Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar xogħol ta’ rikostruzzjoni fuq toroq residenzjali mill-Gvern Ċentrali mill-2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex sar dan ix-xogħol u kemm sewa’ għal kull triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi f’Tas-Sliema li kienu jirrekjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme bejn l-2014 u l-2017? Jista’ jingħata rendikont tal-ammont totali ta’ flus u n-numru ta’ karozzi, abbażi ta’ liema ġie kkalkulat is-CPPS għal kull sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-wardens pajżana fuq ksur tal-liġijiet ambjentali fis-sentejn qabel ma' twaqqfet il-LESA, kif ukoll kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-wardens pajżana fuq ksur ta’ liġijiet minn mindu s-sistema ġiet iċċentralizzata bit-twaqqif tal-LESA sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Reġjuni – flus miċ-ċitazzjonijiet qabel ma twaqqfet il-LESA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadu flus ir-reġjuni miċ-ċitazzjonijiet fis-sentejn qabel ma twaqqfet il-LESA u kemm ħadu flus minn mindu saret ir-riforma tal-wardens taħt dan il-Gvern? Jista’ jgħid kemm qed tiswa flus il-LESA kull sena, bl-ispiża mqassma bejn salarji u spejjeż oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32106 u 32269 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-monument 'il-fjamma li qatt ma tmut', u lil min kien ikkummissjonat ix-xogħol?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32051 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt iċ-ċerimonja tal-kunċert li sar f’San Paolo Fuori le Mura fis-17 ta’ Diċembru 2016 jekk id-delegazzjoni ta’ Mons. Arċisqof ingħatatx trattament skont il-protokoll jew le? Jekk le għaliex? Jista’ jgħid jekk kenux mistiedna l-funzjonarji Maltin kollha li jaħdmu fis-Santa Sede u x’tip ta’ stedina saret?
Response (BONNICI, OWEN)
Fir-rigward tal-protokoll għad-dinjitarji kollha li attendew il-kunċert li sar f’San Paolo Fuori le Mura, l-Ministeru mexa primarjament fuq l-assistenza mogħtija lilu mill-Ambaxxata Maltija f’Ruma u dik Maltija għas-Santa Sede, kif ukoll mill-informazzjoni mogħtija lilu mit-taqsima tal-Protokoll tas-Santa Sede. L-istediniet ħarġu permezz ta’ invit mibgħut kemm bil-posta kif ukoll permezz ta’ email u, f’dak li jirrigwarda l-funzjonarji li jaħdmu fis-Santa Sede, intbagħtu lil kull min kien fuq il-listi mgħoddija lill-Ministeru mill-Vatikan, mill-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta u mill-Kurja ta’ Għawdex.
Tajjeb ngħid li l-kunċert kien miftuħ b’xejn għal kulħadd u li għalih attendew madwar 2,400 persuna. Din kienet opportunità fantastika għat-talent Malti biex jesebixxi l-ħiliet tiegħu u l-
feedback
li rċevejna kien verament pożittiv.
Ftuħ tal-presepju Malti fil-Vatikan – delegazzjoni Maltija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32049 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tad-delegazzjoni Maltija li marret il-Vatikan għall-ftuħ tal-Presepju Malti? Jista’ jgħid jekk id-delegazzjoni kenitx tikkonsisti f’numru sostanzjali ta’ persuni qrib tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, u jekk dawn il-persuni ngħatawx trattament privileġġat inkluż ħlasijiet tal-ispejjeż kollha marbuta mal-vjaġġi u lodging matul iż-żjara tagħhom f’Ruma? Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista ta’ dawk id-delegati li bbenefikaw minn xi forma ta’ finanzi biex żaru l-presepju Malti fil-Vatikan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Kunsill Lokali tas-Siġġiewi – Triq Dun Anton Vella – passi kontra min jarmi ħmieġ fejn l-iskips
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27961 datata 26 ta’ Ottubru 2016, fejn kont ġejt infurmat li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ma kellu l-ebda każ li fih kien hemm bżonn jittieħdu passi kontra xi persuni rigward rimi ta' skart, jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni minħabba li kif jixhdu r-ritratti li kopja tagħhom qed jingħataw separatament għadu jintrema kull tip ta' skart anke fuq il-bankini madwar l-iskips b'detriment u nkonvenjent kbir għar-residenti tal-madwar, anke minħabba l-fatt li issa żdiedet ukoll skip oħra għall-ħwejjeġ użati u li minħabba f'hekk se jagħti lok għal iktar abbuż?
B’referenza għall-impjegati ta’ Heritage Malta li ngħataw promozzjoni fl-2016 u fl-2017 (s’issa) f’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien ilhom impjegati ma’ Heritage Malta, u fejn kienu jaħdmu qabel ma’ bdew jaħdmu ma’ Heritage Malta f’kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Persons of trust - kariga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31159 u jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Awtorità tax-Xandir – azzjonijiet industrijali mill-ħaddiema minħabba bullying
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jieħu wara l-azzjonijiet industrijali msejħa mill-Union tal-Ħaddiema li tirrapreżenta lill-ħaddiema tal-Awtorità tax-Xandir minħabba bullying u intimidazzjoni fuq il-ħaddiema miċ-Chairperson tal-Awtorità? Ġiet offruta jew intalbet ir-riżenja tal-istess chairperson?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li saret laqgħa ta’ konċiljazzjoni bejn il-Management, rapreżentanti tal-Union u d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31590 u jgħid wara li l-impjegati tal-Awtorità tax-Xandir kitbu lill-Prim Ministru dwar intimidazzjoni u bullying fuqhom miċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir u wara li qed iqumu dubji serji dwar il-kompetenzi tal-persuna maħtura biex tmexxi din l-Awtorità, jista’ l-Ministru jgħid x’laqgħat saru mal-ħaddiema dwar dan il-każ? X’passi se jittieħdu?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li saret laqgħa ta’ konċiljazzjoni bejn il-Management, rapreżentanti tal-Union u d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ingaġġ ta' persuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi rranġata Triq San Oswald fl-Imtarfa, eżattament quddiem iċ-Ċentru ta’ Persuni b’Diżabilità minħabba li qed ikun hemm ostakli għal dawk il-persuni li jużaw il-wheelchair?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa li Imtarfa jagħmel il-manutenzjoni neċessarja ta’ din il-pjazza b’mod regolari. Skont ir-rekords tal-Kunsill jidher li l-aħħar darba li sar xogħol bil-cold asphalt kien f’Novembru 2016. Infurmat mill-Kunsill li jerġa’ jagħmel tali xogħol ta’ patching kemm-il darba jsib li reġa’ hemm bżonn.
Intant infurmat mill-Kunsill li qed jaħdem fuq pjan ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza kollha, li tinkludi wkoll ir-
resurfacing
tat-triq u l-parkeġġ biex, kif ikun hemm xi possibbiltà ta’ applikazzjonijiet għall-fondi, ikun bil-lest biex jissottometti l-applikazzjoni tal-proġett.
Heritage Malta — Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016 – kontribut tal-Fondazzjoni Valletta 2018
Question
B'referenza għas-sejħa li Heritage Malta ħarġet bl-isem ta' Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016, jista' l-Ministru jgħid x'ser ikun il-kontribut tal-Fondazzjoni Valletta 2018 f'dan il-proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Valletta 2018 mhux se tkun qed tagħti kontribut dirett għal dan il-proġett.
Heritage Malta — Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016 - sottomissjonijiet
Question
B'referenza għas-sejħa li Heritage Malta ħarġet bl-isem ta' Artistic Expression/s at City Gate, Valletta HM28.10.2016, jista' l-Ministru jgħid kemm-il sottomissjoni saret għal din is-sejħa kif ukoll, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-rapport tal-ġurija fir-rigward tar-riżultati?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bil-lista tal-parteċipanti. Din il-lista ilha li tħabbret mit-22 ta’ Frar 2017 u tinstab fuq il-website ta’ Heritage Malta http://www.heritagemalta.org/monuments/wp-content/uploads/2017/02/Expression-of-interest-for-artistic-expressions-at-City-Gate-Valletta-List-of-participants.pdf.
Il-proċess ta’ għażla għal din is-sejħa għadu mhux konkluż u għalhekk ir-rapport finali ma jistax jiġi ppubblikat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ħaddiema ta' Heritage Malta li ġew promossi minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid f'liema grad ġew promossi u mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn il-ħaddiema?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.