Legislature:
Category:
Reset
Active:

Safi Barracks

Question

Possibbli li l-Forzi Armati ta' Malta ma tibqax tagħmel l-iżball li probabbli ġej minn żmien l-Ingliżi u tibqa' tirriferi għall-barracks tagħha bħala Safi Barracks, għaliex dawn jinsabu f'Ħal Kirkop u m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn ma' Ħal Safi u fir-realta' għandhom jissejħu bħala Kirkop Barracks?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Napprezza s-suġġeriment ta’ l-Onor Membru iżda niġbidlu l-attenzjoni għall-fatt li din il-propjeta’ militari ilha magħrufa hekk sa minn mindu imbniet.

Riforma tal-Pensjonijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-kelma "median" f'emenda D tar-riforma tal-pensjonijiet imħabbra f'konferenza stampa tiegħu fl-1 ta' Marzu, 2006 tfissirx il-medjan statistiku ta' kwalunkwe distribution curve? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma lill-Kamra x'inhu eżattament il-medjan tal-pagi bħalissa? Jekk fin-negattiv, jista' jispjega eżattament f'liema sens intużat il-kelma medjan? Jista' jikkonferma jekk kellux f'moħħu l-istess dettalji li hemm f'paġna (iii) rakkmandazzjoni finali numru 05 u numru 06 tar-rapport finali ippreżentat tal-pensions working group li ġie mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra f'jum il-budget?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

MIA — Ajruplan Militari

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk riċentement niżilx ajruplan militari fl-ajruport ta' Malta matul il-lejl? Jekk iva, x'kienet ir-raġuni ta' dan l-inżul, u min kienu l-persuni fuqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li minn zmien għal zmien jingħataw permessi mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin biex ajruplani militari jinżlu fl-ajruport ta’ Malta kemm matul il-ġurnata kif ukoll matul il-lejl. Ir-raġunijiet għal dan l-inzul jistgħu jkunu ħtiġijiet tekniċi, ‘re-fuelling’, biex tinħatt xi merkanzija għal xi Ambaxxata Barranija f’Malta, kif ukoll il-ġarr ta’ ‘VIPs’ u delegazzjonijiet uffiċjali minn u lejn Malta. Jekk l-Onor Membru għandu aktar dettalji dwar il-kaz partikolari nitolbu jgħaddihom lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin biex jiġu nvestigati.

Qagħda finanzjarja tal-gvern

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamnetari 18237, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-istatistika li tintbagħat lill-European Central bank hijiex ibbażata fuq accrual basis jew fuq cost basis?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Teatri f'Għawdex — Opri liriċi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18327 u r-risposta relattiva, peress li l-opri liriċi li jittellgħu fit-teatri f'Għawdex jagħtu kontribut konsiderevoli lix-xena kulturali ġewwa Għawdex, peress ukoll li dawn l-opri ħafna drabi jsiru bit-telf, ma jaħsibx il-Prim Ministru li tali attivitajiet għandhom jikkwalifikaw għall-eżenzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Taxxa tal-wirt

Question

Ma jaħsibx il-Prim Ministru li hija inġustizzja li t-taxxa tal-wirt ġiet imnaqqsa għal 12%, filwaqt li kien hemm min ftit ġimgħat qabel ma ġiet imħabbra l-miżura l-ġdida ta' l-istess sena, se jkollu jħallas bil-35%?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Bank Ċentrali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex il-banek f'pajjiżna qed jiġu mitluba biex jiċċekkjaw u jibblokkaw ċekkijiet tal-Bank Ċentrali ta' ammonti ta' iktar minn Lm5,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-Ministeru tal-Finanzi m’għandu ebda tagħrif dwar talba sabiex il-banek f’pajjiżna jibblokkaw ċekkijiet tal-Bank Ċentrali ta’ ammonti ta’ iktar minn Lm5,000. Dwar li l-banek jiċċekkjaw ċekkijiet ta’ ammonti ta’ aktar minn Lm5,000, dan huwa obbligu li jimponu r-Regolamenti kontra Money Laundering u Finanzjar ta’ Terroriżmu.

Taxxa Tad-Dħul — Studenti ta' l-Ingliż

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk id-dħul mill-istudenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż hux se jkun komputat b'mod li jista' jaffettwa r-rata tat-taxxa tad-dħul li wieħed jinqabad?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-mod kif ikun komputat id-dħul – ħlief meta jkun jaqa’ taħt is-sistema tal-final withholding tax – jaffettwa r-rata tat-taxxa tad-dħul li wieħed jidħol fiha.

Assigurazzjoni Nazzjonali — Studenti ta' l-Ingliż

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk persuna li ma taħdimx iżda li f'darha żżomm studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż hux se jkollha tibda tħallas l-assigurazzjoni nazzjonali? Fil-każ li iva, kemm se tkun il-kontribuzzjoni dovuta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318), persuna li jkollha qliegħ ta’ aktar minn Lm390 fis-sena minn xi attivita’, hija kkunsidrata li hija persuna li taħdem għaliha nnifisha (self occupied) u tkun obbligata li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali. Ir-rata tal-kontribuzzjoni tas-Sigurta’ Soċjali dovuta matul is-sena minn persuna li taħdem għaliha nnifisha tiddependi mill-qliegħ nett ta’ dik il-persuna fis-sena ta’ qabel, kif stabbilit fit-Tielet Parti ta’ l-Għaxar Skeda ta’ l-imsemmi Att.

AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm se jidħlu suldati ġodda wara l-eżamijiet u testijiet li saru dan l-aħħar? Minn liema lokalitajiet huma? Kemm minnhom huma taħt il-25 sena? Jista' jgħid jekk kienx hemm suldati li ma għaddewx mit-test fiżiku iżda xorta tħallew ikomplu joqogħdu għal testijiet oħra? Kemm? Għaliex tħalla jsir dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-proċess ta’ l-għażla tas-suldati l-ġodda għadu għaddej u ma ġiex finalizzat mid-Direttur ta’ l-Eżamijiet.

VAT — Makkinarju Ġdid

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm kien id-dħul globali mit-taxxa tal-VAT fuq makkinarju ġdid? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor Interpellant huwa mitlub jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18276 f’seduta 377.

Taxxa tal-Boll

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul globali tat-taxxa tal-boll fuq proprjeta' li xtraw koppji għall-ewwel darba matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Membru li ma tinżammx statistika ta’ kemm titħallas taxxa ta’ dokumenti u trasferimenti fuq propjeta’ immobbli li jixtru koppji għall-ewwel darba.

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti dettalji tal-kontributuri għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali, jiġifieri skond l-income brackets tagħhom u l-għadd tagħhom f'kull income bracket permezz tat-tagħrif hekk kif miġbur mid-dipartiment tat-taxxi interni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din: Kategorija Impjegati Persuni jaħdmu għal rashom SA 3,983 7,244 SB 21,765 6,412 SC 129,581 3,988 SD 28,262 - SE 457 - SF 2,710 - SP - 440

National Median Income

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi llum n-national median income stabilita u allura x'inhuwa s-60% tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar eżerċizzju fuq dan is-suġġett sar is-sena l-oħra u r-riżultati mistennija jiġu ppublikati matul ix-xhur li ġejjin.

Poverty Line

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kif qed jiġi stabilit il-poverty line u allura x'inhuwa d-dħul indikat li fuqu huwa stabilit il-poverty line?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi biex jistabbilixxi l-poverty line, l-NSO juża ir-regular household income component li huwa t-total tad-dħul regolari cash (i.e.mhux ‘in kind’) ta’ kull membru fil-household. Dan jinkludi: a) Qligħ minn impjieg nett (wara li titnaqqas it-taxxa u l-bolla); b) Sussidji: i) fuq kera ii) fuq ilma u dawl iii) fuq trasport iv) fuq kontijiet tat-telefon v) oħrajn. c) Dħul minn dividendi jew imgħaxxijiet; d) Benefiċċji soċjali: i) dħul nett minn pensjonijiet lokali u barranin ii) benefiċċji tal-qagħad iii) benefiċċji għar-romol u l-orfni iv) benefiċċji tal-mard u diżabilita’ v) benefiċċji biex ittejjeb il-kundizzjoni tad-dar vi) stipendji vii) dħul minn boroż ta’ studju viii) benefiċċji regolari oħra li mhumiex f’din il-lista. e) Dħul minn kiri jew ċnus. Il- poverty line tinħadem fuq in- National Equivalised Income ( NEI ) li jiġi kkalkulat direttament mir- regular household income component b’dan il-mod: kull persuna f’ household tiġi mogħtija weight skond l-eta’ tagħha kif jidher f’din it-tabella: Persuni f’household Weight Il-persuna ta’ referenza ( breadwinner ) prinċipali 1.0 Persuni kollha ta’ l-eta’ ta’ 14-il sena u ikbar 0.5 Persuni kollha ta’ taħt l-14-il sena 0.3 Dawn il- weights jiġu magħduda biex tinstab it- Total Weight per Household ( TWH ). L-NEI toħroġ billi tiddividi d-dħul kollu regolari tal-household bit- TWH . L- NEI jiġi attribwit lil kull persuna fil- household biex b’hekk ir-rata ta’ faqar tiġi kkalkulata a bażi ta’ persuni individwali u mhux ta’ households .

Influwenza Pandemika

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17593, jista' il-Prim Ministru jkun aktar speċifiku billi jgħid meta hu mistenni li l-pjan biex tinbena strateġija nazzjonali kontra l-pandemija (influwenza pandemika) ikun lest? Jista' jgħid x'sar mir-rapport li tħejja mid-diviżjoni tas-saħħa f'każ ta' influwenza pandemika u x'jikkonkludi dan l-istess rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Servizz Pubbliku — Trasferimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentiari 17600, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers ta' l-uffiċjali pubbliċi fis-servizz ċivili matul l-2001 f'ministeri/dipartimenti tal-gvern u enti pubbliċi? Jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali, xi grad u skala kellhom meta ngħataw it-transfer u minfejn għal fejn ngħata t-transfer?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17600.

Servizz Pubbliku — Trasferimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17600, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers ta' uffiċjali pubbliċi fis-servizz ċivili matul l-2002 f'ministeri/dipartimenti tal-gvern u enti pubbliċi? Jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali, xi grad u skala kellhom meta ngħataw it-transfer u minfejn għalfejn ngħata t-transfer?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17600.

Servizz Pubbliku — Trasferimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17600, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers ta' uffiċjali pubbliċi fis-servizz ċivili matul l-2003 f'ministeri/dipartimenti tal-gvern u enti pubbliċi? Jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali, xi grad u skala kellhom meta ngħataw it-transfer u minfejn għalfejn ngħata t-transfer?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17600.