Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14965 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Spezzjoni tal-ħaxix

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14620 u jgħid kemm kien in-numru ta' spezzjonijiet li saru fuq il-prodotti tal-ħaxix frisk li ddaħħal fil-Pitkalija matul Jannar u Frar ta' din is-sena? Peress li l-amministrazzjoni preċedenti kellha uffiċċju ta' l-ext. ser. fil-Pitkalija għal dan il-għan u ċioe' ħalli flok il-bdiewa jmorru għand l-uffiċjal tad-dipartiment ikunu l-uffiċjali li jżuru lill-bdiewa matul il-jiem tal-bejgħa fil-pitkalija ċentrali, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan il-prinċipju ma ġiex segwit matul l-1999 u din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab linfurmat li l-uffiċju tal-Extension Services li kien hemm fl-amministrazzjoni preċidenti għadu hemm. Għadu jattendi wkoll kull nhar ta' Tnejn u nhar ta' Ħamis uffiċjal mil-fergħa tal-Extension Services tar-Rabat. Barra minn hekk l-uffiċjal għoli nkarigat mis-sezzjoni tal-Extension Services jgħamel viżiti regulari fil-Pitkalija. Pero' bħal ma ġara fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra tista tieħu ż-żiemel tiegħek ħdejn l-ilma imma ma tistax iġġielu jixrob. Jiġifieri is-servizz qiegħed hemm imma l-bdiewa ma jagħmlux użu minnu.
Leg 9 PQ #15385 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Annimal Welfare Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf l-Annimal Welfare Committee, min huma l-membri li jagħmlu dan il-kumitat, kemm-il darba ltaqa' matul l-aħħar sena u nofs u x'inhuma l-għanijiet tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma jeżistix dan il-kumitat fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Pero' għall-ħarsien ta' l-annimali d-Dipartiment tas-servizz Veterinarju ħejja l-liġi li tissejjaħ l-'Animal Welfare Act' li diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati għall-ewwel qari. Id-Direttur tas-Servizz Veterinarji ltaqa' ma diversi esperti fuq l-'Animal Welfare' fosthom l-'Eurogroup for Animal Welfare'.
Leg 9 PQ #13376 Sitting 275 2000-03-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi mikrija mill-ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5477 u għal dik li tajt għall-Mistoqsija numru 13358.
Leg 9 PQ #14937 Sitting 275 2000-03-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP

Question

Peress li l-artiklu li rriferejt għalih jiena oriġinarjament u li jsemmi s-Lm600 li qed tiswa l-CAP lill-familji kollha ta' l-UE, huwa dak tad-daily mail, li huwa artikolu favur u mhux kontra l-UE, jista' l-Ministru jgħid għaliex fid-diskors ta' l-aġġornament ta' l-14 ta' Frar, qal li jiena nikkwota sorsi ta' gazzetti li huma kontra l-UE, meta jaf li dan mhux verita' kif jikkonferma l-istess artiklu li jiena għamilt riferenza għalih?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jidher li l-Onor. Interpellant għadu ma fehemx il-kunċett ta' l-OECD msejjaħ 'Total transfers associated with agricultural policies' jew 'Total Support Estimate (TSE)'. Dan il-kunċett jikkomprendi tlett kategoriji ta' miżuri: 1. Il-'producer support estimate (PSE)' li huwa indikatur ta' għajnuna li jirċievi l-bidwi permezz ta': a) 'market support' li jinkludi prezzijiet għola permezz ta' 'levies', dazji, kwoti etc., b) sussidji relatati ma raba' kultivat jew numru ta' bhejjem, c) sussidji relatati mal-produzzjoni, d) ħlas anqas għar-risorsi naturali minn dak tas-suq - qbiela u ilma (historical entitlements), e) sussidji fuq il-ħtiġijiet jew servizz b'xejn bħal ma jkun sussidju fuq il-ġwież, il-fertilizzant, il-provista ta' servizzi bħal servizzi ta' laboratorji w 'extention services' u għajnuna fuq investimenti fil-biedja, f) kumpens għal restrizzjonijiet ambjentali li jillimita l-produzzjoni u għaldaqstant prezzijiet għola bħal restrizzjoni dwar l-użu ta' pestiċidi jew distanzi mill-abitat, ġ) għajnuna sabiex jiżdied d-dħul tal-bidwi u, g) għajnuna oħra li tinkludi servizzi soċjali, 'tax rebates', u benefiċji oħra ġenerali. 2. 'General Service Support Estimate (GSSE)' li hu indikatur tal-benefiċċji minn diversi attivitajiet tal-Gvern li tinkludi l-ispiża ta' l-amministrazzjoni tad-Dipartimenti u organizazzjonijiet tal-Gvern Nazzjonali, reġionali jew lokali li tinkludi l-provista ta' l-ilma, elettriku, toroq, riċerka u żvilupp, skejjel, servizzi ta' spezzjoni, swieq, mħażen etc. 3. 'Consumer Support Estimate (CSE)' li hu indikatur ta' għajnuna li jirċievi l-bidwi iżda li minnha jgawdi l-konsumatur fi prezzijiet aktar baxxi. Minn dan jidher ċar li ċ-ċifri kkwotati huma biss indikaturi, stimi grossi u nominali; altru milli xi taxxa ġdida. L-Onor. Interpellant huwa mitlub li jivverifika t-tifsira tal-figuri li jikkwota. Il-'Common Agricultural Policy' (CAP) ta' l-Unioni Ewropeja hija solidarjeta' mal-bidwi u xejn aktar. Inżid ngħid li skond iċ-ċifra ta' Lm600 li qed isemmi l-Onor. Interpellant, il-vot eżistenti tal-C.A.P. huwa ta' madwar Lm72 biljun fis-sena, vot li huwa 4 (erba') darbiet għola minn dak attwali li jammonta għall-Lm18 biljun fis-sena.
Leg 9 PQ #14939 Sitting 275 2000-03-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Għajnuna finanzjarja

Question

B'riferenza għall-għajnuna finanzjarja li ngħataw il-bdiewa Maltin sabiex itaffu l-ispejjeż tal-ħsarat li kkawżalhom il-maltemp, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus li vvota l-gvern mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tammonta f'ċifra globali it-talba tal-bdiewa? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' min ħa din l-għajnuna u jinkludi kemm ħa kull bidwi individwali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għal din il-maltempata (xitwa 1998/1999) kienu ġew ivvotati Lm50,000 sabiex jingħataw bħala għajnuna lil dawk li sofrew ħsara bil-maltemp. Minn dawn kienu ntefqu Lm29,989.78 li nqassmu bejn 45 bidwi. Il-bdiewa li kienu jammontaw għal 69 kienu għamlu talba għal madwar Lm226,000. Il-bdiewa kienu ġew kompensati 40% tal-ispiża għall-materjal biss. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra : a) Lista tal-bdiewa kollha li kienu għamlu talba għal kumpens. b) Lista ta' dawk il-bdiewa li rċevew kumpens.
Leg 9 PQ #14940 Sitting 275 2000-03-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MRLs — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sena l-oħra sarux testijiet sabiex ikun magħruf lill-bdiewa lokali, il-livell ta' MRLs stabbiliti fil-prodott lokali tal-patata għall-esportazzjoni? Jekk iva, x'parir ingħataw lill-bdiewa Maltin u Għawdxin sabiex il-produzzjoni ta' l-esportazzjoni ta' din is-sena lejn il-pajjiżi tal-UE tkun konformi ma' l-MRLs ta' l-istess UE għal dan il-prodott? Jekk le, għaliex? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-MRLs fuq l-importazzjoni tal-patata aċċettabbl fl-UE għal din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-sena l-oħra u l'anqas fis-snin ta' qabel ma saru l-ebda testijiet tar-residwi tal-pestiċidi fuq il-patata. S'issa, għad ma hawnx faċilitajiet biżżejjed biex dawn it-testijiet isiru lokali għalkemm dan hu maħsub għal futur qarib. Meta jkun hemm xi suspett li jista jkun hemm xi eċċess ta' residwi ta' pestiċidi, kampjuni jittieħdu u jintbagħtu barra minn Malta. Sal-lum nista' ngħid li d-Dipartiment ma kellu l-ebda suspett jew indikazzjoni li r-residue levels ma kienux ta' livell aċċettabbli. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-MRL's fuq il-patata li huma aċċettabbli fl-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #14941 Sitting 275 2000-03-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Farm ta' l-Għammieri — Uffiċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14619, jista' l-Ministru jgħid xi provi saru fuq produzzjoni agrikola organika fil-farm tal-Għammieri mill-5 ta' Settembru, 'il hawn? Fuq liema varjetajiet ta' ħxejjex saru u x'irriżulta f'dak li jirrigwarda l-livelli tal-MRLs stabbiliti mill-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jiena nfurmat mill-uffiċjal responsabbli mill-produzzjoni ta' ħxejjex fil-farm tal-Għammieri li la qabel u lanqas wara l-5 ta' Settembru 1998 ma saru xi provi fuq produzzjoni agrikola organika fil-farm ta' l-Għammieri.
Leg 9 PQ #14925 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa li jkabbru t-tadam — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14610?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni għada qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14928 Sitting 274 2000-03-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14608 għas-sena 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'għandi xejn xi nżied mar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Numru 14928.
Leg 9 PQ #14868 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa/raħħala/sajjieda — Bolla tal-NI

Question

B'riferenza għaż-żieda fil-bolla ta' l-NI, jista' l-Ministru jgħid kemm se tiswa lill-bdiewa, raħħala u sajjieda matul din is-sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun l-ammont ta' flus globali li d-dipartment se joħroġ sabiex jissussidja din iż-żieda fil-ħlas tal-bolla tal-bdiewa, raħħala u sajjieda għall-istess perjodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant, biex jirreferi l-ewwel domanda lill-Ministru kkonċernat. B'riferenza għat-tieni domanda, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant, li dan id-dipartiment ikun jaf l-ammont ta' flus globali li se joħroġ bħala sussidju fil-ħlas tal-bolla tal-bdiewa, raħħala u sajjieda wara li jintemm iż-żmien ta' l-applikazzjonijiet u dawn jiġu vverifikati.
Leg 9 PQ #14870 Sitting 273 2000-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa/raħħala/sajjieda — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14609 għas-sena 1999 ukoll?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jiena nfurmat li fl-1999 ma kien hemm ebda talba għal għajnuna minn koperattivi tal-bdiewa, raħħala u sajjieda taħt skemi mħaddma mid-Dipartiment tal-Agrikoltura. L-Onor. Interpellant jista' jirreferi il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-Koperattivi.
Leg 9 PQ #13358 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi uffiċjali tal-ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Membru għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'seduta numru 124 fis-16 ta' Ġunju ta' l-1999.
Leg 9 PQ #14990 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

San Pawl il-Baħar — Triq San Ġorġ - Razzett

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema rziezet għandhom dritt joperaw fi Triq San Ġorġ, f'San Pawl il-Baħar? F'kull każ liema huwa l-indirizz ta' l-irziezet? F'kull każ x'permessi hemm għat-trobbija ta' l-annimali u b'liema kwantita'?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex inkunu iktar preċiżi nitolbu jsegwi r-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 14513.
Leg 9 PQ #15104 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Irziezet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm irziezet liċenzjati fil-gżejjer Maltin? X'tip ta' bhejjem, annimali u tjur jitkabbru f'dawn l-irziezet u kemm hu l-ammont f'kull kategorija? F'liema lokalita' jinsabu dawn l-irziezet?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14854 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħass — Levy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mportat ħass frisk bla levy matul dawn l-aħħar sentejn? X'tip ta' ħass kien? Kemm ġie mportat minn dan il-ħass fl-ewwel xahrejn tas-sena 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li : Fl-1998 ħarġet exemption tal-levy fuq 18,000 kg. ħass. Fl-1999 ħarġet exemption tal-levy fuq 6,000 kg. ħass. Fl-2000 ħarġet exemption tal-levy fuq 11,000 kg. ħass. Dawn l-eżenzjonijiet ħarġu wara talba minn stabbiliment ta' l-ikel u wara li ġie verifikat li l-bidwi mill-Mellieħa li miegħu dan l-istabilliment għandu kuntratt ma kienx f'pożizzjoni li jissuplixxi il-kwantita' ta' ħass miftemha minħabba l-ħsarat li ġarrab bil-maltemp. Il-varjeta' ta' ħass kienet kollha 'Iceberg Lettuce'. B'kollox dan l-istabbiliment importa 60,506 kg. ta' ħass. Dan ifisser li fuq kważi nofs il-kwantita' ġiet imħallsa il-levy.
Leg 9 PQ #15029 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Stormwater division

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 12229 u 14675, lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, ladarba l-Ministru konċernat jidher li ma jista' jagħmel xejn, possibbli jintervjeni d-dipartiment ta' l-agrikoltura u sajd għax minħabba dan il-car park qed issir ħsara kbira lill-bdiewa f'dan il-post? Possibbli li, għax il-car park hu privat, ħadd ma jista' jagħmel xejn għal dawn il-bdiewa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jiena nfurmat li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura qajjem dan il-każ ma l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex jittieħdu l-passi neċessarji.