Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-bankina fi Triq Manwel Dimech, Qormi minħabba l-istat diżastruż li tinsab fiha u minħabba wkoll li hemm għadd ta' spralli maqlugħin u li huma ta' periklu għan-nies?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex issir spezzjoni fit-triq ħalli jkun stabbilit x'għandu jsir.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tat-tender tat-triq ta' Burmarrad/San Ġuzepp tat-Tarġa li qegħda issir bħallissa? Min rebaħ din it-tender? Xi kemm se tieħu żmien din it-tender u meta se titlesta? Min hu l-perit (inkluz d-ditta) tal-kuntrattur inkarigat minn dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-valur tat-tender li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jammonta għal Lm1,347,647 u l-kuntratt ġie mogħti lid-ditta Penza Tarmac Ltd. b'completion period ta' 52 gimgħa.
Il-kuntrattur hu responsabbli mid-disinn tat-triq u għal dan il-għan ħatar lid-ditta Design Resources biex tagħmel id-disinn u tkun responsabbli mix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid b'riferenza għall-interpellanza tiegħi 24008 u għat-tweġiba mogħtija, jista' l-Ministru jgħid jekk (i) minn dakinhar 'il hawn kienx hemm kuntratturi oħra li ntalbu mid-Dipartiment tat-Toroq biex jaqilgħu xogħol li kienu għamlu u jekk fl-affermattiv min kienu l-kuntratturi u fejn kienu qed jaħdmu (ii) Min kienu dawk il-kuntratturi li min 1994 l-hawn qalaw partijiet mix-xogħol li kienu qed jagħmlu ghax ma kienx ta livell, fejn kienu qed jaħdmu u meta sar dan, u (III) min-1994 l' hawn kien hemm kuntratturi li qalgħu xogħol li għamlu jew li kienu qed jagħmlu din id-darba għal kunsilli lokali? Jekk fl-affermativ, x'liema lokal ħadmu jew kienu qed jaħdmu, meta u x'kien ix-xogħol li qalgħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn Frar 'l hawn kien hemm xi xogħolijiet f'Ħal Qormi u f'Ħ'Attard li saru mid-ditta Polidano Bros. u li d-Dipartiment tat-Toroq ħass il-bżonn li x-xogħol jiġi rimedjat minħabba li ma laħaqx il-kwalita' meħtieġa.
Id-Dipartiment tat-toroq m'għandux informazzjoni dwar ix-xogħol li setgħu qalgħu il-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il abbonat ta' l-internet kien hawn, sena b'sena, mill-1996 'il hawn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qabel it-twaqqif tal-Malta Communications Authority, l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma kienitx tinżamm b'mod regolari. Madankollu, nista' nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija lilu stess għal mistoqsija parlamentari Nru. 22502.
Jien infurmat ukoll li sat-31 ta' Mejju kien hemm 40,000 abbonati ta' l-Internet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet iż-żjara li uffiċjali mill-Wireless Telegraphy għamlu f'Londra għal-laqgħa ta' l-International Maritime Organisation bejn l-10 u l-15 ta' Diċembru 2000?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-nefqa totali taż-żjara uffiċjali f`Londra, li saret mill-uffiċjali tal-Wireless Telegraphy bejn l-10 u l-15 ta` Diċembru, 2000 ammontat għal Lm898.03.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet iż-żjara li uffiċjali mill-Malta Maritime Authority għamlu f'Londra għal-laqgħa ta' l-International Maritime Organisation bejn l-10 u l-15 ta' Diċembru 2000?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ż-żjara f'Londra għall-laqgħa ta' l-International Maritime Organisation ġiet tiswa Lm855.
Jista' l-Ministru jgħid x'permessi tenħtieġ mill-awtorita' biex issorġi lanċa tas-sajd fil-portijiet Maltin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-laneċ tas-sajd, bħal kull vapur ieħor, jagħmlu talba lill-Awtoritajiet kompetenti biex ikunu jistgħu jidħlu fil-portijiet Maltin.
L-Awtorita' Marittima tassigura li meta dawn jidħlu fil-portijiet Maltin huma jikkonformaw mal-proċeduri u formalitajiet rikjesti mir-Regolamenti tal-Port ta' l-1960 u jħallsu drittijiet kif stabbiliti fir-Regolamenti tad-Drittijiet tal-Port.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu sħieb Triq Marco Montebello, Qormi, biex ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li l-iżvilupp fil-lokalita` għadu għaddej din it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa, għalhekk xogħolijiet fiha jkunu jistgħu jsiru meta l-iżvilupp ikun tlesta' u s-servizzi jkunu tqegħdu b'mod permanenti fit-triq.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu ħsieb Triq in-Nassab, Qormi, biex ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li l-iżvilupp fil-lokalita` għadu għaddej din it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa, għalhekk xogħolijiet fiha jkunu jistgħu jsiru meta l-iżvilupp ikun tlesta u s-servizzi jkunu tqegħdu b'mod permanenti fit-triq.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu ħsieb Triq il-Furnar, Qormi, biex ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Peress li l-iżvilupp fil-lokalita` għadu għaddej din it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa. Xogħolijiet ikunu jistgħu jsiru meta l-iżvilupp ikun tlesta u s-servizzi jkunu tqiegħdu b`mod permanenti fit-triq.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu ħsieb biex Triq il-Belt Valletta, Qorm, ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq Valletta hija waħda mit-toroq antiki u asfaltati f'Ħal Qormi u għalhekk il-Kunsill Lokali huwa responsabbli mil-manutenzjoni tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali se jieħu ħsieb biex Triq ir-Ragħaj, Qormi ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn spezzjoni li għamel id-Dipartiment jirriżulta li għad hemm ħafna bini f'shell form li qiegħed jiġi iffinixjat f'din it-triq u għalhhekk ix-xogħol tal-asfalt ma jistax isir għalissa.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26621?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-junction fejn hemm ic-centre strip li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant saret skond l-istandard Ingliż TA 20/84 maħruġ mill-Highways and Traffic Directorate tad-Department of Transport Ingliż.
Ix-xogħolijiet proposti mill-Onor. Interpellant imorru kontra dan l-istandard u b'hekk ipoġġu l-junction lura għall-istat ta` periklu li l-proġett immira li jelimina.
Għalhekk is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant ma jistax jiġi milqugħ.
Issa li hemm sewwieqa li ilhom aktar minn tliet xhur li bagħtu l-liċenzja personali tagħhom biex tiġġedded, jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni peress li d-direttur tat-traffiku għadu ma bagħtx lura l-liċenzja l-ġdida? Għaliex hemm dan id-dewmien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-ewwel ta` Jannar ta` din is-sena l-liċenzja tas-sewqan tikkonsisti minn żewġ dokumenti, jiġifieri, mil-liċenzja photocard u mill-kontroparti tal-liċenzja.
Billi kien hemm xi diffikultajiet waqt il-proċess tat-tender għal provista tal-photocards id-Dipartiment tal-Licenzji u Testijiet għalissa qed joħroġ biss il-Kontroparti tal-Liċenzji u din weħeda hija valida bħala liċenzja tas-sewqan sakemm il-liċenzja photocard tintbagħat aktar tard din is-sena lil dawk kollha li jkunu ġeddew il-liċenzji tas-sewqan il-qadima.
Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi każ partikulari nitolbu jirreferi l-każ biex jiġi nvestigat.
B'referenza għall-barriera li hija ippjanata li ssir fi Triq il-Wied, l-Iklin, jistgħux jittieħdu passi biex ma tiġix imblukkata l-entratura għad-dar li d-dettalji qed jintbagħtu separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li diġa ttieħdu passi biex issir laqgħa mar-residenti tad-djar li jiġu wara din il-crash barrier u mal-Kunsill Lokali ta` l-Iklin biex ix-xogħol li se jsir ma jkunx ta` tfixkil għal dawn ir-residenti.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25377, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha?
(PQ waslet 29/5/2001)
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 26700.
Jista' l-Ministru jistħarreġ il-possibbilta' li minn fuq il-pont sa ħdejn il-knisja ta' l-Isperanza l-Mosta, li għandu 'l fuq minn 100 sena, ma jgħaddux trakkijiet kbar għaliex jirriżulta li qed ikunu ta' dannu kbir u ta' ħsara għall-pont?
Response (GALEA, ĊENSU)
Id-Dipartiment tat-Toroq qed jagħmel survey tal-pontijiet li hawn fil-ġzejjer Maltin biex jiġi stabbilit l-istat tagħhom u x'użu jista' jsir minnhom biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm ebda dannu għal pont u ebda periklu għas-sewwieqa.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25361, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha?
(PQ waslet 29/5/2001)
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta mogħtija għal Mistosija Parlamentari Nru 26631.