Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14817, 15039 u 15309 u jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom l-Air Malta ma ħallietx iżjed piloti tagħha jmorru jtajru ajruplani ta' linji oħra u waqt li tiffranka l-pagi tagħhom, iżżommhom fuq il-kotba tagħha bla ma jitilfu mill-kontinwita' tas-servizz, kif kienet tagħmel qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-passat meta l-piloti kienu jmorru jaħdmu ma' linji ta' l-ajru oħra, dan kien isir mingħajr l-ebda arranġament li kien iħares l-interessi ta' l-Air Malta jekk qatt kien jinqalha xi inċident. Dan ifisser li l-Air Malta kienet qed tieħu riskji kbar li setgħu jiswewla mijiet ta' l-eluf ta' liri f'indemnity claims.
Għal din ir-raguni l-Air Malta fasslet dokument li kien iħares l-interessi tagħha mill-aspett ta' indemnity jekk qatt jinqala xi inċident meta piloti jmorru jaħdmu ma xi linja ta' l-ajru oħra. S'issa ma kien hemm l-ebda domanda mill-piloti biex jutiliżżaw din il-possibilita' kif kienet mfassla.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15014 u jgħid sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin kemm kien in-numru ta' bdoti u membri tal-crew ta' l-Airmalta li rriżenjaw mix-xogħol mal-kumpannija nazzjonali? Jista' jagħti tagħrif dwar ir-reklutaġġ li sar fl-istess perijodu għall-istess karigi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li n-numru ta' bdoti u membri tal-Cabin Crew tal-Air Malta, kemm Maltin kif ukoll barranin, li rreżenjaw mix-xogħol matul dawn l-aħħar ħames snin (Ott. 1999 sa Sett. 2005) ġie aġġornat sa' Novembru 2005 għal seba' u erbgħin (47) bdot u sittax (16) il-Cabin Crew waqt li r-reklutaġġ fl-istess perjodu li ġie aġġornat sa Novembru 2005 għal dawn il-kategoriji baqa' ta' wieħed u disgħin (91) bdot u tlieta u ħamsin (53) Cabin Crew.
Id-dettalji, li jinkludu ir-reklutaġġ u r-riżenji li temmew l-impjieg qabel iż-żmien, huma aġġornati sena b'sena kif murija fiż-żewġ tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi fi Triq Giovan Mamo, Birkirkara hemm problema bid-dħul tas-sistema tad-drenaġġ, jista' il-Ministru jindaga x'jista' isir biex din il-problema tingħeleb?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-P.Q. 16184.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi t-target date li hu maħsub li d-drenaġġ kollu ta' Malta jiġi ttrattat qabel ma jintefa' fil-baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għadha kemm lestiet rapport dwar il-pjan ta' implimentazzjoni tat-trattament tad-drenaġġ u dan se jkun ippreżentat lill-Kummissjoni Ewropeja.
Peress li dan id-dokument għadu ma ġiex diskuss u maqbul mal-Kummissjoni, mhux il-ħin opportun li jingħataw target dates fissi kif talab l-Onor. Interpellant.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15518, jista' il-Ministru jgħidli jekk il-leġislazzjoni li qed ifassal teħux ħsieb li tinkludi inċentivi li jkopru l-ispejjeż tat-trasport ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif ġie spjegat fil-PQ 15932 Malta Enterprise għada fl-istadju ta' konsultazzjoni fuq leġislazzjoni ġdida li ser tinkludi inċentivi għar-riġenerazzjoni ta' industrija f'Għawdex. Il-Korporazzjoni għada mhix f'pożizzjoni li tħabbar it-tip ta' inċentivi.
Jista' il-Ministru jinformana għaliex il-fossa tal-Baħrija mhux titnaddaf fil-ħin? Peress li qed tfur ta' spiss, jista' il-Ministru jara li ssir spezzjoni immedjata sabiex tiġi rimedjata l-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma se tagħmel spezzjonijiet aktar regolari u se jittieħdu passi biex il-kuntrattur jesegwixxi l-obligi kollha tal-kuntratt li għandu.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex filwaqt li f'diversi bliet u rħula d-distribuzzjoni taċ-ċilindri tal-gass issir darba fil-ġimgħa, u ġieli anke iktar ta' spiss, f'ċerti toroq fil-housing estate ta' Ħaż-Żabbar, bħal Triq l-Iklin, Triq il-Luq u oħrajn, issir darba kull 15-il ġurnata?
Ma jaħsibx il-Ministru li din hija sitwazzjoni ta' tbatija kbira u inkonvenjent għaliex jekk il-familji ma jirnexxilhomx jilħqu jixtru ċilindru ieħor ikollhom jistennew għall-15-il ġurnata oħra biex jixtru wieħed? Ma naħsibx li l-Ministru raġunevolment jaqbel ma' sitwazzjoni bħal din, għaldaqstant ma jaħsibx li għandha tittieħed azzjoni immedjata sabiex jara li d-distribuzzjoni fit-toroq imsemmija tibda issir fuq bażi regolari darba fil-ġimgħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ imsemmi fil-housing estate ta' Ħaż-Żabbar ġie mistharreg mid-diviżjoni tal-gass ta' l'Enemalta flimkien mad-distributur ikkonċernat.
Mil-investigazzjoni irriżulta illi fil-fatt kien hemm xi toroq illi, għalkemm ma kien hemm l-ebda ilment formali minn xi residenti, kienu qed jiġu moqdijin kull ħmistax. Għaldaqstant ittieħted id-deċiżjoni illi immedjatement dawn jiġu moqdijin bħal kumplament tad-distrett, jiġiefieri, darba fil-ġimgħa.
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati kollha (miċ-chairman 'l isfel) tal-Kordin grain terminal? Jista' jagħti s-salarju u l-benefiċċji l-oħra ta' kull impjegat?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħadem overtime fil-Kordin grain terminal minn Jannar 2005 sal-lum? Kemm tħallsu flus għal dan l-overtime? Jista' jgħid kull persuna li ħadmet overtime tul dan il-perijodu kemm tħallset tiegħu? Jista' jgħid ix-xogħol f'dan l-overtime x'kien jinkludi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li minn Jannar 2005 sa l-aħħar ta' Novembru 2005 inħadem 7457 siegħat ta' overtime .
Tħallsu Lm28,739.50 għal dan l-overtime. Percentaġġ għoli minn dan l-overtime jitħallas mil-klijenti. Ix-xogħol f'dan l-overtime kien kollu relatat ma xogħol tal-Kumpanija.
L-ammont ta' flus mħallas f'overtime minn ras għal ras kien ta' Lm2394 u varja bejn Lm1275 u Lm3660.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li xi kultant jiddaħħal/jiddaħħlu xi ħaddiem/a minn barra l-Kordin grain terminal biex jagħmlu xogħol bil-gaffa? Kif jintgħażlu dawn in-nies? Jista' jgħid meta kienu l-każi, jekk dan hu fl-affermattiv, tul is-sena 2005 u kemm tħallas ta' dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-Kordin Grain Terminal ma tqabbad lil ħadd biex juża jew iħaddem gaffef u wisq inqas tikri gaffef.
Jista' il-Ministru jgħid x'vetturi għandha l-Kordin grain terminal, ta' liema ditta huma u minn min suppost jintużaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li il-vetturi ta' Kordin Grain Terminal huma dawn:
KIA CERES Jintuża għall-bżonn tal-Kumpanija
OPEL VAN Jintuża għall-bżonn tal-Kumpanija
SUBARU IMPRESA Jintuża għall-bżonn tal-Kumpanija
BMW Għall-użu tac-Chief Executive
OPEL Għall-użu tal-Operations Manager
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16077 u jgħid kemm ġie jiswa flus il-polishsing plant għall-ilma f'Għawdex? X'inhi l-kapaċita' ta' dan l-impjant?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-polishing plant t'Għawdex tikkonsisti fi 3 trains, tnejn li jipproduċu 1600m3 kuljum u waħda iżgħar li tipproduċi 800m3 kuljum.
Il-polishing plant ġie jiswa Lm415 000.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' cameras li twaħħlu fl-uffiċċji tar-reġjuni tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tan-north u tas-central? Kemm ġew jiswew dawn il-cameras?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma għandha żewġ "security cameras" installati ġewwa l-uffiċini tas-Central Region.
Dawn il-"cameras' kienu swew Lm212.40.
Il-Korporazzjoni ma għandha l-ebda camera installata ġewwa l-uffiċini tan-North Region u tas-South Region.
Jista' il-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra għalfejn il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma baqgħax jokkupa l-kariga ta' CEO mal-Maltapost li issa hija okkupata minn persuna oħra li isimha wkoll qed jintbagħat separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-persuna indikat m'għadux jokkupa l-kariga ta' CEO mal-Maltapost għax m'aċċettax il-kuntratt ġdid li ġie offrut lilu.
Jista' il-Ministru jgħid issa li l-kostruzzjoni tas-substation fin-Nigret, Bubaqra, Żurrieq ilha x-xhur li tlestiet, meta ser jitwaħħal l-apparat fiha sabiex tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku fil-lokalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-cables u l-apparat neċessarju ġie nstallat mill-Enemalta fis-substation fil-15 ta' Diċembru 2005 u bdiet taħdem minn dak in-nhar stess.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jikkwalifikax minn sussidju fuq il-kontijiet ta' l-ilma u tad-dawl minħabba li huwa anzjan?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-Korporazzjoni Enemalta m'għandiex provvista ta' arbli għas-servizz ta' dawl b'konsegwenza li xi konsumaturi li rrikorrew għal xi spejjeż baqgħu mingħajr is-servizz? Jista' il-Ministru jgħid meta l-enemalta se jkollha dawn l-arbli ġodda? Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-Enemalta ma tużax l-arbli żejda li twaħħlu f'postijiet oħra u ma ntużawx biex tipprovdi servizz għal min qed jistennih?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li bħalissa l-Enemalta għandha numru żgħir ta' arbli għad-dispożizzjoni tagħha.
Huwa mistenni li jkollha aktar arbli ġodda fi żmien erba' xhur mill-ħruġ tal-"Letter of Acceptance" lil "supplier" prospettiv. Arbli li diġa twaħħlu jiffurmaw parti minn xogħol li huwa diġa programmat u allura ma jkunx xieraq li dawn jinqalgħu.