Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11189 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet; (b) min kienu l-uffiċjali jew impjegati fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta; u (ċ) f'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Il-karozzi uffiċċjali fil-Ministeru tiegħi li kienu nvoluti f`kolliżjonijiet mill-5 ta` Settembru 1998 `l hawn huma dawn: Numru Spejjeż tal-Ħsara Uffiċċjal Responsabbli Sewwieq tal-Karozza mill-Vettura GVN 122 Lm188 (stima) Użu Ġenerali Membru tas-Segretarjat Privat ABB 494 Lm851 Direttur Direttur Ma kienx hemm karozzi tal-kiri nvoluti f`kolliżjonijiet f`dan il-perjodu.
Leg 9 PQ #11941 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-medja li jiddikjaraw li jaqilgħu professjonisti, bħal tobba, avukati, periti u nutara, professjoni bi professjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11948 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jkun jista' jitlob lura l-VAT fuq il-petrol u d-diesel, minn meta ġiet applikata din it-taxxa fl-aħħar budget?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-VAT fuq petrol u diesel tista` tintalab lura minn persuni reġistrati li jużaw : a) Vetturi bil-mutur, bastimenti jew ajruplani bil-għan ta` trasport ta` oġġetti jew passiġġieri b`kumpens. b) Vetturi bil-mutur li jintużaw minn dik il-persuna bil-għan li jiġu provduti minnha għall-kiri bi driver jew li jiġu wżati fit-tagħlim tas-sewqan, sakemm dawn jiġu hekk użati, f`kull każ, fil-kors normali ta` l-attivita` ekonomika ta` dik il-persuna. c) Vetturi bil-mutur li jkunu maħsuba primarjament għall-ġarr ta` oġġetti b`postijiet biex jiġu okkupati ħdejn ix-xufier biss u li normalment ma jkunux xierqa għat-trasport tal-passiġieri, jew b`aktar minn disa` postijiet biex jiġu okkupati.
Leg 9 PQ #11951 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Interim From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

HSBC — Bejgħ lill-Mid-Med Bank

Question

Peress li d-dokumenti u informazzjoni dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC huma materja ta' dokumentazzjoni li żgur tinsab bil-lest fil-files rilevanti, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, id-dokumenti li tlabtu f'mistoqsija parlamentari numru 11838, jiġifieri: (a) kopja tad-dokumenti kollha li ġew fis-seħħ fil-ftehim bejn il-Gvern u l-HSBC dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank; (b) lista tal-garanziji kollha tal-Gvern a favur tal-Mid-Med li kienu fis-seħħ meta ġie ffirmat il-konvenju ta' bejgħ imsemmi; u (ċ) lista ta' garanziji fis-seħħ meta ġie ffirmat il-kuntratt u fl-1 ta' Diċemembru, 1999?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11966 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Interim From: GEORGE VELLA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Impjegati - Overtime

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-sigħat u ammont ta' flus maħduma bħala overtime mill-uffiċjali fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, imqassma sezzjoni, sezzjoni, għas-sena 1999? Jekk hemm xi uffiċjali li ħadmu f'sezzjoni differenti minn dik tagħhom, jista' l-Ministru jindika f'liema sezzjoni jaħdmu l-ħin normali u f'liema sezzjoni ħadmu l-overtime?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f`xi tweġiba oħra.
Leg 9 PQ #11967 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Interim From: GEORGE VELLA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Impjegati - Data capturing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema mertu ntgħażlu l-uffiċjali biex jagħmlu l-overtime ta' data capturing għas-sena ta' stima 1999? Jista'l-Ministru jgħid għaliex hemm numru ta' assessuri li ma ġewx magħżula?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11969 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Interim From: GEORGE VELLA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Audit trail

Question

Jirriżultalu l-Ministru li meta jitqabblu l-audit trail fejn ikun hemm indikat l-uffiċjal li għamel id-data capturing tal-formula għas-sena ta' stima 1999, u l-ħin li l-aħħar sar ix-xogħol bil-computer mal-kopja ta' l-overtime sheets għall-perijodu 15 ta' Novembru sas-26 ta' Novembru 1999, jirriżultalux li hemm ħin sostanzjali bejn l-aħħar entry fuq il-computer u l-ħin tat-tluq fuq l-overtime sheet? F'dawn il-każi x'kien ix-xogħol li kien qiegħed isir matul dan il-ħin? Jekk jirriżultalu li xi uffiċjali ntbagħtu d-dar għaliex laħqu l-kwota, x'kienet din il-kwota, min awtorizza t-tluq ta' l-uffiċjali lejn id-dar u jekk jitħallsux meta ma jkunux fl-uffiċċju?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11980 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Romol Taxxa

Question

Jista'l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11908?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11122 Sitting 204 1999-12-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-1 ta' Jannar, 1999: (a) kemm saru spezzjonijiet minn spetturi tal-VAT għall-evażjoni ta' l-istess taxxa? (2) Kemm minnhom saru lill-professjonisti, kemm minnhom saru lill-ħwienet u kemm minnhom saru fuq konsumaturi? (3) Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ kemm inqabdu jabbużaw u f'kull każ kemm ittelgħu il-qorti jew ittieħdu xi forma oħra ta' passi kontrihom? (4) Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet saru dawn l-ispezzjonijiet lokalita' b'lokalita'?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta` Jannar sa` l-10 ta` Novembru 1999, saru 6,498 spezzjoni mill-Ispetturi tal-VAT, li minnhom 5,898 saru lil tal-ħwienet u 141 lill-professjonisti. L-ispetturi tal-VAT ma jagħmlux spezzjonijiet lill-konsumaturi għax dawn ta` l-aħħar ma jaqgħux fl-iskop tal-liġi tal-VAT f`dan ir-rigward. Fl-istess perjodu kien hemm 1,005 każ li ġew irrapportati b`abbuż tal-liġi, 4 minnhom ta` professjonisti. Minn dawn, 73 ittieħdu passi bil-Qorti kontra l-persuni reġistrati ikkonċernati, 546 ġew mitluba jħallsu compromise fine ta` Lm50, u 386 għad iridu jittieħdu passi kontrihom. Kien hemm ukoll 553 każ ieħor li qed jiġu investigati biex tinħarġilhom stima ta` taxxa, 94 minnhom professjonisti. Il-lokalitajiet f`Malta u f`Għawdex li fihom saru l-ispezzjonijiet jidhru fil-lista mehmuża u mmarkata `Dokument A`.
Leg 9 PQ #11926 Sitting 204 1999-12-09 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozza mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-risposta li ta l-Ministeru tal-Finanzi lill-Awditur Ġenerali dwar il-mistoqsijiet imqajma fir-Rapport għall-1998 li l-kiri tal-karozza tal-Ministru se tqum Lm25,678 u għaliex ġiet mikrija flok mixtrija?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f`xi tweġiba oħra.
Leg 9 PQ #11908 Sitting 203 1999-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Romol — Taxxa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11796 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista'l-Ministru jgħid meta se tiġi fis-seħħ li romol u ġenituri waħedhom ma jħallsux taxxa bħallikieku kienu xebbiet u ġuvintur, skond il-wegħda tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11922 Sitting 203 1999-12-07 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment ta' l-Isport — Vot

Question

Jista' l-Ministru jgħid mil-liema vot jew line item is-somma ta' Lm200,000 se tingħata lid-Dipartiment ta' l-Isport? Kif ġie deċiż li s-somma tkun ta' Lm200,000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f`xi tweġiba oħra.
Leg 9 PQ #11852 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Borza ta' Malta — Saqaf

Question

In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 11597, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn dan l-injam, tant sabiħ u ta'valur storiku, qiegħed jiġi miżmum? Hemm rapport dwar l-istat ta' l-injam tas-saqaf, u jekk iva, jista' dan jiġi preżentat fil-Kamra, u jekk le jaċċettax is-suġġeriment li jinġiebu fuq il-post persuni mħarrġa mill-Iskola tar-Restawr ta' Bighi? Jista' l-Ministru jassgura li, kuntrarjament għal dak li jidher (mill-istess domanda) li hemm min huwa intenzjonat ineħħiħ kompletament, dan jerġa' jitqiegħed f'postu kif inhuwa xieraq?

Response (DALLI, JOHN)

Is-soffit tal-Garrison Church tneħħa wara l-istudji preliminari neċessarju u b`konformita mall-permessi li nħarġu mill-PA wara li ġew ik-konsultati l-partijiet interessati kollha. Is-soffit li nstab f`kondizzjoni tajba u li hu maħsub li jintuża f`sala fi ħdan il-bini stess bħalissa qiegħed jinżamm fir-Reception Area tal-Castille Chambers, taħt il-Garrison Church u l-periti responsabbli mill-proġett qiegħdin iħejju rapport dwar il-kondizzjoni ta` l-injam sabiex jiġi preżentat lill-PA skond kif jitolbu l-permessi maħruġa.
Leg 9 PQ #11881 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Lotterija Nazzjonali — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm dħul mil-Lotterija Nazzjonali sena b'sena mill-1990 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li id-dħul mill-Lotterija Nazzjonali bejn 1990 u 1999 kien kif ġej: 1990 1991 1992 1993 Lm Lm Lm Lm 255,648 181,876 209,028 66,725 1994 1995 1996 1997 1998 Lm Lm Lm Lm Lm 33,202 86,221 120,480 252,308 183,000 Id-dħul mill-Lotterija Nazzjonali għall-1999 għadu mhux stabilit minħabba li l-pożizzjoni tkun magħrufa wara l-aħħar tas-sena.
Leg 9 PQ #11882 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Libyan Arab Maltese Holding Co. Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema fabbriki għandha interess/shareholding il-Libyan Arab Maltese Holding Company Ltd? Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena xi dħul kellu l-gvern mill-istess kumpannija mit-twaqqif tagħha sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #11838 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

HSBC — Mid-Med Bank

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti kollha li ġew fis-seħħ bil-ftehim bejn il-Gvern u l-HSBC dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank? Jista' l-Ministru jagħti wkoll lista tal-garanziji kollha tal-gvern a favur tal-Mid-Med Bank li kienu fis-seħħ meta ġie ffirmat il-konvenju ta' bejgħ lill-HSBC tal-Mid-Med Bank, li kienu fis-seħħ meta ġie ffirmat il-kuntratt, u li kienu fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1999?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9890 Sitting 199 1999-12-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Arretrati fuq taxxa

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni biex arretrati ta' taxxa ta' persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħatahom separatament u li llum tgħix bil-pensjoni jiġu mogħtija lilha mid-dipartiment konċernat mill-aktar fis possibbli?

Response (DALLI, JOHN)

Ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura t-tweġiba tingħata lilu privatament jew l-amministratur tiegħu.
Leg 9 PQ #10144 Sitting 199 1999-12-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Middle Sea Insurance — Bord tad-Diretturi - Membri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8588, jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumplament tad-diretturi fuq il-bord tal-Middle Sea Insurance?

Response (DALLI, JOHN)

Il-kumplament tad-diretturi fuq il-bord tal-Middle Sea Insurance p.l.c. huma dawn: Is-Sur Mario C Grech (Chairman) Is-Sur Joseph FX Zahra (Deputy Chairman) Is-Sur Giorgio Daboni Is-Sur Roland Franke Is-Sur Joseph V Gatt Is-Sur Louis Grech Dott John C Grech Is-Sur Mario Grima Is-Sur John G Hogg Dott Edgar Mizzi Is-Sur Frans Spiteri Is-Sur Lino Spiteri
Leg 9 PQ #9795 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Prodotti — Roħs

Question

Jista' l-Ministru jgħid prodott bi prodott liema kienu dawk il-prodotti li raħsu jew għolew fil-prezz mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, il-prezzijiet ta` prodotti jinbidlu `l fuq u l-isfel kontinwament, prodotti jispiċċaw mis-suq u oħrajn ġodda jfiġġu fis-suq.
Leg 9 PQ #11767 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

Tarzna — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11219 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li ġiet riferuta lilek u cioe: peress li dan l-aħħar il-General Workers Union qalet li ma kenitx lesta li taċċetta ħlas ta' arretrati lill-ħaddiema tat-Tarzna f'forma ta' bonus, jista'jinforma lill-Kamra jekk hux veru li l-istess GWU aċċettat din il-kondizzjoni f'każijiet simili imma f'kumpanniji oħra tal-Gvern? Jekk fil-pożittiv, jista'l-Ministru jispeċifika għal-liema każi l-union aċċettat dawn il-kondizzjonijiet u jgħid x'qed iwassal lil union issa ma taċċettax din il-ħaġa għal ħaddiema tat-Tarzna?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11730.