Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn u nofs, il-kumpanija taljana Finagrit kemm-il darba rebħet kuntratti biex tforni l-qmugħ lill-Medigrain? X'persentaġġ huma dawn mill-kuntratti mill-kuntratti kollha mogħtija? B'liema prezzijiet rebħet dawn il-kuntratti meta mqabbla mal-kompetituri tagħha għall-istess kuntratti?
Jista' l-Ministru jgħid mil-elezzjoni ġenerali l-'hawn kemm ġew ingaġġati nies mal-WSC u mal-Enemalta? Kemm spiċċaw nies minn dawn il-korporazzjonijiet? Dawk il ġew ingaġġati f'liema gradi ġew ingaġġati?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-taxxi ndiretti (TARIC) li franka l-poplu tagħna fuq l-importazzjoni tal-materja prima tat-trab tal-ħalib għaliex matul l-aħħar snin pajjiżna ma' kienx membru ta' l-UE?
Kemm fil-fatt kienet it-tariffa li l-UE imponiet fuq il-popli kollha tal-pajjiżi membri fuq l-importazzjoni taċ-ċanga ġejja mil-pajjiżi li mhumiex membri nkluż dawk il-prodotti oħra li jkunu magħmula mill-kompozzjoni ta' dan is-sors, bħaċ-ċikkulata u gallettini
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26405 dwar l-istess materja.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-taxxi ndiretti (TARIC) li franka l-poplu tagħna fuq l-importazzjoni tal-materja prima tar-ross u trab tal-bajd għaliex matul l-aħħar snin pajjiżna ma' kienx membru ta' l-UE?
Kemm fil-fatt kienet t-tariffa li l-UE imponiet fuq il-popli kollha tal-pajjiżi membri fuq l-importazzjoni tar-ross u trab tal-bajd ġejja mill-pajjiżi li mhumiex membri nkluz dawk fuq il-prodotti oħra li jkunu magħmula mill-kompozzjoni ta' dawn is-sorsi ta' l-ikel?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26405 dwar l-istess materja.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-taxxi ndiretti (TARIC) li franka l-poplu tagħna fuq l-importazzjoni tal-materja prima tal-butir u gabon għaliex matul l-aħħar snin pajjiżna ma' kienx membru tal-UE? Kemm fil-fatt kienet tariffa li l-UE imponiet fuq il-popli kollha tal-pajjiżi membri fuq l-importazzjoni tal-gobon u butir ġejja mill-pajjiżi li mhumiex membri nkluż dawk fuq il-prodotti oħra li jkunu magħmula mill-kompozzjoni tal-butir bħal gallettini?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26405 dwar l-istess materja.
Jistaż l-Ministru jgħid għaliex fl-area ta' Mwieġel Road, Żurrieq, fejn hemm tlett irżieżet tal-majjali u tnejn tal-baqar, sar xogħol fuq id-distribuzzjoni ta' l-ilma li mhux komplut, fis-sens li sar biss madwar 300 metru ta' pajp u ma ġiex moqdi kullħadd, bil-konsegwenza li l-pressa f'ċertu postijiet hija verament baxxa? Għaliex it-triq tħalliet fi stat diżastruż? Meta se jitkompla x-xogħol? Jekk hux kulħadd se jkun moqdi kif suppost bis-servizz ta' l-ilma b'mod addatat?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u tittieħed l-azzjoni relattiva.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari rnu. 25319, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba:
1) tikkonċerna nfieq pubbliku?
2) biex il-kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn ir-reklami u l-infieq imsemmi qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuz u mingħajr favoritiżmu? u
3) biex il-kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Peress li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuż, fin-nuqqas ta' l-informazzjoni mitluba ma jkunx jqiegħed jonqos milli jgħati informazzjoni importanti dwar infieq pubbliku b'mod trasparenti li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
Response (BONNICI, JOSEF)
Infakkar lill-Onorevoli Membru li biex tinġabar l-informazzjoni dettaljata dwar kull reklam li sar f'dawn l-aħħar tlitt snin minn kull dipartiment u kull entita' oħra li jaqgħu taħt kull Ministeru - kif qed jitlob li jsir - ikun jinħtieġ l-użu ta' riżorsi umani li wkoll jinvolvu infieq pubbliku.
Jiena mhux sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata kif mitluba fil-mistoqsija numru 25319 tiġġustifika li jiena nordna li din għandha tinġabar.
Jekk, iżda, l-Onorevoli Interpellant għandu xi provi ta' każi partikulari fejn il-proċeduri ma sarux " bi trasparenza, mingħajr ħabi, bla bżonn u bla abbuż u mingħajr favoritiżmu" jgħidhomli u jiena nara li jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kien l-kompozzizjonijiet sussidjati bl-Export Refund fuq l-importazzjoni tal-ħelu, ġelati, gallettini u ċikkulati ġejja mill-pajjiżi ta' l-UE matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26346 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 553.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-taxxi indiretti (TARIC) li franka l-poplu tagħna fuq l-importazzjoni tal-materja prima taz-zokkor għaliex matul l-aħħar snin pajjiżna ma' kienx membru ta' l-UE? Kemm fil-fatt kienet it-tariffa li l-UE imponiet fuq il-popli kollha tal-pajjiżi membri fuq l-importazzjoni taz-zokkor ġej mil-pajjiżi li mhumiex membri nkluż dawk fuq il-prodotti oħra li jkunu magħmula mill-kompozzjoni taz-zokkor?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-Integrated Tariffs of the European Communities, komunement magħrufa bħala TARIC, jirreferu għal taxxi taħt forma ta' dazju u levies li jinġabru integralment u esklussivament fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant il-Gvern Malti la għandu il-kompitu u lanqas il-mezz biex jiġbor statistika dwar dawn it-taxxi.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-taxxi ndiretti (TARIC) li franka l-poplu tagħna fuq l-importazzjoni tal-materja prima tal-laħam taċ-ċanga (beef) għaliex matul l-aħħar snin pajjiżna ma' kienx membru ta' l-UE?
Kemm fil-fatt kienet it-tariffa li l-UE imponiet fuq il-popli kollha tal-pajjiżi membri fuq l-importazzjoni taċ-ċanga ġejja mil-pajjiżi li mhumiex membri tagħha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26405 dwar l-istess materja waqt is-Seduta ta' llum stess.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-taxxi ndiretti (TARIC) li franka l-poplu tagħna fuq l-importazzjoni tal-materja prima tal-laħam abjad għaliex matul l-aħħar snin pajjiżna ma' kienx membru ta' l-UE?
Kemm fil-fatt kienet it-tariffa li l-UE imponiet fuq il-popli kollha tal-pajjiżi membri fuq l-importazzjoni taċ-ċanga ġejja mil-pajjiżi li mhumiex membri tagħha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26405 dwar l-istess materja waqt is-Seduta ta' llum stess.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-taxxi ndiretti (TARIC) li franka l-poplu tagħna fuq l-importazzjoni tal-materja prima tal-qmuħ għaliex matul l-aħħar snin pajjiżna ma' kienx membru ta' l-UE?
Kemm fil-fatt kienet it-tariffa li l-UE imponiet fuq il-popli kollha tal-pajjiżi membri fuq l-importazzjoni taċ-ċanga ġejja mil-pajjiżi li mhumiex membri nkluz dawk fuq il-prodotti oħra li jkunu magħmula mill-kompozzjoni tat-tqiq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26405 dwar l-istess materja waqt is-Seduta ta' llum stess.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu t-taxxi ndiretti (TARIC) li franka l-poplu tagħna fuq l-importazzjoni tal-materja prima taċ-ċerejali għaliex matul l-aħħar snin pajjiżna ma' kienx membru ta' l-UE?
Kemm fil-fatt kienet it-tariffa li l-UE imponiet fuq il-popli kollha tal-pajjiżi membri fuq l-importazzjoni taċ-ċanga ġejja mil-pajjiżi li mhumiex membri nkluż dawk il-prodotti oħra li jkunu magħmula mill-kompozzjoni tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26405 dwar l-istess materja waqt is-Seduta ta' llum stess.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li l-Enemalta tgħid fiex waslu diversi talbiet, fosthom permezz ta' mistoqsijiet parlamentari preċendenti tiegħi, biex isir ftit street lighting fi Triq il-Miklem Malta, Wied il-Għajn, li minkejja ferm abitata, hija mudlama ħafna?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-Export Refund fuq l-importazzjoni tal-materja prima tat-tabak fil-gzejjer tagħna ġejja mill-pajjiżi ta' l-UE matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26346 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 553.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-Export Refund fuq l-importazzjoni tal-materja prima tat-qmuħ fil-gzejjer tagħna ġejja mill-pajjiżi ta' l-UE matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26346 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 553.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-Export Refund fuq l-importazzjoni tal-materja prima taċ-ċerejali fil-gzejjer tagħna ġejja mill-pajjiżi ta' l-UE matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26346 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 553.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-Export Refund fuq l-importazzjoni tal-materja prima tal-whey fil-gzejjer tagħna ġejja mill-pajjiżi ta' l-UE matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26346 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 553.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien is-sussidju ta' l-Export Refund fuq l-importazzjoni tal-prodotti tal-ġobon fil-gzejjer tagħna ġejja mill-pajjiżi ta' l-UE matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 26346 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 553.