Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #26445 Sitting 410 2016-06-27 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Studenti li joqogħdu mal-familji Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx xi pajjiż ieħor fl-Ewropa li l-Gvern tiegħu jobbliga lill-istudenti biex iħallsu l-eco-tax meta dawn joqogħdu mal-familji Maltin?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex qabel nagħti risposta, jikkjarifika x’irid ifisser bl-aħħar parti tad-domanda tiegħu u jekk hux qed jimplika li hemm xi pajjiż ieħor għajr Malta li qed jesenta lill-istudenti tiegħu li ma jħallsux Eko kontribuzzjoni meta dawn joqgħodu ma’ familji Maltin. Meta titneħħa tali ambigwita’ mill-Interpellant, il-Ministru jkun jista’ jwieġeb b’mod car.
Leg 12 PQ #26355 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Bord tal-Appell tat-Turiżmu — każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Bord tal-Appell tat-Turiżmu, u kemm ilhom quddiem dan il-Bord? Veru hemm każijiet pendenti aktar minn sena u operaturi li mhux jimxu skont id-direzzjoni tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu għadhom mexjin ħażin għax għadu ma nstemax il-każ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi, bħal ma diġa’ rrispondejt għall-Mistoqsija Parlamentari bin-numru 25946 datata 13 ta’ Ġunju 2016, hemm erba’ każijiet pendenti quddiem il-Bord tal-Appelli dwar it-Turiżmu. Tnejn mill-ka¿ijiet ilhom pendenti minn Awwissu 2015, wieħed minn Novembru 2015 u wieħed mill-31 ta' Mejju 2016. Għaldaqstant, dan huwa kuntrarju għal dak li qed jallega l-Interpellant fejn l-unika każ li għadu ma nstemax huwa biss l-iktar wieħed riċenti.
Leg 12 PQ #26402 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar, il-Qawra, Buġibba u l-Mellieħa – Pulizija tat-turiżmu

Question

Jista' l-Ministru jindika meta hu mistenni li l-lokalitajiet turistiċi tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar/Buġibba/Qawra jkunu nklużi fil-proġett indikat fl-istqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (Numru 161413) relatata mal-pulizija tat-turiżmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26249, datata 22 ta’ Ġunju 2016.
Leg 12 PQ #26407 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — vetturi - allowances

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #26248 Sitting 408 2016-06-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Toroq fiż-żoni turistiċi — xogħolijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-MTA, jew xi organizzazzjoni oħra li tieħu ħsieb l-inħawi turistiċi, fil-fatt hux qed tippjana li tgħin biex ċertu toroq li hemm fiż-żoni turistiċi, u li jeħtieġu uċuħ ġodda, fil-fatt jinstab il-finanzjament għalihom? Fejn u meta, hu mistenni li jsir xogħol ta' dan it-tip?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi bħal ma jaf tajjeb hu, il-manutenzjoni tat-toroq ġewwa pajjiżna ma taqax taħt ir-risponsabbilta’ tad-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu. Madanakollu, il-Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Żoni Turistiċi, entita’ taħt il-Ministeru tiegħi, hija konxja tal-problemi li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli. Dawn il-problemi li jirrikonoxxi l-Interpellant, huwa frott ta’telqa li ilha għaddejja snin twal. Nassigurah illi, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tat-Trasport u Nfrastruttura, qegħdin naħdmu sabiex isir titjib fiz-zoni turistici varji.
Leg 12 PQ #26249 Sitting 408 2016-06-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Tourism zone police

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt bdewx jitħaddmu t-tourism zone police, u jekk iva fejn? Jekk le, meta hu mistenni li jibdew jitħaddmu dawn l-istess pulizija, u meta hu mistenni li din it-tip ta' sorveljanza fil-fatt tibda sseħħ, u meta hu mistenni li tiġi estiża, u fejn?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi b’ħidma mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, ġie varat il-proġett pilota tal-pulizija tat-turiżmu fiż-żoni turistiċi f’San Ġiljan u tas-Sliema - żoni li huma mill-iktar importanti kemm fejn jidħol l-influss ta’ turisti, kif ukoll għan-numru ta’ soddod. Aktar ‘il quddiem ser jiġi evalwat dan is-servizz biex jiġi estiż f’lokalitajiet turistiċi oħra f’Malta u f’Għawdex, skond il-ħtieġa.
Leg 12 PQ #26079 Sitting 406 2016-06-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Smart City – ITS – trasport organizzat

Question

Meta l-ITS tibda taħdem minn Smart City, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux mistenni li jkun hemm trasport organizzat għall-istudenti li jkunu qed jattendu xi kors hemmhekk?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #21177 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – konsulenzi u xogħol legali lill-persuna u kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadu konsulenzi u/jew xogħol legali mill-Air Malta mill-1990 sal-2012 (l-aħħar sena kompriża) il-persuna u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din l-informazzjoni mitluba?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Air Malta ma jirriżultalhiex li rċeviet xogħol professjonali u/jew konsulenza mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament. Madankollu, lista ta’ xogħol professjonali u/jew konsultenza mogħtija lil Air Malta mill-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li tkopri s-snin 2004 sal-2012, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. L-Air Malta ma għandhiex rekords f’dan ir-rigward għas-snin 1990-2003.
Leg 12 PQ #26044 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Bieb il-Belt – terminus tat-trasport pubbliku – liċenzji tal-MTA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’liċenzji tal-l-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu hemm eżistenti llum fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi, skond l-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu, hemm liċenzja waħda valida ta’ bar fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt.
Leg 12 PQ #25946 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Bord tal-Appelli dwar it-Turiżmu — każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Bord tal-Appelli dwar it-Turiżmu, u kemm ilhom quddiem dan il-Bord?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ każijiet pendenti quddiem il-Bord tal-Appelli dwar it-Turiżmu jammonta għal tlieta – tnejn minn Awwissu 2015 u wieħed minn Novembru 2015. Ir-raba' appell għadu kif ġie ppreżentat.
Leg 12 PQ #25947 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Film Studios tar-Rinella

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-pjan ta' titjib tal-Film Studios tar-Rinella, u jekk f'dawn il-pjani hemmx involut sound stage?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Nterpellant illi, f’Ottubru 2015, il-Gvern beda proċess kompettitiv fuq livell internazzjonali sabiex isib sieħeb strategiku li jinvesti fi studio professjonali għall- industrija tal-films, fil-Kalkara. Il-proċess beda permezz ta’ EOI (Expression of Interest) li għalqet f’Dicembru 2015. F’dan l-istadju kien hemm 5 kumpaniji li issottomettew l-ideat tagħhom. Wara li saret evalwazzjoni ta’ dawn il-proposti, il-proċess għadda għat-tieni fażi, dik li jinħareġ RFP (Request for Proposals) li mistennija tkun ippublikata fil-ġimgħat li ġejjien. Nikkonferma mal-Onorevoli Interpellant li fil-pjanijiet ta’ dawn l-istudios hemm sound stages , xi ħaġa li l-pajjiż qatt ma’ kellu qabel. Sound stages se jattiraw numru kbir ta’ produzzjonijiet ta’ films u televiżjoni lejn Malta. Dan ikompli jikkonferma l-viżjoni strategika tal-Gvern li verament jemmen fil-potenzjal kbir tal-industrija tal-films.
Leg 12 PQ #20180 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23560, datata 29 ta’ Frar 2016.
Leg 12 PQ #24407 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Dar tal-Isqof Baldassare Cagliares — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dar li kienet tal-Isqof Baldassare Cagliares, li bħalissa tinsab abbandunata u sfortunatament saritilha ħafna ħsara, tiġi restawrata? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol? Meta din id-dar tkun restawrata, hemm il-ħsieb li tibda tinfetaħ għall-pubbliku biex ikun jista’ jżurha?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi, billi siti storici ma jaqgħux direttament taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għat-Turiżmu, qed nidderieġi lill-Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #25793 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Bord tat-Turiżmu — każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Bord tat-Turiżmu, u kemm ilhom quddiem dan il-Bord?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jispecifika għal liema Bord qed jirreferi meta qed jistaqsi fuq każijiet pendenti quddiem il-Bord tat-Turiżmu.
Leg 12 PQ #25819 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ inġustizzja fl-Air Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-Ministeru għat-Turiżmu qed jara d-dettalji kontenuti f’din id-domanda parlamentari.
Leg 12 PQ #25846 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Karozzi, muturi u vetturi mikrija mit-turisti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19512, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-mod ta’ kif tinġabar l-informazzjoni li ngħatat fir-risposta għal dak li jikkonċerna użu ta' karozzi tal-kiri?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istimi dwar l-użu ta’ vetturi tal-kiri minn turisti hija ibbażata fuq stħarriġ li tagħmel l-Awtorita’ tat-Turiżmu b’mod kontinwu biex tiġbor dettalji dwar l-ispiża tat-turist – Traveller Expenditure Survey. Il-kwestjonarju jigi mqassam lit-turisti mal-wasla tagħhom f’Malta fuq bażi ta’ random sampling. Dan huwa kwestjonarju volontarju li jitqassam lil turisti li jkunu gejjin mis-swieq principali ghat-turiżmu f’Malta. Il-kwestjonarju huwa mfassal b’mod fejn it-turist jagħti dettalji ta’spiża fuq medda ta’ kategoriji differenti li jinkludu l-ajru, l-akkomodazzjoni, ikel u xorb, attivitajiet kulturali u ta’ divertiment, trasport, fost oħrajn. It-turist jingħata il-kwestjonarju bil-lingwa preferita tiegħu, u huwa mħeġġeġ biex jibgħat bil-posta (posta mħallsa mill-Awtorita’ tat-Turiżmu), l- kwestjonarju mimli lejn l-aħħar tal-mawra tiegħu f’Malta.
Leg 12 PQ #25853 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajjiet Blue Flag

Question

Jista’ l-Ministru jara li kull kunsill lokali li fil-konfini tiegħu għandu bajjiet Blue Flag , ikollu logo tal- Blue Flag viżibbli fuq kull materjal promozzjonali jew informattiv li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tal-istess kunsilli li jinkludi allura fuljetti, notice boards , websites u billboards ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, billi l-kunsilli lokali huma awtonomi, l-Ministru għat-Turiżmu m’għandu l-ebda jedd fuq deċiżjonijiet illi l-Kunsilli jieħdu dwar il-kontenut tal-materjal promozzjonali jew/u nformattiv li jippublikaw. Madanakollu, m’hemx dubbju li l-Ministeru jżomm kuntatt kontinwu mal-Kunsilli Lokali.
Leg 12 PQ #19511 Sitting 397 2016-06-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti li ġew Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew turisti Malta u Għawdex matul is-snin 2013, 2014 u 2015? Jista’ jgħid x’inhi t-trend li qed jindika dan is-settur?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi figuri ppublikati mill-Uffiċċju tal-Istatistika juru li matul is-sena 2015, 1.8 miljun turist żaru il-gzejjer Maltin. Din il-figura tirrifletti żieda ta’ 5.4% fuq is-sena 2014 u żieda ta’ 13.6% fuq is-sena 2013. Is-settur tat-turiżmu qed juri andament pożittiv ħafna fejn mis-sena 2010 lil hawn, ġie rreġistrat rekord wara l-ieħor fin-numru ta’ turisti li żaru Malta u Għawdex. It-trend pożittiva qed tkompli fis-sena 2016, u fil-fatt sa April rajna żieda ta’ 11% fuq l-istess perjodi tas-sena l-oħra. It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi t-total ta’ viżitaturi, inkluż dawk li ġew permezz ta’ cruiseliners u qattgħu lejl f’Malta, mill-2010 sal-2015.
Leg 12 PQ #19512 Sitting 397 2016-06-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Karozzi, muturi u vetturi mikrija mit-turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inkrew karozzi, muturi u vetturi oħrajn mit-turisti li kienu Malta matul is-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi statistika uffiċjali dwar kemm inkrew karozzi, muturi u vetturi oħrajn minn turisti matul is-snin 2013/2014/2015 m’hix disponibbli. Minn stħarriġ li tagħmel l-Awtorita’ tat-Turiżmu dwar l-ispiża tat-turisti fil-pajjiż joħroġ li: · Fis-sena 2013, 17.4% (madwar: 275,300 turist) tat-turisti nefqu flus fuq kiri ta’ vettura · Fis-sena 2014, 16.8% (madwar: 283,900 turist) tat-turisti nefqu flus fuq kiri ta’ vettura · Fis-sena 2015, 18.7% (madwar: 335,000 turist) tat-turisti nefqu flus fuq kiri ta’ vettura
Leg 12 PQ #19513 Sitting 397 2016-06-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Politika Nazzjonali dwar il-films

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex inħasset il-ħtieġa li ssir Politika Nazzjonali dwar il-films? Jista’ jgħid meta hemm il-pjan li din il-politika tkun fis-seħħ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-ewwel Politika Nazzjonali tal-Films f’pajjiżna ġiet imjedija f’Jannar 2016. Din il-Politika hija l-unika waħda tax-xorta tagħha fl-istorja ta’ 90 sena ta’ films f’pajjiżna. L-iskop wara din il-politka kien sabiex pajjiżna jkollu direzzjoni ċara fi ħdan is-settur. Matul l-aħħar sentejn, l-industrija tal-films f'Malta ħadet dimensjoni ġdida u dan is-settur huwa kontributur ieħor importanti għat-tkabbir ekonomiku ta’ Malta. Din il-politika se tkun qed tistabbilixxi viżjoni u strateġija għall-ħames snin li ġejjin, sabiex nimmassimizzaw il-potenzjal tal-industrija tal-films kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Din il-politika ser twassal biex Malta tistabbilixxi isimha fuq il-mappa internazzjonali bħala destinazzjoni unika tal-films. Id-dokument ta’ politika huwa frott ta’ ħidma bla heda ta’ kunsill konsultattiv li ġie mwaqqaf apposta, b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati ewlenin, kif ukoll il-pubbliku inġenerali.