Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru rapporti ta’ reati ta’ serq fl-Għassa taż-Żejtun tul is-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-numru globali ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita’ taż-Żejtun għal matul is-sena 2013 kien jammonta għal sebgħa u tmenin (87) każ, filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati mija, tmienja u għoxrin (128) każ ta’ serq.
Għassa Wied il-Għajn – rapporti ta’ reati ta’ serq
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru rapporti ta’ reati ta’ serq fl-Għassa ta’ Wied il-Għajn tul is-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-numru globali ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita’ ta’ Wied il-Għajn għal matul is-sena 2013 kien jammonta għal 157 każ, filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati 121 każ ta’ serq.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Correctional officer
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-correctional officer li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jaħdem fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, li allegatament ftit tal-jiem ilu sawwat lill-priġunier li d-dettalji dwaru ukoll qed jingħataw separatament , għadu mhux sospiż pendenti l-investigazzjoni? Jista’ jgħid jekk jaqbilx li meta jkun hemm allegazzjoni ta’ swat minn uffiċjal pubbliku r-raġuni tiddetta li tali uffiċjal ikun sospiż minn dmirijietu pendenti l-istħarriġ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz pubbliku huwa kkontrollat mil-Public Service Management Code fejn Kapitolu 10 jitratta propju każijiet ta’ dixxiplina bħal dawn. F’dan il-każ ninsab infurmat li ġiet segwita l-proċedura kif miktuba fil-Public Service Management Code.
Rigward l-uffiċjal, dan ingħata xoħhol ieħor li jikkomensura l-grad u s-salarju tiegħu f’post ieħor b’effet immedjat, sa kemm joħroġ l-eżitu ta’ l-inkjesta maġisterjali.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13697 dwar armi rreġistrati Malta, jista’ l-Ministru jispjegali x’inhu l-iskop jew l-użu ta’ żewġ rocket launchers irreġistrati f’pajjiżna li, sa fejn naf jien, s’issa huwa pajjiż newtrali bla ebda ħsieb li jieħu sehem f’xi gwerra? Jinkwieta li f’pajjiżna hawn rocket launchers jew le?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' applikazzjoni għal ċittadinanza?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li d-dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates qed jagħmel il-verifiki sabiex jiġi stabbilit kemm il-persuna kienet eliġibbli li tissottometti l-applikazzjoni li għamlet sabiex tkun naturalizzata bħala ċittadin ta’ Malta. F’dan ir-rigward id-Dipartiment se jkellem il-persuna konċernata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk japprovax u jaqbilx mad-deċiżjoni li qed tkun komunikata lill-diversi spetturi tal-Korp tal-Pulizija li qed tkun rifjutata across the board kull talba għal reduced hours?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi id-deċizjoni dwar ir-reduced hours fil-Korp tal-Pulizija, kif imsemmija fl-interpellanza, ittieħdet minħabba l’ammont konsiderevoli ta’ uffiċċjali li jaqgħu taħt dawn il-kundizzjonijiet. Dan qed jikkaġuna problemi fl-amministrazzjoni għat-tqassim tax-xogħol tal-pulizija, u għal daqstant dan jitlob illi is-sistema tiġi riveduta għal kazijiet diġa ezistenti, kull kaz jitqies fuq il-merti tieghu u dan dejjem fil-qafas tal-ħteġijiet tal-Korp.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13312 u jgħid kemm kien hemm inċidenti fit-toroq bejn l-2004 u l-2014, sena b’sena, b’mod separat, li fihom kienu involuti żwiemel? Jista’ jgħid f’liema lokalità seħħ kull inċident? Jista’ jindika jekk f’kull każ kenitx involuta xi vettura jew vetturi? Jista’ jindika kemm kienu involuti vetturi f’kull każ? Jista’ jindika jekk f’kull każ kienx hemm persuni li sfaw midruba? Jista’ jindika f’kull każ jekk iż-żiemel safax midrub jew jekk mietx?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-2004 u l-2014 kien hemm tnejn u sittin (62) inċident rappurtat lil Pulizija li kienu involuti zwiemel fihom. It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi r-raġuni għala fit-22 ta’ Jannar 2015, fil-kawżi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale, individwu “A”, xehed u ppreżenta r-rapport tal-inkjesta interna (li kienet saret minn bord immexxi minn individwu “B” ) u rabat il Qorti biex dan ir-rapport jibqa’ maqful għand il-Maġistrat sedenti, aċċessibbli biss għall-partijiet fil-kawżi msemmija, meta l-ex Kummissarju Zammit kien iddikjara fit-3 ta’ Settembru 2013 (rappurtat front page fit-Times of Malta) li “he will publish the findings to put people’s minds at rest”? Jaf il-Ministru li ilni nagħmel interpellanzi fil-Parlament lilu dwar dan ir-rapport u t-tweġiba dejjem tkun li dan ikun ippubblikat fil-mument opportun? Jaf li ġejna f’sitwazzjoni fejn partijiet f’kawża u avukati għandhom aċċess għal dan ir-rapport mentri l-Parlament qed ikun imċaħħad minn tali rapport? Jaħsibx li dan l-aġir jimmina l-fiduċja fil-Korp tal-Pulizija li hu qal li jrid jerfa’ ‘l fuq?
Id-dettalji tal-individwi msemmija qed jingħataw separatament.
Response (ABELA, CARMELO)
L-Onorevoli Interpellant huwa skorrett fil-konkluzjonijiet tiegħu fil-mistoqsija li prezenta. Hija l-Qorti li tiddeċiedi dwar l-ezitu tar-rapport. Dwar dak li qal li jien għedt bħala Ministru, mhux minnu li r-referenza għall-publikazzjoni ta’ inkjesta fil-mument opportun kienet għall-inkjesta nterna tal-Pulizija msemmija fil-mistoqsija. Id-deċizjoni dwar il-pubblikazzjoni ta’ nkjesta nterna tal-Pulizija nemmen li għandha tkun fid-diskrezzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Aġenzija Identità Malta – żieda fil-ħlasijiet tas-servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma s-servizzi tal-Aġenzija Identità Malta li żdied il-ħlas tagħhom mill-1 ta’ Jannar 2015, u minn kemm għal kemm żdiedu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari 13331, kif ukoll ghall-informazzjoni addizjonali li tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra fid-19 ta’ Jannar 2015.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tkun l-ispiża kull xahar, inkluż l-ispejjeż tal-vettura, biex minn Malta jinbgħat f'Għawdex, uffiċjal kuljum biex mexxi is-Sezzjoni tal-Protezzjoni Ċivili f'Għawdex? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li ma ġiex inkarigat uffiċjal minn Għawdex biex jaqdi din il-funzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiza kull xahar, inkluz l-ispejjez tal-vettura, biex minn Malta jinbgħat f'Għawdex, uffiċjal kuljum biex mexxi is-Sezzjoni tal-Protezzjoni Ċivili f'Għawdex, huwa kif ġej:
Settembru 2014 - € 514.95
Ottubru 2014 - € 533.14
Novembru 2014 - € 491.26
Diċembru 2014 - € 519.78
B’referenza għal l-aħħar domanda nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 13548.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wasalx fi ftehim finali mal-Malta Police Association dwar il-kwistjoni li wasslet lill-MPA biex tippre¿enta proċess ġudizzjarju f’Novembru 2014 fil-qorti kontra l-Gvern minħabba t-tibdil tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa diġa saru laqgħat informali bejn iz-zewġ naħat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wasalx fi ftehim mal-Ombudsman dwar il-kwistjoni tal-promozzjonijiet li ngħataw fl-Armata fl-2013 u li wasslet biex l-Ombudsman jippreżenta protest ġudizzjarju fil-qorti kontra l-Gvern fl-2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li diġa ltqajt mal-Ombudsman u hemm il-ħsieb li nerġgħu niltaqaw fil-futur qrib.
Forzi Armati ta’ Malta – suldati stazzjonati f’Malta u Għawdex
Question
B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 13149 jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu fl-Armata kull wieħed mit-80 suldat tal-Forzi Armati stazzjonati f’Għawdex? U b’ referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 13286 jista’ jgħid kemm kull wieħed mill-91 suldat Għawdxi stazzjonat f’Malta ilu membru tal-Forzi Armati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorvoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-rapporti li dehru fil-media, fosthom fis-Sunday Times tal-Ħadd, 18 ta’ Jannar 2015 f’paġna 11 dwar zoo illegali fil-kumpless Monte Cristo fejn qed jinżammu għadd ta’ annimali kbar eżotiċi li mhux qed jgħixu fl-abitat naturali tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-pulizija baqgħet ma ħaditx passi legali u dan meta qed jiġi rrappurtat li f'April tas-sena l-oħra, is-servizzi veterinarji kienu diġà kitbu lill-Kummissarju tal-Pulizija u talbuh jieħu passi legali kontra s-sid ta’ dan iż-zoo illegali? Jista’ jgħid għalfejn il-pulizija ma ħaditx passi u fil-fatt qed jiġi rrappurtat li l-annimali żdiedu mhux naqsu, tant li f’Ottubru li għadda żdiedu aktar annimali eżotiċi fosthom żewġ tigri u panda? Qed issir jew saret investigazzjoni kif dawn l-annimali eżotiċi qed jidħlu Malta? Jista’ l-Ministru jekk jogħġbu jwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ittra sabiex il-Pulizija tipproċedi kontra s-sid ta’ dan iz-zoo intbgħatet mis-servizz veterinarju fit-18 ta' Lulju 2014 u mhux kif qed jingħad f'April tal-2014. Kien hemm taħdidiet bejn il-Pulizija u s-Servizzi Veterinarji dwar il-każ. Il-Pulizija minn naħa tagħha bdiet tindaga dan il-każ mill-ewwel. Minn naħa tas-servizz veterinarji dejjem ġie ssuġerit li jkun magħruf ir-riżultat finali mill-laqgħat li kienu qed isiru bejn is-servizz veterinaru u s-sid, qabel tittieħed xi azzjoni. Issa li l-Pulizija għandha l-konferma ser tipproċedi.
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – Parole Board — laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Parole Board taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin 2013 u 2014 il- Bord tal-Vizitaturi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b’kollox iltaqa’ erba u għoxrin darba. Matul is-sena 2013 iltaqa’ seba’ darbiet, filwaqt matul is-sena 2014 iltaqa’ sbatax il-darba.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – bord tal-Viżitaturi – laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tal-Viżitaturi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin 2013 u 2014 l-Bord tal-Vizitaturi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin iltaqa’ ħmistax il-darba. Matul is-sena 2013 iltaqa’ erba’ darbiet u matul is-sena 2014 iltaqa’ ħdax il-darba.
Ninfurmah ukoll li dawn l-istatistici jindikaw laqgħat formali li zamm il-Bord kif kompost. Zjarat oħra ġewwa l-faċilitajiet li jaqgħu taħt l-attenzjoni tal-Bord inzammu, pero’ kienu bħala parti mill-ħidma tal-istess bord u bi ftehim bejn l-istess membri tal-bord.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ min kienu l-Uffiċjali tas-Sena tal-Korp tal-Pulizija bejn l-2004 u l-2015 u x’kienet ir-raġuni li għaliha ngħataw dawn l-unuri, sena b’sena, b’mod separat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Korp tal-Pulizija – Għoti ta’ “Certifikat ta’ Kommendazzjoni”
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ min kienu l-pulizija li ngħataw ċertifikat ta’ kommendazzjoni bejn l-2004 u l-2015? X’kienet ir-raġuni li għaliha ngħata dan iċ-ċertifikat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.