B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14537, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-financial statements u l-annual reports tal-Enemalta tal-2012 u l-2013 sarux? Jekk iva, jista’ l-Ministru jippreżentahom fuq il-Mejda tal-Kamra? Meta l-Ministru mistenni jippreżentahom? Jekk dawn ma sarux, jista’ jgħid għalfejn ma sarux meta l-liġi li kienet tkopri s-snin inkwistjoni tistipula li l-financial statements għandhom jiġu ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-accounts tal-Enemalta Corporation se jiġu ppubblikati.
Jista’ l-Ministru jgħid meta kien biħsiebu jinforma lill-poplu fuq in-nuqqas ta’ effettività tat-tilqima kontra l-influwenza fuq livell internazzjonali u għalfejn għadu m’għamel l-ebda kampanja edukattiva fuq dan meta awtoritajiet tas-saħħa f’pajjiżi oħrajn infurmaw lill-poplu b’din il-possibilità imma xorta nsistew li tingħata t-tilqima filwaqt li għaddew linji gwida lill-poplu fuq kif jevita t-tixrid tal-influwenza? Il-Gvern, meta kellu l-ħsieb li jagħmel dan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-kampanja tat-tilqim u ta’ pariri dwar kif tevita t-tixrid tal-influwenza bdiet f’Ottubru. Ghalkemm it-tilqima ma kienetx effettiva daqs snin ta’ qabel, ir-rakkomendazzjoni fuq livell internazzjonali mill-ECDC kienet biex tinbqa tinghata ghaliex xorta kienet effettiva fuq certu strains. Il-lista ta’ fejn il-gvern ghamel il-kampanji fuq l-influenza hija kif ser naqra. Qed inpoggi kopja tal- poster fuq il-mejda tal-kamra.
Influenza Promotion
Radio u TV:
· 13ta Ottubru 2014 – F-Living – Favorite Channel
· 23ta Ottubru 2014 – Kalamita - ONE –)
· 27ta Ottubru 2014 – F-Living – Favorite Channel
· 29ta Ottubru 2014 – Is-Suggett – ONE Radio
· 30ta Ottubru 2014 – F-Living – Favorite Channel
· 30ta Ottubru 2014 – Radju Malta
· 31ta Ottubru 2014 - Magazine – Radio 101
· 6ta Novembru 2014 – TVPM – TVM
· 11ta Novembru 2014 - TVAM –TVM
· 14ta Novembru 2014 – Magazine – Radio 101
· 8 ta Jannar 2015 – Newsfeed - NET TV
· 14ta Jannar 2015 – Radio 101
· 24ta Jannar 2015 – Radio 101
· Talks minn NIS nurses fil-Kunsilli Lokali:
· 14ta Ottubru Mosta LC
· 15ta Ottubru Mdina LC
· 17ta Ottubru Mgarr LC
· 21ta Ottubru Mtarfa LC
· 22ta Ottubru Kalkara LC
· 23ta Ottubru St. Paul’s Bay LC
· 27ta Ottubru Santa Lucia LC
· 29ta Ottubru Msida LC
· 30ta Ottubru Sliema LC
· 31ta Ottubru Vittoriosa LC
· 21ta Ottubru Talk minn NIS nurse gewwa Casa Arkati
Artikli
· Artiklu ta’ Dr. Vicky Farrugia St’ Angelo fuq “Prevention of colds and Flu” ppublikat f’Novembru gewwa n-newsletter tal-Primary Health Care.
· 2 artikli gewwa VIDA Magazine li jitqassam mal-gazzetti : Wiehed fl-edizzjoni ta Novembru 2014 u l-iehor f’ta Jannar 2015
Advertising fuq ir-radju
Kampanja fuq numru ta’ stazzjonijiet tar-radju.
Radio
Campaign No of spots
Daily spots
Duration /Days
RTK
330
22
15
PBS
150
10
15
ONE
150
10
15
101
225
15
15
Total
855
57
Informazzjoni fuq il- website
Sezzjoni iddedikata lill-influenza fuq il-website
https://ehealth.gov.mt/healthportal/public_health/idcu/infectious_diseases/diseases_a_to_d/influenza.aspx
Posters kemm bl-Ingliz kif ukoll bil-Malta
https://ehealth.gov.mt/download.aspx?id=9884
https://ehealth.gov.mt/download.aspx?id=9906
Sptar Mater Dei – pazjenti minħabba n-nuqqas ta’ effettività tat-tilqima kontra l-influwenza
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li parti mill-kriżi li għandu l-Istpar Mater Dei bħalissa huwa għaliex numru ta’ pazjenti (partikolarment tfal u anzjani) li hemm għal kura, huma pazjenti li ma ħadmitx fuqhom it-tilqima kontra l-influwenza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-kaġun ta’ ħafna mill-problemi ġewwa l-Isptar Mater Dei huwa in-nuqqas ta’ sodod minħabba pjanar ħażin mill-amministrazzjoni preċedenti. Tul din is-sena kien hemm influss ta’ pazjenti li dahlu l-Isptar Mater Dei b’mard respiratorju.
Sptar Mater Dei – pazjenti li jenħtieġu jkunu f’nursing homes
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13963 u jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, jum b’jum, kemm kien in-numru ta’ pazjenti li kienu għall-kura fl-Isptar Mater Dei imma li fil-fatt jeħtieġu kura f’nursing homes jew post ta’ riabilitazzjoni u mhux kura akuta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi kif tidher fit-tabella:
01-Nov-14
Rehab 13
LTC 111
01-Dec-14
Rehab 35
LTC111
01-Jan-15
Rehab 35
LTC 108
01-Feb-15
Rehab 62
LTC 46
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13771 u jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’kien l-average bed hours tal-pazjenti fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jqabbel dawn il-figuri mal-istess perjodu tal-aħħar tliet snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-average patient bed hours fl-aħħar tliet snin kien hekk:
Nov 2012 - 5.1
Nov 2013 - 5.0
Nov 2014 - 4.3
Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-Emerġenza – ħinijiet ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13770 u jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’kien l-average waiting time fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jqabbel dawn il-figuri mal-istess perjodu tal-aħħar tliet snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13769 u jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm ġew rilaxxati pazjenti li reġgħu ġew admitted fl-Isptar Mater Dei fi żmien ġimgħa? Jista’ jqabbel dawn ir-re-admissions mal-istess perjodu tal-aħħar tliet snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex id-dwal tat-toroq fiż-żona magħurfa bħala Is-Santi ġewwa l-Imġarr jissewwew immedjatament minħabba li fid-data li qiegħda ssir din il-mistoqsija dawn ilhom mitfijin iżjed minn tmint ijiem?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħsara ġiet irranġata u d-dawl tat-toroq taż-żona msemmija reġa’ ġie għan-normal.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14122 jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14122 (erbatax-il elf, mija, tnejn u għoxrin).
Sptar Mater Dei — Ikel b'xejn mill-cateen tan-nurses
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14749 u 14471 u jgħid liema ħaddiema fl-Isptar Mater Dei huma intitolati għall-ikel b'xejn mogħti mill-canteen tan-nurses? Jista' jikkategoriza din l-informazzjoni għall-ħaddiema bil-grad tagħhom? Huwa minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Waste Management Department fl-Isptar Mater Dei ma jingħatawx dan is-servizz b'xejn? Jekk iva, x'inhi r-raġuni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu water saving kits lill-familji Maltin u Għawdxin sal-aħħar ta’ Jannar 2015? Kemm swew dawn il-water saving kits? Jista’ jgħid jekk ħariġx tender f’dan ir-rigward?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tqassmu 9,195 (disat’elef, mija, ħamsa u disgħin) water saving kit lill-familji Għawdxin bħala parti minn proġett pilota li sar f’Għawdex, bi spiża medja ta’ €6.78 (sitt ewro, tmienja u sebgħin) għal kull kit. Ix-xiri tagħhom sar permezz ta’ tender li kien imħabbar fil-gazzetta tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-binjiet pubbliċi li mhumiex self sufficient fil-bżonnijiet tal-enerġija? Jista’ jagħti lista tagħhom? Jista’ jgħid liema huma dawk il-binjiet li huma self sufficient fil-bżonnijiet tal-enerġija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Peress li fil-bidu ta’ Diċembru 2014 l-awtoritajiet tas-saħħa Amerikani avżaw li t-tilqima kontra l-influwenza ta’ din is-sena ma ħadmitx daqs kemm kien mistenni fuq livell internazzjonali u peress li fil-bidu ta’ Frar 2015 l-awtoritajiet fir-Renju Unit iddikjaraw li f’pajjiżhom it-tilqima kienet effettiva biss fuq madwar 3% ta’ min ħadha, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li kienet effettiva f’Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) fil-mid season risk assessment tiegħi dwar l-influenza fl-emisfera tat-tramuntana jikkalkola li madwar 60% tal-virus Tal-influenza prevalenti din is-sena huwa l-A(H3N2). Billi l-istess ECDC sabet evidenza ta' mismatch bejn il-vaċċin ta' din is-sena u l-A(H3N2) qiegħed ikun kalolat illi l-vaccine huwa effettiv f'inqas minn 25%.
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar jaf (ġurnata, xahar u sena) li t-tilqima kontra l-influwenza ma kenitx effettiva (fuq livell internazzjonali) daqs kemm kien mistenni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ewwel indikazzjonijiet li l-vaċċin ma kienx effettiv daqs kemm mixtieq fl-emisfera tat-tramuntana hargu f’Diċembru 2014 miċ-Centre For Disease Control, fl-Istati Uniti. Fl-Ewropa l-aħbar ħareġ uffiċjalment mill-European Centre for Disease Control fl-aħħar ta’ Jannar 2015.
Tilqima kontra l-Influwenza – nuqqas ta’ effettività
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin kellhom ħjiel sa minn Ġunju 2014 li t-tilqima kontra l-influwenza ta’ din is-sena ma kenitx se taħdem fuq livell internazzjonali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 14337.
Jista’ l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu ladarba l-Gvern sar jaf li t-tilqima kontra l-influwenza ma kenitx effettiva daqs kemm mistenni fuq livell internazzjonali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li saru bosta kampanji edukattivi fil-media, kemm fuq it-television u r-radju, kif ukoll permezz ta’ flyers u adverts ffukati sabiex jaghtu taghrif fuq mizuri ta’ prevenzzjoni.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx fortt direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa — xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx frott direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.