Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni bbenefikaw mill-hekk imsejha in-work benefit sal-aħħar ta’ Settembru 2015 u jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Safar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu safar fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid fejn siefer (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal’ kull safra? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh f’kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fuq impenji uffiċjali barra l-pajjiż, inkun akkumpanjat minn uffiċjali tas-Segretarjat Privat tiegħi u minn uffiċjali oħra tal-Gvern. Dettaji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – entitajiet — safar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’safar sar minn uffiċjali mill-Ministeru, mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid fejn sar is-safar (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Jista’ jgħid min mar għal kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jibagħtu lill-uliedhom f’Childcare Centres bi ħlas u li bbenefikaw minntnaqqis fit-taxxa matul l-2014? Kemm huwa maħsub li b’kollox ġiet iffrankata taxxa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il telefonata rċevew il-voluntiera tas-Supportline 179, bejn l-2010 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena? Kemm minnhom kienu ġenwini? F’liema kategoriji huma kklassifikati dawn it-telefonati li saru, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, it-tagħrif mitlub minnu huwa kif jinsab dettaljat fit-tabelli t’hawn taħt :
In-numru ta’ telefonati li rċevew il-voluntiera tas-Supportline 179, bejn l-2010 u Ġunju 2015.
2010
2011
2012
2013
2014
Ġunju 2015
Telefonati li rċevew
16446
17539
16677
15492
15737
7041
In-numru ta’ telefonati ġenwini li rċevew il-voluntiera tas-Supportline 179, bejn l-2010 u Ġunju 2015.
2010
2011
2012
2013
2014
Ġunju 2015
Telefonati ġenwini
10868
11816
10601
10068
10929
5114
In-numru ta’ telefonati ġenwini li rċevew il-voluntiera tas-Supportline 179, bejn l-2010 u Ġunju 2015.
Kklassifikati - (presenting problem)
2010
2011
2012
2013
2014
Ġunju 2015
Aids / HIV
13
6
0
6
13
0
Alcohol
142
143
144
164
128
33
Anxiety
174
223
150
153
187
99
Behavioural Problems
271
284
256
216
171
72
Bereavement
22
37
47
28
20
8
Bullying
81
62
63
74
48
42
Child Abuse - Emotional
80
82
70
70
78
38
Child Abuse - Internet
1
9
16
7
10
12
Child Abuse - Neglect
141
182
187
167
115
46
Child Abuse - Physical
162
117
117
134
108
41
Child Abuse - Sexual
38
28
23
22
22
10
Depression
613
754
414
393
698
267
Disability Related Issues
30
26
31
46
34
22
Domestic Abuse - Emotional
143
180
162
155
159
82
Domestic Abuse - Neglect
29
25
33
24
33
6
Domestic Abuse - Physical
282
346
256
224
172
95
Domestic Abuse - Sexual
11
15
0
3
8
1
Drugs
178
187
98
79
78
53
Elderly
143
156
242
193
187
116
Financial
92
44
43
44
29
26
Fostering
33
55
50
22
15
8
Gambling
17
22
17
16
16
6
Homeless
163
175
152
158
173
91
Housing Related Issues
24
20
31
36
32
32
Information - Internet
31
42
21
24
27
17
Information - Services
1131
1230
879
916
830
437
Legal Issues
71
81
65
67
71
41
Listening
1743
2066
2234
2183
3025
1445
Loneliness
723
780
1042
1586
1285
591
Marital/Partners
659
525
427
340
262
82
Medical/ Terminal Illnesses
40
40
36
43
31
25
Mental Health
902
806
1080
662
960
402
Other
1330
1839
1258
987
1106
467
Parent-Child relationship
553
534
413
305
291
113
Persons in Separation Process
104
116
54
76
87
20
Pregnancy Related Issues
10
16
17
6
9
6
Rape
2
5
1
1
2
2
Refugees
40
34
15
11
3
0
Relationship problems
and family problems
359
281
181
227
223
172
Residential Homes
11
5
15
9
6
3
School Related Issues
21
26
33
18
22
11
Sexuality Related Issues
44
23
48
28
17
9
Single Parents
15
19
11
14
7
11
Single Persons
3
2
4
1
5
1
Suicide
32
27
48
51
58
28
Unemployment
12
10
20
7
6
1
Usury
7
8
11
10
4
1
Volunteer Called
142
123
86
62
58
23
Totals
10868
11816
10601
10068
10929
5114
Residenza San Vinċenz de Paule – pazjenti taħt is-60 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti taħt is-60 sena ddaħħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule fis-sena 2012, 2013, 2014 u 2015 sal-lum? Jista' jgħid kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa u f’liema swali qegħdin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fis-snin imsemmija ddaħħlu ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule total ta’ 41 Resident taħt is-60 sena, imqassma kif ġej:
2012 – 15- il resident taħt is-60 sena
2013 – 7 residenti taħt is-60 sena
2014 – 14 – il resident taħt is-60 sena
2015 – 5 residenti taħt is-60 sena
It-tabella t’hawn taħt turi it-totali indikati hawn fuq, maqsuma skont il-ġeneru:
SenaIrgielNisaSwali
20128SJ1, SJ2(2), SJ3(3), SJ8(2)
7SF2, SF3, MT1, MT2, MT3,SER2, RB1
20136SJ1, SJ2, SJ3, Loreto, Fatima(2)
1Ser2
20146SJ3, SJ4, Loreto, Fatima, Lourdes(2)
8MT1(3), JP1, SF2, SER3, MT3, JP4
20152SJ3, SJ6
3MT1, SJ7, JP3
Residenza San Vinċenz de Paule – health & safety officers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health & safety officers fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid kemm saru risk assessments mill-2013 sal-lum u jgħid ukoll f’liema areas ta' xogħol saru dawn ir-risk assessments?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risk assessments saru skont il-bżonn.
Minn żmien għal żmien, il-Faċilità għall-Kura fit-Tul f’San Vinċenz de Paul, toħroġ sejħiet ta’ assessjar għar-riskji. L-imsemmija sejħiet, bejn l-2013 sal-lum, kienu 5. Dawn saru f’numru ta’ sezzjonijiet, fosthom fis-swali St Frances 3 u 4, minħabba x-xogħlijiet ta’ rinovar li sar, għall-ispiżerija, il-kċina, it-tejatru u l-MMMU.
Residenza San Vinċenz de Paule – manutenzjoni tal-arja kkundizzjonata
Question
Jista' l-Ministru jgħid min jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal- arja kkundizzjonata fir-Residenza San Vincenz de Paule? Jista' jgħid ukoll kull meta ssir din il-manutenzjoni? Jista' jgħid jekk fil-bidu tas-sajf li għadda kienx hemm manutenzjoni tal-arja kkundizzjonata kollha fis-swali kollha tar-Residenza San Vincenz de Paule?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-manutenzjoni tas-sistema tal-arja kkundizzjonata jieħu ħsiebha kuntrattur, fuq superviżjoni tas-Sezzjoni tal-Inġinerija ta’ San Vinċenz de Paul.
Djar tal-anzjani – spezzjonijiet fuq l-arja kkundizzjonata
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet fi Djar tal-Anzjani kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat sabiex jiġi assigurat li l-arja kkundizzjonata matul il-jiem tas-sajf li għadda kenitx qed tiffunzjona tajjeb? Jista'jgħid fejn saru dawn l-ispezzjonijiet u fejn irriżulta li l-arja kkundizzjonata ma kenitx qed taħdem jew ma kenitx qed taħdem kif suppost?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoloi Interpellant illi, minn żmien għal żmien, l-Audit Team fi ħdan id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jagħmel spezzjonijiet għall-għarrieda fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern kif ukoll fil-privat fejn il-Gvern għandu s-sodod mixtrija (PPP Homes). Il-Home Managers kemm tad-Djar tal-Gvern u l-PPP Homes, kuljum jibgħatu lid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’ rapport li fih jirrekordjaw kif kienet it-temperatura f’diversi partijiet tad-Djar ikkonċernati.
Fir-Residenza San Vinċenz de Paule, ukoll jieħdu ħsieb li l-arja kkundizzjonata tar-Residenza tkun iċċekjata b’mod regolari mis-Sezzjoni tal-Inġinerija u l-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jgħid x'postijiet vojta għandha l-Awtorità tad-Djar għall-allokazzjoni, f'liema lokalitajiet u kemm-il kamra tas-sodda fihom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sad-data preżenti, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 32 fond f’diversi lokalitajiet u li jistgħu jiġu allokati għal social housing. Il-postijiet vojta qegħdin ġewwa Bormla, Birgu, Birkirkara, Luqa, Floriana, St.Lucia, Paola, Marsa, Mellieħa u Valletta.
Il-kmamar tas-sodda jvarjaw minn kamra waħda għal tlett ikmamar tas-sodda.
Numru minn dawjn il-postijiet qed jiġu evalwati biex naraw hux possibbli li jinbidlu għal djar għal persuni bid-diżabilita’ fil-komunita’, filwaqt li numru ieħor jinżammu għal każijiet ta’ emerġenza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il allokazzjoni għamlet l-Awtorità tad-Djar minn Marzu 2013 sal-lum u f'liema lokalitajiet saru? Jista' jgħid jekk sarux trasferimenti minn post tal-Gvern għall-ieħor, kemm saru u f'liema lokalitajiet saru?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mill-1 ta’ Marzu 2013 sal-15 t’Ottubru 2015, l-Awtorita’ tad-Djar allokat 320 post kif murija fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita' fejn ġew allokati
Total
Birkirkara
9
Birżebbuġa
12
Buġibba
3
Burmarrad
2
Cospicua
22
Fgura
6
Floriana
9
Għaxaq
3
Gżira
1
Ħamrun
6
Kalkara
2
Kerċem Għawdex
5
Kirkop
1
Luqa
1
Marsa
5
Marsalforn Għawdex
5
Mellieħa
3
Msida
8
Mtarfa
1
Paola
5
Pembroke
1
Pieta'
1
Qawra
6
Qormi
19
Qrendi
4
Rabat
5
Rabat Għawdex
6
San Ġwann
4
Sannat Għawdex
1
Senglea
5
Siġġiewi
8
Sliema
1
St Julians
3
St Paul's Bay
37
Sta Luċia
11
Sta Venera
19
Ta' Xbiex
2
Tarxien
19
Valletta
20
Vittoriosa
8
Wied il-Għajn
3
Xagħra Għawdex
3
Żabbar
7
Żebbuġ
7
Żejtun
4
Żurrieq
7
Fir-rigward tat-traferimenti li saru minn post tal-Gvern għal ieħor, l-Awtorita’ tad-Djar tinforma li għamlet 30 trasferiment mill-1 ta’ Marzu sad-data li fiha kienet qed tinġabar din l-informazzjoni, kif murija fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita' fejn ġew allokati
Total
Birkirkara
2
Cospicua
5
Fgura
1
Floriana
1
Gżira
3
Luqa
1
Mġarr
2
Paola
1
Pembroke
1
San Ġwann
1
St Paul's Bay
1
Sta Luċia
2
Sta Venera
2
Tarxien
1
Valletta
5
Żurrieq
1
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13510 u 11308 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet għas-sena 2012, għas-sena 2013, u għas-sena 2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-bordijiet u l-ispiża tagħħhom bejn l-2012 u l-2014, hija kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – spiża ta’ ħatriet fuq bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hu stmat li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament matul is-sena 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża tal-Bordijiet imsemmija fil-mistoqsija parlamentari numru 19735, u li qed nerġgħu nagħmlu referenza għalihom f’din il-mistoqsija parlamentari, tista’ tinkiseb mit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kif qed isiru l-pjanijiet fit-tul (long term plans) għal tfal li nħarġitilhom Care Order u mhemmx tama li jirritornaw lura mal-ġenituri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kull meta jsiru pjanijiet fit-tul fir-rigward ta’ minuri li ma għandhomx possibilità li jiġu re-integrati mal-ġenituri naturali tagħhom, il-ħaddiema soċjali involuti jagħmlu laqgħat perjodiċi mal-professjonisti kollha involuti fil-każ sabiex jiġu rrakkomandati pjanijiet ta’ kura fl-interess tal-istess minuri.
Dawn il-pjanijiet ikunu orjentati fuq li jinżamm kuntatt regolari mingħajr neċessarjament żieda fil-kuntatt, mal-ġenituri bijoloġiċi, dejjem jekk l-imsemmi kuntatt ikun ta’ benefiċċju u fl-interess suprem tal-istess minuri. F’ċertu każijiet fejn ripettitivament jinstab li l-kuntatt tal-minuri mal-ġenituri tagħhom qed ikun ta’ detrminet għall-istess minuri, tista’ wkoll tiġi kkunsidrata l-possibilita’ li l-minuri jinħelsu għall-addozzjoni.
F’sitwazzjonijiet fejn ikunu l-minuri nfushom li juru x-xewqa li jwaqqfu l-kuntatt minn mal-ġenituri bijoloġiċi tagħhom, il-professjonisti involuti jintervjenu billi jimmoniterjaw is-sitwazzjoni b’mod frekwenti u jaraw li jissospendu l-kuntatt, sakemm tkun evalwata aħjar is-sitwazzjoni. Il-minuri, f’każijiet bħal dawn, jiġu assessjati , immoniterati, ikkonsultati u fuq kollox iggwidati sabiex jiġi fformulat pjan ta’ kura fl-interess tagħhom.
Kull deċiżjoni li tittieħed, issir minn minn grupp multi-dixxiplinarju ta’ professjonisti, li jinkludu ħaddiema soċjali minn oqsma differenti, psikologi, psikjatri, u professjonisti oħra, dejjem skont il-ħtieġa tal-każ. Il-pjanijiet ta’ kura li jiġu mfassla, ikunu mbagħad ippreżentati quddiem il-Bord Konsultattiv Għat-Tfal u z-Żgħażagħ għall-approvazzjoni u d-deċiżjoni finali.
Ġenituri li mhumiex kompetenti biex jieħdu ħsieb lill-uliedhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex ġenituri li ma jkunux ibbenefikaw minn/ikkoperaw ma’ programmi mfassla għalihom u għalhekk jirriżulta li mhumiex kompetenti sabiex jieħdu ħsieb lil uliedhom, jiġu tterminati d-drittijiet tagħhom ta’ ġenituri bil-possibiltà li tinstab familja stabbli għall-minuri? Kemm kien hemm każijiet minn dawn (fejn kienu t-terminati d-drittijiet u l-awtorita tal-ġenituri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’każijiet li qed jirreferi għalihom l-Interpellant, il-minuri jiġu protetti bil-ħruġ ta’ Ordni għall-Ħarsien skont termini tal-artikolu 4 tal-Att Dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien) (Kap. 285), fejn il-minuri jiġu fdati taħt il-kura u l-kustodja tal-Ministru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, li jkollu l-istess setgħat u dmirijiet dwar il-ħarsien u l-kustodja tal-minuri kif mistenni minn kull ġenitur bioloġiku.
Sa fejn hu possibbli, minuri li huma protetti minn Ordni għall-Ħarsien, jitpoġġew dejjem ma’ familja u f’każ li jirriżulta li m’hemmx prospett raġonevoli sabiex il-minuri jiġu re-integrati mal-familja naturali tagħhom, jittieħdu l-proċeduri neċessarji kollha sabiex il-minuri jkunu jistgħu jiġu addottati mill-familja li magħhom jiġu fdati, bil-kunsens tal-ġenituri naturali, li konsegwentement jiġu tterminati d-drittijiet u awtorita’ tagħhom bħala ġenituri.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, mill-2012 ’l hawn, kien hemm 12 –il każ, fejn tfal ġew illiberati għal adozzjoni, bil-mod kif qiegħed jiġi spjegat hawn fuq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn Settembru 2014 u Settembru 2015 kien hemm tfal li nħarġitilhom Care Order?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, bejn Settembru 2014 u Settembru 2015 kien hemm 35 tifel u tifla li nħarġitilhom Care Order għal tfal lokali, filwaqt li 26 Care Order maħruġa għal minuri mhux akkumpanjati li qed ifittxu l-għażil.
Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn Settembru 2014 u Settembru 2015 kien hemm tfal li ntbagħtu ma’ foster family u kemm kien hemm oħrajn li ddaħħlu fl-istituti? Minn dawk li ddaħħlu fl-istituti, kemm minnhom instabitilhom familja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bejn Settembru 2014 u Settembru 2015 kien hemm 35 Ordni għall-Ħarsien. Fil-punt tal-ħruġ tal-Ordni għall-Ħarsien, 8 minn dawn il-minuri tpoġġew ma’ foster family, 2 tpoġġew ma’ familjari tagħhom, filwaqt li l-oħrajn tpoġġew ġewwa djar residenzjali.
F’dawk il-kazijiet li tpoġġew ġewwa djar residenzjali, baqa’ jsir attentat sabiex ikunu jistgħu finalment jitpoġġew ġo foster families. Dan għadu ma seħħx kemm għax hemm aktar minuri milli hemm foster carers approvati u kemm għax hemm numru ta’ prospective foster carers li għadhom għaddejjin bit-taħriġ tagħhom u li, għalhekk, għad irid isir l-assessment finali tagħhom qabel ma jiġu approvati mill-Fostering Board.
Jista' l-Ministru jgħid bejn Settembru 2014 u Settembru 2015 kemm kien hemm tfal b’Care Order li ntbagħtu lura jgħixu mal-ġenituri? X’qed isir biex dawn it-tfal ikunu monitored u jkun assigurat li qed jgħixu f’ambjent addattat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bejn Settembru 2014 u Settembru 2015, kien hemm 14-il tifel u tifla li huma protetti b’Ordni għall-Ħarsien li ġew re-integrati lura mal-ġenituri tagħhom, bi pjan li kien fl-aħjar interess tat-tfal.
F’ kull każ ta’ re-integrazzjoni, il-ħaddiema soċjali tat-tfal mill-Aġenzija Appoġġ jibqgħu jsegwu lit-tfal billi jżommu kuntatt regolari kemm mal-minuri kif ukoll mal-ġenituri, permezz ta’ żjarat fid-dar u fl-iskola, appuntamenti fl-uffiċju tal-Aġenzija Appoġġ, u finalment b’appuntamenti mediċi u ma’ professjonisti oħra li jaħdmu mat-tfal u l-ġenituri.
F`dawk il-każijiet fejn, minkejja li t-tfal ikunu ġew re-integrati, l-Ordni tal-Ħarsien tibqa` fis-seħħ, il-każijiet jibqgħu jidhru quddiem il-Bord Konsultattiv tat-Tfal u ż-Żgħażagħ, li jibqa’ isegwi l-bżonnijiet u x-xewqat tal-minuri waqt li jara li kull deċiżjoni li tittieħed tkun fl-aħjar interess tal-minuri kkonċernati.
Jista l-Ministru jgħid x’metodi xjentifiċi ta’ riċerka qed juża l-Ministeru/l-Appoġġ biex ikun studjat liema tfal b’Care Order (jiġifieri hux dawk li qed jgħixu ma’ foster family, dawk li jibqgħu fi stitut jew dawk li jintbagħtu lura d-dar) qed jilħqu l-aħjar suċċess f’ħajjithom (outcomes), bħal eżempju stabbiltà ta’ impjieg, riżultati akkademiċi, ħelsien mill-vizzji, saħħa mentali eċċ biex fuq dawn ir-riżultati tkun ippjanata l-politka tal-gvern dwar il-ħarsien tat-tfal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lilll-Oner. Interpellant li, l-qofol tal-operat tal-Aġenzija Appoġġ huwa li tipprovdi servizzi lit-tfal, familji u lill-komunita’. Waqt li l-Aġenzija tagħraf l-importanza tar-riċerka, speċjalment fit-tfassil u evalwazzjoni ta’ servizzi, din m’hijiex il-missjoni ewlenija tagħha.
Dan ifisser li l-Aġenzija Appoġġ tibbaża ħafna mill-ħidma tagħha fuq riċerka li ma ssirx in house imma li, fl-istess ħin, l-Aġenzija minn dejjem għenet biex issir għax minn dejjem emmnet li din ir-riċerka hija utli għaliha biex ittejjeb l-operat tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tad-Djar se jieħu azzjoni dwar applikazzjoni relatata ma’ saqaf iqattar l-ilma u katusi tad-drenaġġ f’kundizzjoni ħażina fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, diġa’ kienet saret spezzjoni u stima tat-tiswijiet neċessarji fis-sistema ta’ drenaġġ, li għalih għandu jiġi ingaġġat kuntrattur biex jagħmel ix-xogħlijiet. Dwar l-ilment l-ieħor relatat ma’ saqaf iqattar, għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar sabiex jiġi vverifikat dan l-ilment.