Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każijiet ta’ omiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ omiċidji bejn l-1999 u l-2014, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm mill-vittmi kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tal-vittmi? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u ta’ nazzjonalità barranija? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet solvuti u kemm ġew akkużati nies quddiem il-Qorti u kemm minnhom instabu ħatja? Jista’ jgħid kemm minn dawk li nstabu ħatja kienu rġiel u kemm kienu nisa? Jista’ jagħti l-etajiet ta’ dawk li nstabu ħatja? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u ta’ nazzjonalità barranija ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu mitlub u cioe bejn is-sena 1999 u s-sena 2014 kien hemm total ta’ wieħed u tmenin (81) omiċidju volontarju. Dawn jidhru sena b’sena b’mod separat fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Forzi Armati ta’ Malta – operazzjonijiet ta’salvataġġ fuq il-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ saru fuq il-baħar minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta fejn matulhom ġew salvati nies bejn l-1994 u l-2014, sena b’sena b’mod separat? Kemm ġew salvati nies f’dawn l-operazzjonijiet, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid in-natura ta’ nies (sajjieda, immigranti irregolari, eċċ.) li kienu salvati sena b’sena b’mod separat? Kif kienu mgħarrfa l-Forzi Armati bil-ħtieġa li jsiru dawn l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Qrati — Reati ta’ ksur ta’ buon ordni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' ksur ta’ buon ordni matul l-2013 u l-2014 b’mod separat u x'kienu s-sentenzi mogħtija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Qrati — Reati ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni matul l-2013 u l-2014 b’mod separat u x'kienu s-sentenzi mogħtija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013 kien hemm sitta u sittin (66) persuna li bejniethom tressqu l-Qorti tlett mija u erbgħa u erbgħin (344) darba fuq akkużi ta’ tlajjar għall skop ta’ prostituzzjoni. Fis-sena 2014 kien hemm ħamsin (50) persuna li bejniethom tressqu l-Qorti mija u sitta u disgħin (196) darba. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenzi sospiżi, probation, liberta kondizzjonata, multa u ċanfira jew twiddiba. Tabella li tindika in-numri ta persuni li ġew kawżati u kemm il-darba ġew akkuzati fis-snin 2013 u 2014 qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Qrati — reati ta’ vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' vjolenza domestika matul l-2013 u l-2014 b’mod separat u x'kienu s-sentenzi mogħtija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013 kien hemm sebgħa mija u erbgħa u tmenin (784) persuna f’Malta u Għawdex li ġew akkuzati għal xi tip ta’ inċident ta’ vjolenza domestika. Matul is-sena 2014 l-ammont ta persuni akkuzati bl’istess reat kien ta’ seba’ mija u tmienja u sebgħin.

Qrati — Reati ta’ stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' stupru matul l-2013 u l-2014 b’mod separat u x'kienu s-sentenzi mogħtija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013 tressqu tlettax (13) il-peruna l-Qorti fuq diversi akkuzi ta’ stupru. Fis-sena 2014 tressqu sitt persuni mressqa bl-istess akkużi. Id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.

Qrati — Reati ta’ vjolezna fuq l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' vjolenza fuq anzjani matul l-2013 u l-2014 b’mod separat u x'kienu s-sentenzi mogħtija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Droga misjuba fil-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn instabet id-droga fil-ħabs matul l-2013 u l-2014 b’mod separat? X’tip ta’ droga nstabet? X’passi ttieħdu ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Għassa Raħal il-Ġdid – rapporti ta’ rejati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru rapporti ta’ reati ġew rappurtati rejati ta’ serq fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid tul is-snin 2013 u 2014?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li n-numru globali ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir- rigward tal-lokalita’ ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2013 kien jammonta għal mija u wieħed u ħamsin (151) każ, filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati mija u sitta u tletin (136) każ.

Għassa Fgura – rapporti ta’ reati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru rapporti ta’ reati ta’ serq fl-Għassa tal-Fgura tul is-snin 2013 u 2014?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n- numru globali ta’ serq li ġie rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita’ tal-Fgura fis-sena 2013 kien jammonta għal mitt (100) każ, filwaqt li fis-sena 2014 kien hemm sitta u tmenin (86) każ.

Wied il-Għajn – għassa tal-pulizija — tneħħija ta’ container

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bir-raġuni għaliex il-container li kien qiegħed iservi ta’ għassa f’Wied il-Għajn tneħħa minn postu f’dawn l-aħħar jiem?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi il-container li kien qiegħed iservi ta’ għassa f’Wied il-Għajn, tneħħa minn postu il-għaliex skada il-permess li inħareg mil-MEPA, biex dak ikun fil-lok fejn kien jinstab.

Wied il-Għajn – għassa tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x’ser jiġri mill-Għassa tal-Pulizija li kien hemm qabel f’Wied-il-Għajn wara li s-sena li għaddiet ġiet abbandunata?

Response (ABELA, CARMELO)

Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, il-ħtieġa ta’ Għassa ġdida ġewwa Marsascala ilu snin twal jinħass u dan għal diversi raġunijet. Il-prokrastinazzjoni fi żmien il-Gvern Nazzjonalista waslitna għas-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum. Din l-amministrazzjoni qed tagħmel ħilitha sabiex filwaqt li tibqa` tagħti s-servizz meħtieġ, fl-istess waqt insibu post adegwat sabiex ikun hemm Għassa li taqdi l-bżonnijiet tal-lum.

Pulizija — Traffic tickets

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm ingħataw traffic tickets mill-Korp tal-Pulizija tul s-snin 2013 u 2014? Jistgħu dawn jinqasmu dettaljatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Korp tal-Pulizija — organigramma

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigramma tal-istruttura li għadha kemm tlestiet għall-Korp tal-Pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

propjetà ta' għassa — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara każ ta' individwu lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament rigward każ ta' għassa li hija propjetà tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Protezzjoni Ċivili – talbiet għall-għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm lill-Protezzjoni Ċivili għall-għajnuna bejn l-2000 u l-2014 sena b’sena? Jista’ jgħid x’kienu t-talbiet għall-għajnuna? Jista’ jgħid, fejn applikabbli, kemm ġew salvati nies ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija — Persuni arrestati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ kien hemm fl-2013 u l-2014, xahar b'xahar, fejn il-pulizija għamlet arresti ta’ nies li kienu passiġġiera fuq it-trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija u li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom? Jista' jgħid x'tip ta' droga kienet u kemm kienu l-ammonti f'kull każ? Jista’ jgħid x’nazzjonalità kellhom il-persuni arrestati? Jista’ jgħid kemm kienu l-persuni li tressqu l-Qorti b’rabta ma dawn il-każijiet ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li ma kienx hemm każijiet ta’ persuni li nqabdu bid-droga wara li waslu bi transport bil-baħar minn Sqallija fis-sena 2013, qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-każijiet li kien hemm fis-sena 2014.

Qrati — Reati ta’ pedofelija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' pedofelija matul l-2013 u l-2014 b’mod separat u x'kienu s-sentenzi mogħtija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013 kien hemm għoxrin (20) każ ta pedofelija u li dwarhom ġew imressqa għoxrin (20) persuna l-Qorti. Matul is-sena 2014 kien hemm tlieta u għoxrin (23) każ li dwarhom tressqu erbgħa u għoxrin (24) persuna l-Qorti. Dettalji oħra mitluba qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.

Qrati — Reati ta’ traffikar u pussess tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq traffikar u pussess ta’ droga, matul l-2013 u l-2014 b’mod separat u x'kienu s-sentenzi mogħtija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra. l-ewwel tabella turi dettalji dwar tlett mija u tlieta u għoxrin (323) każ ta’ persuni li tressqu l-Qorti fuq pusses ta` droga fis-sena 2013. It-tabella turi wkoll il-każijiet b’mod separat, inkluż l-imputazzjoni, u s-sentenzi mogħtija, meta il-każ mgħadux sub judice. It-tieni tabella turi dettalji dwar mija u disa (109) persuna li tressqu l-Qorti fuq traffikar ta’ droga fis-sena 2013. It-tabella turi wkoll il-każijiet b’mod separat, inkluż l-imputazzjoni, u s-sentenzi mogħtija, meta il-każ mgħadux sub judice. It-tielet tabella turi dettalji dwar tlett mija u ħamsa u ħamsin (355) persuna li tressqu l-Qorti fuq pusses ta` droga fis-sena 2014. It-tabella turi wkoll il-każijiet b’mod separat, inkluż l-imputazzjoni, u x’kienu s-sentenzi mogħtija, meta il-każ magħadux sub judice. Ir-raba’ u l-aħħar tabella turi dettalji ta’ mija u erbatax (114) il-persuna li tressqu l-Qorti fuq traffikar ta’ droga fis-sena 2014. It-tabella turi wkoll il-każijiet b’mod separat , inkluż l-imputazzjoni, u x’kienu s-sentenzi mogħtija, meta il-każ mgħadux sub judice.