Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20607 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol kollu marbut mal-informazzjoni mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru. 19529?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħol li sar sabiex tinġabar l-informazzjoni mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 19529 sewa lill-Ministeru tas-Saħħa Lm52 f'pagi ta' żewġ messaġġiera li għamlu l-'photocopies', Lm166 f'paga ta' 4 skrivani u Lm25 f'karti tal-'photocopier', total ta' Lm243.
Leg 9 PQ #20665 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartimenti tas-Saħħa — Ħlas ta' petrol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari nru. 19040 hijiex għall-ewwel parti tal-mistoqsija jew għat-tieni parti tal-mistoqsija? Fil-każ, jista' l-Ministru jirrispondi l-parti l-oħra tal-mistoqsija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19055 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Seclusion Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba minn meta nfetħet is-seclusion unit fl-Istpar Monte Carmeli ddaħlu fiha pazjenti ta' anqas minn 16-il sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn meta nfetħet is-seclusion unit fl-Isptar Monte Carmeli daħlu fiha erba` pazjenti ta` anqas minn 16-il sena. Wieħed minnhom iddaħħal darbtejn kif jidher hawn taħt: Persuni Eta` (Snin) Dħ ul Ħ ruġ Perjodu (ġ ranet) 'A' 15 06.03.99 24.03.99 19 'B' 16 12.03.99 17.03.99 6 'B' 16 19.03.99 24.03.99 6 'C' 15 13.04.99 14.04.99 1 'D' 15 30.08.00 13.09.00 15 Minkejja li teżisti Young People's Unit għal pazjenti taħt l-eta`, jirriżulta kull tant fil-fażi akuta jew waqt perjodi ħżiena illi dawn il-pazjenti żgħazagħ jkollhom jqattgħu perjodu ta` osservazzjoni jew kura fl-Admission Ward (Male Ward 2 jew Female Ward 6) jew nkella fis-Secure Unit ta` Male Ward 2 jew Female Ward 10.
Leg 9 PQ #19519 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Pawlu Boffa Toilets

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex it-toilets speċjalment dawk ta' l-irġiel fl-iSptar Pawlu Boffa jiżammu aktar nodfa, peress li wassluli rapporti li dan mhux qed isir?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat illi minn spezzjoni magħmula għall-għarrieda fil-5 ta` Ottubru wara nofs in-nhar, irriżulta li t-toilets kollha tas-swali ta` l-Isptar Sir Pawlu Boffa nstabu nodfa. Barra minnhekk, il-persuni nkarigati minn kull sala ta` l-isptar Sir Pawlu Boffa, iddikjaraw bil-miktub, illi it-toilets tas-swali rispettivi tagħhom jiġu mnaddfa ta` l-anqas darbtejn kuljum u f'kull okkażjoni oħra li tinħass il-ħtieġa matul il-ġurnata.
Leg 9 PQ #20467 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' l-AIDS

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm-il persuna nstabet li għandha l-AIDS? Kemm hemm barranin fosthom u ta' liema pajjiż huma? X'inhu n-numru ta' każi ta' AIDS li ġew reġistrati b'kollox f'Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat illi mill-1 ta` Jannar 2000 sa llum ġew rappurtati żewġ każijiet ta` AIDS. L-ebda wieħed miż-żewġ każijiet ma hu barrani. B'kollox, mill-1986 sa llum, in-numru totali ta` każijiet ta` AIDS rappurtati f'Malta huwa ta` sittin (60).
Leg 9 PQ #20470 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Testijiet għall-AIDS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet volontarji fl-isptar għall-AIDS? Kemm saru fuq irġiel u fuq nisa? Kemm-il persuna nstabet li kienet HIV positive?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' testijiet għall-HIV antibodies li saru b'sena mis-sena 1985 jinstabu fir-risposta ta' domanda parlamentari 14575. Risposta Parlamentari Nru. 14575: Sena Total request No. of Reactive Samples Ġunju - Diċembru 1985 408 10 1986 930 13 1987 2292 5 1988 3750 13 1989 2495 16 1990 2118 9 1991 2461 18 1992 3131 8 1993 2369 13 1994 3935 10 1995 3963 17 1996 3912 7 1997 3809 8 1998 4249 10 1999 4264 6 Matul is-sena 2000 s'issa saru 1137 test għall-HIV antibodies. Minħabba li ħafna mit-testijiet huma anonimi, l-informazzjoni dwar taqsim bejn irġiel u nisa mhuwiex komplut.
Leg 9 PQ #20506 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Stabbilimenti ta' l-Ikel — Iġjeni

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kontroll li għandu x'jaqsam mal-iġjeni ta' stabbilimenti u preparazzjoni ta' l-ikel, partikolarment f'hotels u ristoranti, hux se jibqa' taħt ir-responsabbilita' ta' l-ispetturi tas-saħħa fid-dipartiment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iva, nikkonferma.
Leg 9 PQ #20214 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Nies b'food poisoning

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-Isptar San Luqa kawża ta' food poisoning bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? X'passi ttieħdu mid-dipartiment tas-saħħa dwar dawn il-każijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar s'Awissu 2000 ġew mmessi 5 każi ta' food poisoning. Dawn kienu imqassmin hekk: 2 każi ġew klassifikati bħala food poisoning mhux speċifikat (ICD-10 Code: T62.5) u 3 każi ta' Salmonella food poisoning (ICD-10 Code: A02).
Leg 9 PQ #20216 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Nies b'xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-Isptar San Luqa kawża ta' xorb eċċessiv bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? X'etajiet kellhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar s'Awissu 2000 ġew ammessi 37 każi minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa. Il-każijiet jitqassmu fi tliet kategoriji. Kategorija A: Sindromu ta' dipendenza fuq l-alcohol (ICD-10 code F10.2) Kategorija B: Intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol iżda l-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0) Kategorija C: Mard tal-fwied attribwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70) Kategorija A Etajiet (snin) Numru 10-19 1 20-29 2 30-39 5 40-49 5 50-59 4 Total 17 Kategorija B Etajiet (snin) Numru 10-19 6 20-29 1 40-49 1 50-59 1 60-69 2 80-89 1 Mhux speċifikat 1 Total 13 Kategorija C Etajiet (snin) Numru 40-49 3 50-59 3 70-79 1 Total 7
Leg 9 PQ #19040 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Ħlas ta' Petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kull pompa tal-petrol, separatament, tħallsu għal xiri ta' petrol u diesel tul is-sena 1999? Kemm kien id-dejn fl-1 ta' Jannar 2000 ma' kull pompa tal-petrol, separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif ġej: Isem tal-Pompa Ammount LM Industrial Motors Ltd. 18,359.85 Miss Ltd. 9,502.00 Carlo Cini Ltd. 267.00 V & J Grima Ltd. 757.05 V.C. Service Station 526.35 Polidano Service Station 527.00 A & D Borg Tyre Service 13.05 C. Abela Auto Station 3.48 Charles Vella & Sons Ltd. 4.35 Jameno Ltd. 4.35 Kappara Service Station 3.48 Manoel Island Service Station 32.03 Natu 39.80 Pardi Ent. Ltd. 6.09 Michael Attard Ltd. 4.35 Paul & Rocco 3,529.69 Paul & Rocco (Marsa) 8.70 Tyre Services Ltd. 6.74 Velga Bros. Ltd. 5.00 Sundries 35.66 TOTAL 33,636.02
Leg 9 PQ #19529 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, mill-1 ta' Ottubru, 1999 sal-31 ta' Awissu, 2000 min huma l-impjegati, l-ID Card u l-grad tagħhom fid-Dipartiment tas-Saħħa li f'xi xahar qalgħu aktar minn Lm100 overtime? F'kull każ kemm kien il-valur f'termini ta' flus ta' dan l-overtime?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fuq il-listi annessi u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #20019 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tad-Dipartiment tas-Saħħa tul l-1998, 1999 u sa' l-1 ta' Ottubru, 2000 fuq drugs, medical instruments, u disposable items separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-flus li tħallsu mid-Dipartiment tas-Saħħa tul 1998, 1999 u sa 1 ta` Ottubru 2000 fuq 'drugs, medical instruments/disposable items kienu dawn kif ġej: Sena Drugs LM Medical Instruments LM Disposals LM 1998 6,862,489 4,049,874 71,647 1999 6,625,181 4,240,306 76,722 sa Ottubru 2000 7,080,525 3,335,825 60,862
Leg 9 PQ #20213 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Każi ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu b'overdose fl-Isptar San Luqa bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Jista' jgħid x'etajiet kellhom u x'passi qed jittieħdu sabiex ikunu nvestigati l-każijiet u tiġi mogħtija l-għajnuna/assistenza għall-programm ta' riabilitazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar s'Awissu 2000 ġew ammessi 155 każ ta' "overdose" fl-isptar San Luqa. It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji: Kategorija A: Avvelenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40 - X44) Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sostanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64) Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10-Y14) Kategorija A Etajiet (snin) Numru 0-4 20 5-9 1 10-14 1 Total 22 Kategorija B Ma kien hemm l-ebda każ irreġistrat f'din il-kategorija għal dan il-perjodu. Kategorija C Etajiet (snin) Numru 15-24 44 25-34 36 35-44 22 45-54 19 55-64 4 65-74 1 75-84 1 Mhux speċifikat 6 Total 133 Il-Każijiet kollha jingħataw il-kura akuta meħtieġa fl-Isptar San Luqa u mbagħad jiġu riferuti għas-servizzi tal-Aġenzija Sedqa. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq aktar dettalji dwar il-Programm ta' assistenza, u għajnuna u rijabilitazzjoni għandu jagħmel domanda speċifika lill-Onorevoli Ministru għall-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #20482 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-bini li issa twaqqa' fit-tibdil tal-pjani li sar għall-isptar ġdid f'Tal-Qroqq? Kemm sewa flus sabiex jitwaqqa' dan il-bini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar, tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20380 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li kien hemm wieħed u disgħin (91) li ġew impjegati mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tal-Ministeru tiegħi mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum. Minn dawn kien hemm sebgħa u tletin (37) li jaħdmu part-time.
Leg 9 PQ #20452 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li ċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta mhux jagħti injections tal-influwenza lill nies taħt is-65 sena? Din hija policy għaċ-ċentri tas-saħħa kollha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi għar-risposta li tajt għad-domanda 20191 f'seduta 397.
Leg 9 PQ #20456 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Każi Urġenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha s-sistema li biha jiġu pre-assessed il-pażjenti fid-dipartiment ta' l-emerġenza biex jintgħażlu l-aktar każi urġenti? Każi mhux serji x'jiġri minnhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sistema ta' allokazzjoni (Triage) ta' pazjenti li jippreżentaw fid-Dipartiment tal-Emerġenza f'dawk li huma każijiet urġenti (priorita' ta' livell 1 jew 2 ) u dawk inqas urġenti (priorita' ta' livell 3), ilha tiżviluppa mis-sena 1994. Il-każijiet inqas urġenti (priorita' ta' livell 3) jiġu trattati minn Tabib f'klinika allokata viċin il-waiting area. Dawn il-pazjenti jiġu eżaminati u fejn hemm bżonn jittieħdu X-rays fl-X-ray Room tal-Emerġenza u jirċievu t-trattament skond il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #20457 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidux is-self referrals mindu kellhom jitnaqqsu l-ħinijiet tal-ftuħ ta' xi ċentri tas-saħħa minħabba nuqqas ta' tobba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar, tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20464 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Dingli — Radjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt sarx xi studju fuq ir-radjazzjoni li toħroġ mis-sistema tar-radar (early warning system) f' Ħad-Dingli u l-effett li jista' jkollha fuq is-saħħa tar-residenti ta' dan ir-raħal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li dan ir-radar huwa tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Civili, l-Onor. Interpellant jista' jirreferi din id-domanda lill-Ministru kkonċernat għal aktar informazzjoni. Id-Dipartiment jista' jagħmel dan l-istudju jekk u meta jintalab mill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #19316 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Isptar Zammit Clapp mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-Isptar Żammit Clapp mill-5 ta` Jannar 2000 sa l-10 ta` Settembru 2000 ġew mimlija dawn il-postijiet vakanti:- Domestic waħda (1) mpjegata fl-1 ta` Frar 2000, applikazzjoni maħruġa mill-ETC f'Settembru 1999. Fiżjoterapista waħda (1) mpjegata fit-3 t'April 2000, permessi maħruġa mill-ETC f'Jannar 1999. Nursing Aides sitta (6) mpjegati fit-2 ta` Settembru 2000, permessi maħruġa mill-ETC f'Jannar 1999.