.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anzjana li qed titlob li tmur fl-Isptar Karin Grech biex tirkupra minn mard?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern iġibx il-pillola Clopidogrel 75mg u jekk hux minnu li toħroġ għal sena? Jekk iva jista' jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex jitmexxa l-każ tagħha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mediċina Clopidrogel 75mg qegħda fuq il-formularju tal-gvern u hija regolata mill-Protokol Numru 276. Il-każ qed ikun segwit.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fid-diskussjonijiet li kellu f’Dubai, kif tħabbar f’istqarrija tal-15 ta’ Frar 2017, iddiskutiex il-possibbilità li studenti mill-Emirati jattendu l-iskola medika ta’ Barts?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-13 ta’ Frar ta’ din is-sena kif imħabbar fi stqarrija għal-istampa datata 15 ta’ Frar, kelli laqgħa kordjali mal-Ministru għas-Saħħa tal- Emirati Għarab Magħquda. Matul din il-laqgħa ġew diskussi s-servizzi tas-Saħħa fiż-żewġ pajjiżi u oqsma fejn tista’ tiġi żviluppata koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat fis-settur tas-Saħħa.
Vitals Global Healthcare — Orthopaedic and Trauma Surgery, Senior Specialist (Consultant)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-post ta' Orthopaedic and Trauma Surgery, Senior Specialist (Consultant) kif irreklamat fuq http://www.vitalshealthcare.com/ huwiex kuntratt ta' impjieg li se jitħallas mill-Gvern jew direttament mill-Vitals Global Healthcare u jekk dan huwiex kuntratt definit jew indefinit?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għal-post ta’ Orthopaedic and Trauma Surgery, Senior Specialist (Consultant) kif irreklamat fis-sit msemmi minnha, il-persuna magħżula ser titħallas mil-Vitals Global Healthcare.
Sptar Mater Dei – rapporti konnessi mal-Qasam tas-Saħħa
Question
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 31452, jista' l-Ministru jgħid x'rapport jew rapporti konnessi mal-Qasam tas-Saħħa ġew mqabda jagħmlu NexiaBT u jista' jpoġġi kopja tiegħu jew tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt tal-kumpanija msemmija minnu kien għal advisory services.