Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qagħad

Question

B'referenza għall-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jirriżultax allura li l-għajnuna għall-qagħad tintilef anke meta l-kap tal-familja jibda jaħdem part-time u l-konjuġi tibqa ma taħdimx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.

Propjeta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pozizzjoni fir-rigward ta' Block I Govt. Flats fi Triq Sciortino Ħaż-Żebbuġ għar-rigward ta' l-inkwilini li jixtieq jixtru l-propjeta? L-art in kwistjoni hija propjeta tal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar ma tistax tipproċessa applikazzjoni għal xiri mill-inkwilin ta' proprjeta' tal-Gvern qabel ma jkollha l-awtoriżżazzjoni tal-Kummissarju ta' l-Artijiet. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Imtarfa Home

Question

Peress li l-anzjana li għandha r-referenza 196/2001 pendenti teħtieġ li tidħol fl-Imtarfa Home urġentement, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li s-sitwazzjoni tagħha tiġi rimedjata Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet assessjata f'Lulju 2001 u sarilha l-Medical Report f'Settembru 2001. Kollox indika li hi tajba, li tibqa' tgħix waħedha u ġie ssuġġerit li tapplika għal xi servizzi fil-Komunita'. Biss, ser jerġa' jsirilha assessment soċjali ieħor issa ħalli wieħed jara jekk kienx hemm bidla fil-kundizzjoni tagħha.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm benefiċjarji ta' l-għajnuna soċjali skond l-istatus tagħhom, gender u eta' fis-sena 2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba dwar persuni li kienu qed jirċievu l-Assistenza Soċjali f'Diċembru 2001. Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika bl-eta' ta' dawn il-benefiċċjarji.

Old Age Pension

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm benefiċjarji ta' l-old age pension, fit-2001 skond l-istatus, il-gender u eta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba dwar persuni li kienu qed jirċievu l-Old Age Pension f'Diċembru 2001. L-istat ċivili tagħhom kien kif ġej: Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika bl-eta ta' dawn il-benefiċċjarji.

Dar tal-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk anzjani li jkunu jixtiequ joqgħodu ġew dar tal-anzjani tal-Gvern humiex qed jintbgħatu ġo djar tal-anzjani privati? Jekk fl-affermativ, fejn qed jintbagħtu u kemm jiswa lill-Gvern kull anzjan? X'inhuma l-kriterji biex anzjan jintbat ġo dar tal-Gvern u dawk biex jintbagħat ġo dar immexija mil-privat? Kemm jiswa lil gvern, anzjan ġo dar tal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern laħaq ftehim ma żewġ kumpaniji privati li huma Healthcare Services Ltd u Care Services Ltd. L-anzjani li japplikaw biex jidħlu f'Dar tal-Gvern isirilhom 'l-assessment' mediku u soċjali biex jiġi stabbilit li veru jkollhom bżonn dan it-tip ta' servizz residenzjali. Imbagħad jiġu offruti post f'dar privata għall-anzjani kemm il-darba ma jkunx hemm post fid-Djar tal-Gvern. Il-Gvern joħroġ id-differenza bejn dak li jikkontribwixxi l-anzjan u l-prezz miftiehem mal-operatur privat. Il-kriterji għad-dħul fid-djar residenzjali tal-Gvern u f'dawk privati li l-gvern laħaq ftehim magħhom huma l-istess. Anzjan f'dar residenzjali tal-Gvern għas-sena 2000 kien jiswa Lm10.18c kuljum. Din ir-rata għas-sena 2001 għadha qed tiġi kalkulata.

Single Parent Families

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm single parent families mmexxijin mill-ommijiet klassifikat skond l-eta' u kemm għandhom tfal u dan fis-sena 2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ebda wieħed mid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm l-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellanti.

Xogħol tar-Rikonstruzzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inbediex ix-xogħol tar-rikonstruzzjoni tas-swali ta' l-irġiel u tan-nisa l-2 u 3-4 fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule? Meta se jitlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta' rikostruzzjoni tas-swali ta' l-irġiel 2/3-4 fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule beda u mistenni jitlesta għal nofs is-sena d-dieħla.

Social Security Pension

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm benefiċjarji tas-social security pension fis-sena 2001, skond it-tip ta' pensjoni u skond il-gender?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni dwar benefiċċjarji ta' pensjoni kontributorja tas-Sigurta' Soċjali, f'Diċembru 2001.

Detox Out Patients Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid ġiex mibdi x-xogħol ta' estensjoni u alternations / refurbisment fid-Detox Out Patients Unit fl-Isptar San Luqa kif imħabbar skond offerta CT 302/2001 fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-24/08/01? Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol u meta se jitlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ix-xogħol tad-Detox imbeda fil-15 ta' Frar, 2002. Dan jikkonsisti prinċipalment, fil-bini ta' ħames t-ikmamar fuq in-naħa ta' wara tal-bini eżistenti. B'dan it-tkabbir, dan iċ-Ċentru ser ikollu żewġ Waiting Areas, sitt clinics tat-tobba, tlett kmamar għal konsulenti, area minn fejn titqassam il-mediċina, aktar toilets separati għan-nisa, rġiel u għall-istaff kif ukoll uffiċċju, treatment room, u staff quarters. Barra minn hekk, il-post ser jiġi rranġat sabiex jilħaq għall-bżonnijiet ta' persuni b'diżabilita' li jkunu jinħtieġu jattendu f'dan iċ-Ċentru. Dan it-tibdil jinkludi bini ta' rampi fl-entraturi u toilets apposta għalihom, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Huwa stmat li x-xogħol jitlesta sa' Lulju ta' din is-sena.

Redundancy

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu in-numru ta' persuni li tilfu l-implieġ tagħhom minħabba redundancy minn Jannar sallum? X'tip ta' xogħol kienu jagħmlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba redundancy u ġew jirreġistraw għax-xogħol matul Jannar u Frar 2002 huwa ta' 670. (Malta u Għawdex) Ix-xogħol li kienu jagħmlu dawn huwa kif ġej: l. 26 persuna kienu jaħdmu bħala senior officials jew managers 2. 9 persuni kienu jaħdmu bħala professionals 3. 32 persuna kienu jaħdmu bħala technicians 4. 44 persuna kienu jaħdmu bħala clerks 5. 91 persuna kienu jaħdmu bħala service workers 6. 14 il-persuna kienu jaħdmu bħala skilled agricultural and fishery workers 7. 154 persuna kienu jaħdmu bħala craft and related trades workers 8. 73 persuna kienu jaħdmu bħala plant and machine operators and assemblers 9. 227 persuna kienu jaħdmu bħala elementary occupations

Industrija tat-Turismu — Ħaddiema

Question

1) Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema full time li qed jaħdmu fl-industrija tat-turismu? 2) Kemm hemm ħaddiema part time f'din l-industrija? Fil-każ ta 1 u 2 kemm il-ħaddiema ingħata is-sensja f'dan l-aħħar 6 xhur mill-1 ta' Settembru sa llum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond statistika miġbura mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, f'Novembru 2001 kien hemm 9,496 persuna taħdem full-time fl-industrija tat-turiżmu. Mill-1 ta' Settembru 2001 sa Novembru 2001 kien hemm 135 persuna li kienu jaħdmu full u part-time li marru jirreġistraw għax-xogħol wara li ġew redundant mis-settur tat-turiżmu. Infurmat li, rigward in-numru ta' ħaddiema part-time fis-settur tat-turiżmu, l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Housing — Lifts

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 31940, jista' l-Ministru jara li l-Awtorita kompetenti tinvestiga dan il-każ sabiex jekk hu possibli jiġi nstallati lifts peress li sal-lum għadu ma sar xejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar għadha qed tinvestiga jekk hux possibbli li jiġi nstallat lift fil-post indikat.

NI — Rati ta' Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rati ta' ħlas tal-bolla tan-NI għal din is-sena? Kif kienu fis-snin 1998, 1999, 2000 u 2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fl-Għaxar Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali kif emendata u approvata mill-Parlament fis-snin rispettivi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-iskeda għas-snin mitluba.

Housing — Akkomodazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jitħaffef il-każ ta' ġuvni li ftit tal-ġranet ilu mietu l-ġenituri tiegħu u allura jinsab waħdu, ismu qed jintbagħat under separate cover li applika biex il-post fejn jgħix idur fuqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-persuna ndikata għandha tipproduċi d-dokumenti li ntalbet mid-dipartiment biex tkun tista' tiġi rikonoxxuta fil-kirja flok il-ġentituri tagħha.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara jekk, il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu separatament hawn annessi, hix qed tirċievi l-ammont dovut lilha bħala pensjoni stante illi apparentament din ilha snin ma tiġi riveduta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32544, li kienet dwar l-istess persuna ndikata.