Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #32313 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Għajnuna ta' assisteni personali — persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema li permezz tagħha l-persuna b'diżabilità jkollha l-għajnuna ta' assistent personali hux se tiġi mnedija ukoll għall-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali severa? Jekk le, għaliex mhux se tiġi introdotta ukoll bħal ma hija introdotta għall-persuni b'diżabilità intellettwali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #32314 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Proġett Soċjetà Ġusta — persuna b'nuqqas ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Proġett Soċjetà Ġusta li semma ta' spiss il-Prim Ministru u li l-għan tiegħu huwa li jinħoloq għaxart idjar żgħar fil-komunità matul din is-sena hijiex indirizzata ukoll għall-persuni li għandhom diżabilità severa minħabba nuqqas ta' saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #32315 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali — servizzi ta' respite

Question

Jista' l-ministru jindika s-servizzi kollha ta' respite għall-persuni li għandhom nuqqas ta' saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz ta' Respite għal persuni li għandhom nuqqas ta' saħħa mentali jiġi pprovdut billi l-gvern jaħdem id f’id mar-Richmond Foundation sabiex b’hekk il-pazjenti li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali jkunu jistaw ikomplu jieħdu l-kura meħtieġa anki fl-assistenza ta’ xi familjari li għal xi jiem jistaw ikunu indisposti.
Leg 12 PQ #32324 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għas-Saħħa

Mosta – żebgħa lill-faċċata tal-Klinika

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32052, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex is-sular t'isfel taċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Mosta jiġi miżbugħ biex b'hekk id-dehra tkun tidher aktar nadifa kif xieraq peress li l-faċata li qed tintalab isir mhijiex proprjetà tal-Kunsill Lokali tal-Mosta iżda hija taħt il-Ministeru għas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nfakkar lill-Onorevoli Interpellant illi kif jaf tajjeb hu, il-binja ta’ fejn jinsab iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta hija propjeta’ tal-Kunsill Lokali. Id-Dipartiment tal-Kura Primarja ilu sentejn jiddiskuti u jipproponi soluzzjonijiet mhux biss għal parti fejn għandu x’jaqsam iċ-Ċentru tas-Saħħa imma għal binja kollha.Dan il-Kunsill wara sentejn għadu ma ffirma l-ebda ftehim sabiex ix-xogħlijiet tant neċessarji jkunu jistaw isiru mill aktar fis.
Leg 12 PQ #29794 Sitting 498 2017-03-22 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Staff – reduced hours u teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Leg 12 PQ #31332 Sitting 498 2017-03-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Nexia BT – rapport dwar il-waiting lists

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar minn Nexia BT dwar il-waiting lists?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 31452.
Leg 12 PQ #31954 Sitting 498 2017-03-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ qed ikun segwit.
Leg 12 PQ #31956 Sitting 498 2017-03-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Clinical Exome Sequencing test – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ Clinical Exome Sequencing test?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed ikun segwit.
Leg 12 PQ #31974 Sitting 498 2017-03-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

NexiaBT – kuntratt

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31452, jista’ l-Ministru jgħid meta ngħata l-kuntratt indikat minnu, lil NexiaBT? Jista’ jgħid x' rapporti saru minn NexiaBT permezz ta' dan il-kuntratt? Meta beda dan il-kuntratt u meta spiċċa? Kemm tħallsu b' kollox NexiaBT għal dan il-kuntratt?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Nexia Bt Advisory Services Limited ħarġu kontijiet għal valur ta €52,053 (VAT inkluż) lill-Ministeru għas-Saħħa għall-perjodu mit-30 ta’ Ġunju 2014 sat- 30 ta’ Ġunju tal-2016. Is-servizz waqaf f’Ġunju 2016.
Leg 12 PQ #31975 Sitting 498 2017-03-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – intervent tal-IVF

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-total ta' koppji li għamlu l-IVF f'Mater Dei minn meta beda jsir sal-aħħar ta' Frar 2017? Kemm minn dawn il-koppji kienu ta' nazzjonalità barranija u ta' liema nazzjonalità kienu? Kemm koppji, fejn il-mara kellha 43 sena jew aktar, għamlu l-intervent tal-IVF f' Mater Dei? Kemm koppji fejn il-mara kellha 25 sena jew anqas, għamlu l-intervent tal-IVF f'Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar 2015 u Frar 2017, saru 416 ċiklu tal-IVF/ ICSI f’Mater Dei. Dawn saru kollha minn residenti Maltin. Ma kien hemm l-ebda koppja, fejn il-mara kellha 43 sena jew aktar u lanqas fejn il-mara kellha 25 sena jew anqas, li għamlu l-intervent tal-IVF f'Mater Dei.
Leg 12 PQ #31976 Sitting 498 2017-03-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tad-Dermatoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża medja fuq kull pazjent li jattendi d-Dipartiment tad-Dermatoloġija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża hija varata minn pazjent għal ieħor għaliex mhux kull pazjent ikollu l-istess esiġenza.
Leg 12 PQ #32033 Sitting 498 2017-03-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet u kliniċi privati – ħlas għal xogħol

Question

B’referenza għar-risposta jew aħjar in-nuqqas ta' risposta tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari numri 31453 u 31888, jista’ l-Ministru jispjega kif dan il-Parlament u l-pubbliku in ġenerali ma għandux ikun jaf kemm ħallas il-Gvern lill-isptarijiet u l-kliniċi privati għal xogħol li dawn għamlu lill-Gvern bħala ammont totali għal kull sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u fis-sena 2016? Jaf il-Ministru li kull ma qed tintalab hija ċifra totali u li dawn huma flus pubbliċi li tħallsu lill-kliniċi privati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif jaf hu din hija informazzjoni ta’ natura kummerċjali. Dawn il-flus pubbliċi intużaw sabiex il-pazjenti Maltin u Għawdxin ikunu jistaw jieħdu servizz effiċenti u l-kura meħtieġa mingħajr ma jkomplu jistennew għal tul ta’ żmien, kif kien jiġri taħt gvern nazzjonalista.
Leg 12 PQ #32052 Sitting 498 2017-03-22 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għas-Saħħa

Mosta – żebgħa lill-faċċata tal-Klinika

Question

Jista’ l-Ministru jieħu passi sabiex il-faċċata tas-sular t’isfel taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-fergħa tal-Mosta tiġi miżbugħa biex tiġi tidher iktar nadifa u kif inhu xieraq għall-klinika tal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-binja msemmija minnu hija propjeta’ tal-Kunsill Lokali tal-Mosta illi sa Novembru li għadda kien propju sindku tiegħu hu stess. Filfatt id-Dipartiment tal-Kura Primarja ilu madwar sentejn jiġri wara l-Kunsill Lokali tal-Mosta sabiex ikun jista jsir xogħol relatat mal-binja.
Leg 12 PQ #31323 Sitting 497 2017-03-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — każijiet ta' inġustizzja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ inġustizzja ġie ttrattat, solvut, investigat u deċiż minn xi entità li taqa’ taħtu minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid minn min kien magħmul il-Bord jew entità li trattat tali każijiet ta’ inġustizzja? Jista’ jelenka (mingħajr ismijiet) l-ammont ta’ flus ordnati li għandhom jitħallsu (jew li diġà tħallas) u/jew xi rimedju ieħor ordnat/mogħti fl-ewwel 12-il każ biss għal kull entità/Bord fil-Ministeru tiegħu li qed jinvestiga l-inġustizzji?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda entitá li trattat każijiet ta’ ingustizzja fi ħdan dan il-Ministeru.
Leg 12 PQ #31997 Sitting 497 2017-03-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Type 2 Diabetes – tqassim ta’ strips b’xejn

Question

B’referenza għat-tweġibiet għar-risposti għall-mistoqsijiet 31850 u 31023, jista’ l-Ministru jindika f’liema xahar ta’ din is-sena se jibdew jingħataw l-istrips lill-pazjenti ta’ Type 2 Diabetes? Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn pazjenti tat-Type 1 Diabetes mhux qed jingħataw 4 strips kuljum kif indikat fit-tweġiba?

Response (FEARNE, CHRIS)

Waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 31023 u 31996, ninformaha ukoll li minn Novembru li għadda pazjenti kollha b'Type 1 Diabetes bdew jingħataw 4 strips kuljum mingħajr ħlas.
Leg 12 PQ #31998 Sitting 497 2017-03-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mount Carmel – każijiet ta’ gastroenteritis

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31849, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi fl-investigazzjoni dwar il-każ ta’ gastroenteritis li seħħet fl-Isptar Mount Carmel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjoni neċessarja saret immedjatament kif is-Supretendent kienet infurmata bil-każ. Mit-testijiet li saru ma tkabbar l’ebda mikrobu patoġeniku.Tajjeb li nghid li ma kienx hemm aktar każijiet wara it-8 ta’Marzu.
Leg 12 PQ #31999 Sitting 497 2017-03-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

VGH – flus allokati

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31848, jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’kollox il-Vitals Global Healthcare (VGH) fis-sena 2016? Din il-figura tinkludi l-pagi jew le? X’sar mill-VGH b’dawn il-flus allokati lilhom mit-taxxi tal-poplu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29182.
Leg 12 PQ #32000 Sitting 497 2017-03-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ftehim mal-Vitals Global Healthcare

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31847, jista’ l-Ministru jgħid f’liema fażi tal-ftehim mal-Vitals Global Healthcare (VGH) kien involut hu direttament? Jaqbel mal-fatt li l-kuntratt kien iffirmat personalment mill-Ministru Konrad Mizzi u mhux minn uffiċjal għoli fid-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 31847, ninfurmaha illi kif inhu evidenti mill-kuntratti ppubblikati fid-19 ta’ Ottubru tas-sena l-oħra, il-firmatorju minn naħa tal-Gvern kien il-Ministru Mizzi.
Leg 12 PQ #32001 Sitting 497 2017-03-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Vaċċin tal-Meningitis B

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31846 jista’ l-Ministru jgħid b’mod ċar x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern u tad-Dipartiment tas-Saħħa fuq it-tilqima tal-Meningitis B? U x’qed jagħmel il-Gvern biex ma jkunx hemm abbuż fil-prezz li qed tinbiegħ din it-tilqima?

Response (FEARNE, CHRIS)

Waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31846, nitlobha tirreferi t-tieni parti tal-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #32002 Sitting 497 2017-03-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Att tal-2016 dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31088, jista’ l-Ministru jgħid b’mod ċar għalfejn għadu ma ppublikax l-erba’ Avviżi Legali li kien qal li se jippublika marbuta mal-Att tal-2016 dwar il-Promozzjoni ta’ Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumitat interministerjali mwaqqaf skont il-Att imsemmi minnha għadu qiegħed jagħmel xogħol kif indikat mill-istess Att.