Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9607 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Tigne' — Manoel Island - Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsorzju MIDI li għandu f'idejh il-proġett ta' Manoel Island f'Tigne' tax xi somma flus lill-gvern sabiex din tinqasam bejn l-għaqdiet li qed jagħmlu użu minn xi premises fejn hu maħsub li jsir dan il-proġett? Jekk iva, kemm hi din is-somma, kif ġiet imqassma u lil min?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dettalji bħal dawk li qed jitlob l-Onor. Interpellant, ikunu inklużi fil-kuntratt li ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #9949 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Composting Ecopod

Question

Ġaladarba s-sistema tal-composting ecopod ġiet imħaddma b'suċċess, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din is-sistema tintuża f'lokalitajiet oħra? Kemm hu l-persentaġġ ta' skart domestiku li qiegħed jiġi ittrattat bħalissa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li is-sistema Eco-Pod composting bħalissa qiegħda tiġi użata biex jiġu proċessati madwar 400 tunellata ta' materjal organiku fil-limiti tal-miżbla tal-Magħtab. Peress li din is-sistema tirrikjedi ħafna spazju, ma tistax tinżamm konsistenti r-rata ta' proċessar tal-materjal organiku. Għalkemm intlaħaq il-persentaġġ ta' 37% matul diversi perjodi, il-persentaġġ globali milħuq sa issa matul din is-sena huwa ta' madwar 20%
Leg 9 PQ #10004 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta — Wiring

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta kienx favur li jdaħħal is-servizz tal-cable television permezz ta'cables imwaħħla mal-ħitan, meta kien l-istess kumitat li kien tant kontra il-cables tat-telephone u tant ħadem u għamel pressjoni sabiex dawn il-cables jitneħħew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Proġett għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta dejjem sostna u għadu jsostni li l-wiring kollu li hemm 'overhead' għandu jitneħħa. Il-VRP ta l-kunsens tiegħu lil Melita Cable biex jagħmlu sistema temporanja ta' 'overhead wiring' bil-patt li la darba l-'wiring' tat-telefones jitneħħa, l-'wiring' tagħhom ukoll irid jitneħħa.
Leg 9 PQ #9868 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Mdina — Kumitat ta' Riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' mindu twaqqaf il-Kumitat ta' Riabilitazzjoni ta' l-Imdina? Xi pjani hemm biex dan il-kumitat jirriabilita l-Imdina? Kif se jonfoq il-flus ivvvotati qabel it-tmiem ta' din is-sena finanzjarja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina ltaqa' erba' darbiet u qed iħejju pjanijiet għal proġetti mmedjati u kif ukoll għal pjan ta' ħidma fit-tul. Il-Kumitat diġa' ħa xi azzjoni urġenti li kien hemm bżonn tittieħed fil-Palazz tal-Vilhena u qed iħejji għar-restawr tal-Bieb Prinċipali u tal-Bieb tal-Griegi, kif ukoll għar-Restawr tal-faċċati tal-Banca Giuratale. Il-Kumitat qiegħed iħejji wkoll biex jagħti bidu għall-proġett ta' pavimentazzjoni tat-toroq billi l-ewwel jgħaddu s-servizzi kollha taħt l-art u qiegħed jieħu parir dwar x'tip ta' paviment jixraq lill-Imdina. Il-Kumitat qiegħed iħejji Pjan Strateġiku għall-konservazzjoni ta' l-Imdina bl-għajnuna ta' esperti barranin. Proġett ieħor li qed jaħdem fuqu l-Kumitat huwa d-dawl tas-swar u titjib fid-dawl intern tal-belt. Il-Kumitat ukoll qiegħed iħejji sabiex isir tarmac u tiswijiet neċessarji fl-approach roads għall-Imdina kif ukoll l-upgrading ta' Howard Gardens. Hemm ukoll il-ħsieb li l-Kumitat iħejji Historic Buildings Grant Scheme minfejn ir-residenti jingħataw il-faċilita' sabiex itejbu l-faċċata tad-djar tagħhom taħt is-superviżjoni tal-Kumitat Tekniku tal-MRC.
Leg 9 PQ #9925 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Park Nazzjonali — Kumitat ta' tmexxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqafx il-kumitat ta' tmexxija tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali? Jekk fl-affermattiv, minn min hu kopost dan il-kumitat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kumitat ta' tmexxija tal-Park ta' Ta' Qali twaqqaf u dan huwa kompost minn: Chairman Sur Joseph M Mallia Principal Environment Officer Ministeru għall-Ambjent Membri Sur Robert Abela Sur Ronnie Galea Sinjorina Marie Louise Caruana BE&A(Hons) A&CE Ministeru għall-Ambjent Sur Anthony Bezzina
Leg 9 PQ #8581 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Xogħol nutarili

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998, 'il hawn x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-5 ta' Frar 1999 saru żewġ skritturi privati bejn individwi u t-Taqsima tax-Xogħlijiet quddiem in-Nutar Prinċipali tal-Gvern, dawn kienu s-segwenti. 1. Ftehim dwar Għar Lapsi Car Park ma' Mr Anthony Baldacchino li ħallas l-ispejjeż involuti ta' Lm20.00 lill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern. 2. Ftehim dwar ir-riabilitazzjoni ta' Fort Ricasoli in konnessjoni mal-ġbid tal-film 'Gladiator' ma' C & L Co. Ltd. liema kumpanija ħallset l-ispejjeż ta' Lm23.00 lill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern. Naturalment, sar ukoll il-kuntratt dwar il-Proġett tal-Kottonera. Dan il-kuntratt kien pubblikat min-Nutar fid-Dipartiment ta' l-Artijiet tal-Gvern.
Leg 9 PQ #9814 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Furjana — Playing field

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux ippjanat li jsir upgrading tal-playing field tal-Furjana?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kienu tlestew pjanti biex jiġi msebbaħ il-ġnien pubbliku magħruf bħala 'King George V' fil-Furjana li jinkludu playing field. Jien infurmat li minħabba l-proġett tas-Sea Passenger Terminal qed jiġu kkunsidrati l-possibbiltajiet kollha għal dan is-sit.
Leg 9 PQ #9845 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jerġgħu jibdew il-korsijiet fil-middle management organizzati mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet dwar meta se jibdew dawn il-korsijiet għadhom għaddejjin.
Leg 9 PQ #9846 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta Rehabilitation Committee

Question

Jista'l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitwaqqaf il-Valletta Rehabilitation Committee?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dan il-Kumitat se jitwaqqaf qabel l-aħħar ta' Ottubru 1999.
Leg 9 PQ #9856 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Luqa — Qormi Road - żvilupp ta' art

Question

Peress li kien il-ħsieb tad-Dipartiment ta' l-Ambjent li flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Ħal-Luqa jiżviluppa biċċa art żdingata quddiem il-ġibjun, Qormi Road, Luqa, jista'l-Ministru jgħid meta se jinbeda u jiġi konkluż dan l-iżvilupp?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'inix infurmat fuq l-iżvilupp kif indikat mill-Onorevoli Interpellant u nitolbu għalhekk jagħtini informazzjoni aktar dettaljata.
Leg 9 PQ #9858 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Housing Estate - Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb tal-gvern li tingħata manutenzjoni tajba lill-Housing Estate fuq Tal-Blat, limiti ta' Ħal Qormi u Santa Venera? Minħabba l-istat ħażin, ix-xogħol li jrid isir huwa kompitu tal-Gvern Ċentrali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #9881 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Ħarsien ta' l-ambjent

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9389?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-passat, id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent dejjem ħa passi fl-ambitu li ttieh il-liġi kontra min inqabad iniġġeż l-ambjent. Fil-każ speċifiku mqajjem mill-Onorevoli Interpellant, tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex jagħmel stħarriġ, bil-għan li tiġi identifikata l-oriġini ta' dan it-trab iswed. Jirriżulta li fl-arja msemmija jeżistu numru ta' sorsi potenzjali li jistgħu qed jikkontribwixxu għal dan it-tniġġiż, u nħoss li hu prematur li f'dan l-istadju neskludi xi wieħed minn dawn is-sorsi. Ninsab infurmat li d-dipartiment qiegħed f'konsultazzjoni ma' esperti Ingliżi biex fl-inqas żmien possibbli jiġi fformulat pjan ta' azzjoni f'dan is-sens.
Leg 9 PQ #9901 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Nofsinhar ta' Malta — Trab iswed

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li n-nofsinhar ta' Malta, l-inħawi bħal Raħal Ġdid, Fgura, Tarxien, Marsa, Sta. Luċija, Gudja u l-kumplament tal-Kottonera jinsabu litteralment imniġġsin minn trab iswed fit-toroq u l-bjut tad-djar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9881 (Seduta 148).
Leg 9 PQ #9914 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Furjana — Football ground

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9320 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': tista' tgħid x'inhu pproġettat rigward ir-returfing tal-football ground fl-arena ta' l-Indipendenza fil-Furjana?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dan il-proġett qed isir mill-Kunsill Lokali tal-Floriana, iżda l-Gvern wiegħed li jekk iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju b'xi mod jaffettwaw dan il-proġett, il-Gvern jirrimedja skond ma jkun il-bżonn.
Leg 9 PQ #9918 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Statwi — Restawr

Question

Jista' l-VRP jieħu ħsieb biex fiż-żmien li ġej jiġu restawrati dawn l-istatwi f'dawn it-toroq fil-Furjana u l-Belt: (a) San Publiju, ix-Xatt, il-Belt; (b) il-Kunċizzjoni fi Triq Kapuċċini kanturniera ma' Triq San Tumas, fil-Furjana; u (ċ) Is-Salvatur fi Triq is-Suq kantuniera ma' Triq San Franġisk, il-Furjana?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant lill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u tal-Floriana.
Leg 9 PQ #9622 Sitting 147 1999-09-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne' — Proġett

Question

Billi huwa maħsub li tgħaddi triq minn ġo nofs l-istadium tal-Gżira, jista' l-Ministru jgħid, wara li titlesta din it-triq, x'se jsir minn dak li jibqa' mill-istadium, jiġifieri jekk hijiex se tinbena, se ssir ġnien, se ssir pjazza u/jew tibqa' mitluqa kif inhi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-'istadium' tal-Gżira huwa proprjeta' privata u l-Gvern ser jagħmel użu minn parti minnu biss sabiex issir it-triq.
Leg 9 PQ #9623 Sitting 147 1999-09-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne' — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn se jiġu mċaqalqa l-pompa tal-petrol ħdejn il-pont tal-Gżira u l-kiosk ta' ħdejn il-pont tal-Gżira meta jibda x-xogħol fuq il-proġett ta' Manoel Island? Meta se jsir dan iċ-ċaqlieq? Jista' l-Ministru juri dan billi jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti neċessarji, kif ukoll kif se jkun jidher il-ġnien tal-Gżira meta jitlesta r-resettlemnt ta' dawn l-istrutturi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-triq li jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant mhix qed issir biss minħabba l-proġett ta' Manoel Island, iżda nħasset il-ħtieġa tagħha anke bl-ammont ta' traffiku li huwa ġenerat illum. Meta d-disinji tat-toroq ikunu finalizzati l-Gvern ikun jista' jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #9624 Sitting 147 1999-09-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne' — Proġett

Question

Ġaladarba jitlesta l-proġett ta' Tigne' u Monoel Island, jista' l-Ministru jgħid jekk in-nies ikunux jistgħu jgħumu, jagħmlu barbeques, jistgħadu u jidħlu jbiegħu l-prodotti bil-mobile kiosks jew hawkers ġo l-areas imsemmija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-parti li hija msejħa bħala 'foreshore' ser tibqa' aċċessibbli għall-pubbliku u għalhekk il-pubbliku jkun jista' jagħmel l-attivitajiet li normalment isiru u li huma aċċettabbli li jsiru f'areas simili bħal dawn.
Leg 9 PQ #8552 Sitting 146 1999-09-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġiljan — Birkirkara - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett kontra l-għargħar ta' Triq Birkirkara, San Ġiljan? Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol tal-culverts f'din it-triq? Jista' l-Ministru jgħid allura meta huwa maħsub li jsir ix-xogħol ta' tarmac ġdid f'din it-triq? Jista' l-Ministru jgħid min huwa maħsub li jħallas l-ispejjeż tat-tarmac f'din it-triq, jekk huwiex il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan jew inkella l-gvern ċentrali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kostruzzjoni ta' culvert biss fit-triq imsemmija ma jsolvix il-problema ta' l-għargħar f'dawn l-inħawi. L-estensjoni tal-mina minn fejn waslet l-ewwel fażi sa l-area tat-traffic lights hija wkoll neċessarja li ssir sabiex nirriżolvu din il-problema. Tender għal dan ix-xogħol ġiet ippreparata u mistennija tiġi ppubblikata fil-jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #8562 Sitting 146 1999-09-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Kampanja — Tneħħija ta' tankijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tankijiet mill-kampanja li tneħħew bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena? Minn fejn tneħħew u meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma jżommx records ta' kemm tneħħew tankijiet minn fuq il-ħitan tas-sejjieħ. Id-dipartiment normalment jillimita ruħu li jikkuntattja lis-sid ta' l-art u javżah biex ineħħi t-tankijiet hu stess. Is-sidien, fil-maġġoranza kbira tagħhom, jikkollaboraw. Ġieli jkunu Kunsilli Lokali li jneħħu t-tankijiet u wara li jiġbruhom f'post wieħed u jikkuntattjaw id-dipartiment, id-dipartiment għandu arranġamenti ma' kuntrattur li jneħħi t-tankijiet u jirriċiklahom. dan sar f'lokalitajiet bħal Ħal Luqa, Mġarr, Fgura, Mosta, Siġġiewi, Qrendi u Żurrieq.