Legislature:
Category:
Reset
Active:

Affarijiet Rurali u Ambjent — Communications co-ordinator

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema skala jinsab il-communications co-ordinator tiegħu kif ukoll il-communications co-ordinator tas-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninfurma lill-Onor Interpellant li l-uffiċjali msemmija qegħdin fl-iskali skond il-linji gwida li hemm fid-dokument "Engagement of Staff for Ministerial Secretariats" ippublikat fit-2 ta' Mejju 1999 u aggornat fit-8 ta' Mejju 2003.

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk bħalissa hemmx applikazzjonijiet quddiem il-MEPA minn lukandi jew stabbilimenti ta' akkomodazzjoni li jridu jbiddlu l-ġeneru ta' xogħol tagħhom jew jitwaqqgħu u jinbnew appartamenti? Jekk fl-affermattiv, jista' jinformana kemm huma fit-total?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazjoni għada qed tinġabar.

EU — Kaċċa/Insib

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar id-diskussjonijiet li qegħdin isiru ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-kaċċa u l-insib f'Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-kaċċa u l-insib f’Malta hija bbażata minn dejjem fuq dak li kien nnegozjat u maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea. Fejn tidħol kaċċa fir-rebbiegħa, bis-saħħa tat-tħaddim tad-deroga li kiseb il-Gvern Malti, li tinsab fid-dokument maħruġ fi tmiem in-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, il-Gvern għadu jsostni li għad għandu l-intenzjoni li jżomm il-kaċċa tal-gamiem u summien fir-rebbiegħa. Fir-rigward ta’ l-insib għall-għasafar ta’ l-għana, Malta tirrispetta l-obbligi tagħha biex sa tmiem l-2007, in-numru ta’ għasafar ta’ l-għana li jistgħu jkunu minsuba jkun biżżejjed biex isostni d-diversità ġenetika ta’ l-ispeċi mgħammra fil-magħluq. L-intenzjoni tal-Gvern hi li, f’dawn il-parametri, jippermetti l-insib għall-għasafar ta’ l-għana wara dik id-data. L-impenn tal-gvern jibqa’ dak li jagixxi bil-qawwa, però, kontra l-prattiċi illegali li sfortunatament jitfgħu dawl ikrah fuq il-kaċċa u l-insib f’pajjiżna.

EU — Kaċċa/Insib

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar id-diskussjonijiet li qegħdin isiru ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-kaċċa u l-insib f'Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-kaċċa u l-insib f’Malta hija bbażata minn dejjem fuq dak li kien nnegozjat u maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea. Fejn tidħol kaċċa fir-rebbiegħa, bis-saħħa tat-tħaddim tad-deroga li kiseb il-Gvern Malti, li tinsab fid-dokument maħruġ fi tmiem in-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, il-Gvern għadu jsostni d-diversità ġenetika ta’ l-ispeċi mgħammra fil-magħluq. L-intenzjoni tal-Gvern hu li, f’dawn il-parametri, jippermetti l-insib għall-għasafar ta’ l-għana wara dik id-data. L-impenn tal-gvern jibqa’ dak li jagixxi bil-qawwa, però, kontra l-prattiċi illegali li sfortunatament jitfgħu dawl ikrah fuq il-kaċċa u l-insib f’pajjiżna.

Wasteserv — Tenders

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11453 u jippreżenta l-lista ta' tenders li nħarġu bejn April 2003 s'issa mill-Wasteserv? Min ħa dawn it-tenders u kemm kienu jammontaw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dipartiment ta' l-agrikoltura — Trasferiment ta' impjegat

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiem tad-dipartiment ta' l-agrikoltura li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġie trasferit minn dipartiment għal ieħor u mhux qed jingħata xogħol f'post wieħed wara li kien ilu diversi snin jaqdi s-servizzi tiegħu fejn kien qabel? Jista' jgħid ma' min ġie mibdul dan il-ħaddiem? Jista' jgħid jekk kienx hemm motivazzjoni politika wara dan it-transfer?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-impjegat in kwestjoni li jagħmel xogħol ta’ “general duties” ġie trasferit mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura wara li ngħalqet il-mixtla ta’ Kordin biex jagħmel l-istess xogħol mal Border Inspection Posts. Dan ġie trasferit skond l-esiġenzi tad-dipartiment u ma kienx hemm motivazzjoni ulterjuri wara dan it-trasferiment.

Produtturi tat-tjur tas-simna

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' produtturi tat-tjur tas-simna - broilers - reġistrati mad-dipartiment? Kemm minnhom huma f'Malta u kemm f'Għawdex? Jista' il-Ministru jinformana bl-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fil-preżent (sal-14/04/05) in-numru ta' produtturi tat-tjur tas-simna (broilers) li huma liċenzjati hu ta' MALTA 185 GĦAWDEX 50 In-numru ta' produtturi liċenzjati skond id-Data Base li bdiet tinżamm mis-sena 2002 hu ta: 2002 2003 2004 MALTA 212 209 188 GĦAWDEX 56 58 58

Impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-applikazzjoni marbuta ma' l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin f'Wied il-Għajn ġietx mibdula jew le, kif fl-aħħar mill-aħħar intrabat li jagħmel il-Ministru? Jista' ipoġġi kopja ta' kif kienet u kif saret din l-applikazzjoni fil-każ li sar dan it-tibdil?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Applikazzjoni li ntbagħtet lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mijiex marbuta ma’ xi ammont ta’ skart li għandu jiġi pproċessat. Din l-informazzjoni tinsab fid-dettal fl-istudju ambjentali li huwa magħruf bħala Environmental Impact Assessment (EIA). Hekk kif kien imwiegħed, il-kumpanija Wasteserv Malta Co Limited infurmat lill-MEPA fil-31 ta’ Jannar 2005 li l-ammont ta’ skart li jiġi ttrattat f’dan l-impjant huwa dak ta’ 71,000 tunnellata.

Food and veterinary regulation division — Qtates f'San Anton

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx konkluża l-inkjesta li kienet qed titmexxa minn uffiċjal tal-food and veterinary regulation division dwar it-trasferiment mhux awtorizzat tal-qtates ta' San Anton għal Wied Inċita? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja ta' l-inkjesta fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Investiment fi strutturi agrikoli

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta l-applikanti għal fondi strutturali (Miżura 3.1 Investiment fi strutturi agrikoli) se jkunu informati u mogħtija l-ħlas relattiv?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet għal fondi strutturali (Miżura 3.1 Investimenti fi Strutturi Agrikoli) ġew evalwati u qed jiġu vverifikati minn bord indipendenti li mistenni jibgħat ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fi żmien qasir lill-Managing Authority għall-approvazzjoni finali.

MEPA

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12009, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-realignment li qiegħed isir tat-triq li minħabba fiha qiegħda tinbena triq ġdida fuq raba' tajjeb hux parti mill-permess tal-MEPA għax fil-pjanta li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra dawn ma jidhrux?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-triq fejn qed isir re-alignment huwa kopert bil-permess.

Dipartiment ta' l-ambjent

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ħlejjaq waqgħu f'idejn id-dipartiment ta' l-ambjent din is-sena? X'kienu u għaliex? X'sar minnhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li mill-ewwel ta’ din is-sena 2005, kien hemm Fekruna tal-Baħar Komuni li membri tal-pubbliku ħadu fl-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra. Din ittieħdet mill-uffiċjal tat-Taqsima tal-Ħarsien tan-Natura tad-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) lid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura f’Marsaxlokk biex tingħata l-kura veterinarja meħtieġa biex wara tiġi meħlusa fis-selvaġġ. Barra minn hekk għasfur protett li nstab ferut, Bgħadam Aħmar, ġie mgħoddi għall-kura meħtieġa biex ikun jista’ jerġa’ jinħeles fis-selvaġġ. Ninforma lill-Onor. Interpellant li Dipartiment ta’ l-Ambjent ma jeżistix.

Chadwick Lakes — Kukkudrill

Question

Jista' il-Ministru jgħid hux veru li nqabad kukkudrill mill-awtoritajiet fiċ-Chadwick Lakes u x'sar minnu l-imsejken kukkudrill abbandunat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li wara l-investigazzjonijiet li saru ma nstab l-ebda kukkudrill fiċ-Chadwick Lakes.

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-triq ġdida li qiegħda ssir fir-raba' fertili li hemm bejn ir-roundabout f'Rabat Road/Triq ta' Srina u r-roundabout ta' fejn iċ-ċimiterju taħt l-Imtarfa hijiex koperta bil-permessi tal-MEPA? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permessi u l-pjanti approvati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Wara spezzjoni li saret mis-sezzjoni ta’ l-infurzar ta’ l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jirriżulta li x-xogħol li qiegħed jagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant huwa kopert bil-permess PA5822/03 u x-xogħol qiegħed isir skond il-pjanta approvata PA5822/03/44E.

Biċċerija — Upgrading

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10579 u cioe' jista' jagħtina breakdown taċ-ċifra ta' flus li ntnefqu sabiex ġiet upgraded il-biċċerija tal-Marsa matul l-2004? Jista' jinformana bl-istess dettal għas-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Kiri ta' karozzi

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10580, jista' il-Ministru jinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom? Jista' jagħti wkoll in-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 ma nxtrat l-ebda karozza ġdida mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. Hemm mitt (100) vettura li jinkludu karozzi, gaffe, vannijiet, trakkijiet, bowsers, tower ladders, tractors, dumpers, u vetturi oħra, li fil-preżent huma rreġistrati f’isem il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. Minn dawn, tlieta u għaxrin (23) huma mislufa lill-Environmental Landscaping Consortium Ltd., fil-waqt li sebgħa u sebgħin (77) huma użati mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jew mid-Diviżjonijiet/Dipartimenti li jaqgħu taħtu. L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma xtrat l-ebda karozza ġdida matul is-sena 2004. Bħalissa l-Awtorità għandha tliet vetturi li huma proprjetà tagħha. Min-naħa l-oħra, matul is-sena 2004 il-kumpanija WasteServ Malta Co Limited xtrat biss karozza waħda. L-ammont kuntrattwali tal-vettura huwa ta' Lm6,200. Vetturi oħra li nxtraw matul is-sena kienu jikkonsistu minn Van wieħed.

Għasafar ta' l-għana — Breeding programmes

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet li jridu jsiru biex qabel is-sena 2007 jinbdew breeding programmes għall-għasafar ta' l-għana?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li meta nħareġ tender għal 'Breeding Programme', l-uniku rispons li kellu r-rekwiżiti neċessarji kien għola mill-budget previst għal dan il-proġett. Għalhekk qed isiru tħejjijiet biex ikun hemm 'Breeding Programme' f'Malta u ieħor f'Għawdex taħt l-awspiċju tal-istess Ministeru.

Mtarfa — Xogħol fil-bypass

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11804 u jgħid jekk ix-xogħol li qiegħed isir mill-ADT fil-bypass ta' l-Imtarfa hux kopert bil-permessi ta' l-iżvilupp meħtieġa? Jaf il-Ministru li fost ix-xogħol li sar inqalgħu l-bushes tar-rosemary mis-centre strip biex din tingħata wiċċ solidu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li x-xogħlijiet li qed isiru preżentament fil-bypass, inkluż it-tneħħija ta’ ‘bushes’ tar-rosmarin, huma koperti bill-permess.