Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex tissolva l-problema ta' ilma li dieħel ġewwa fond tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar ser jispezzjona l-fond indikat mill-Onor. Interpellant biex jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba li għamlu r-residenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li jgħixu f'binja tal-gvern quddiem id-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ma għandu ebda talba pendenti għat-tiswija tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li, peress li l-fond ma jidhirx li hu wieħed residenzjali, talba għal tiswijiet fih trid issir lid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tikkonsidra b'ċertu urġenza l-każ ta' housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li l-persuna għandha madwar 199 punt minħabba l-ħsarat strutturali fis-saqaf li għandha kif ikkonfermat minn periti privati u tal-gvern? Din hija single mother li qed toqgħod flimkien maż-żewġ uliedha ta' 15 u 4 snin.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi din l-applikazzjoni ġiet diskussa fil-Board tal-allokazzjonijiet il-bieraħ u ttieħdet deċiżjoni. L-applikanta dalwaqt tkun nfurmata b’din id-deċiżjoni.
Tista' il-Ministru tivverifika jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament hux intitolat, minħabba l-qagħda soċjali diffiċli li jinsab fiha, biex ma jħallasx is-surcharge fuq il-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-każ quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li ilhom japplikaw għal post alternattiv għal dawn l-aħħar 30 sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma oħrajn simili.
Għal dak li jirrigwarda l-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant ta' kemm ilha pendenti l-applikazzjoni, ninsab infurmata li mir-rekords tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jirriżulta li l-informazzjoni li għandu l-Onor. Interpellant hi assulutament skorretta.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għax mhux provdut bil-komunikazzjoni tad-drenaġġ li mhux imqabbad mal-main? Meta mistenni jitqabbad?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-fatt Blokk A4 fil-lokalita’ ndikata mill-Onor. Interpellant għadu ma nbeniex.
Jekk l-Onor. Interpellant ried jirreferi għal xi wieħed mill-blokki mibnija, ninsab infurmata li blokki A6, A7 u A10 huma mqabbda mas-sistema tad-drenaġġ. Blokki A5, A8, A9 u A11 ma jistgħux jitqabbdu kollha għax għad irid jiġi estiż il-main tad-drenaġġ mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
Tista' il-Ministru tgħid min hu ntitolat sabiex jibbenifika mit-tnaqqis fuq is-surcharge tad-dawl u l-ilma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni ntitolati li jibbenefikaw mit-tnaqqis mis-surcharge fuq id-dawl u l-ilma huma dawk li jibbenefikaw ukoll mir-rebate fuq l-istess servizzi skond il-provedimenti tar-Regolamenti dwar il-Provvista tal-Kurrent Elettriku, taħt l-Att ta’ l-Enemalta, u tar-Regolamenti dwar il-Fornitura ta’ l-Ilma, taħt l-Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
Tista' il-Ministru tikkonferma jekk hemmx xi ħsieb li jinbnew garaxxijiet fil-housing estate ta' l-Imġarr (Malta)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta' bini ta' l-Awtorita' tad-Djar fi Triq Ħarruba, Triq il-Karamelli u Triq l-Amaroz, l-Imġarr, Malta jikkonsisti f'65 unit u 122 garaxx.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li qed jistenna approvazzjoni ta' stairlift?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita tad-Djar qed tagħmel il-verifiki meħtieġa għat-test tal-mezzi biex tiddetermina l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li tista’ tingħata l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-każ mad-dipartiment tad-djar ta' sinjura minn Wied il-Għajn li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija separata b'żewġt itfal u li tgħix b'relief ta' Lm160 fix-xahar li minnhom trid toħroġ Lm80 fix-xahar għal kera ta' appartament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi jista' jieħu d-dipartiment tad-djar biex tinstab soluzzjoni għall-umdita' kbira li teżisti fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li f'dawn l-aħħar snin id-dipartiment qatt ma ħa azzjoni biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni biex tiġi mħarsa s-saħħa tar-residenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga.
Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-każ mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ta' sinjura li bħalissa toqgħod San Pawl il-Baħar u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li peress li għandha ħamest itfal tellgħet 234 punti imma ilha ħafna tistenna post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jistenna lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tmur il-Customer Care Section tad-Dipartiment biex taġġorna l-applikazzjoni tagħha bl-aħħar tibdil fiċ-ċirkostanzi.
Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-każ ma' l-awtorita' tad-djar ta' sinjura li toqgħod il-Birgu u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar qed tistenna lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tipproduċi l-irċevuti fiskali meħtieġa biex isir il-pagament dwar ix-xogħol approvat.
Sigurta' Soċjali — Persuni li għandhom il-karta r-roża
Question
Billi ħafna persuni li għandhom il-karta r-roża ma jafux li huma ntitolati għall-għajnuna fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma, taqbel il-Ministru li dawn il-persuni għandhom jiġu nformati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-test tal-mezzi għall-karta r-roża u dak ghar-rebate fuq il-kont tad-dawl u l-ilma huma differenti u għalhekk persuna li jkollha dritt għall-karta r-roża mhux neċessarjament ikollha dritt ukoll għar-rebate.
Tista' il-Ministru tara għaliex persuna bir-relief li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha qatt ma qabdet pagament mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali, minkejja t-talba li għamlet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.