Upgrade għal Cochlear Nucleus 6 – appell minn speċjalisti
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ispeċjalisti qed jappellaw bla waqfien biex pazjenti li għandhom bżonn l-upgrade għal Cochlear Nucleus 6 jiġu trattati bħala high priority? Jikkonferma li dawn l-appelli saru b’insistenza fil-perjodu bejn Ġunju 2014 u Jannar 2015? Jikkonferma wkoll li minħabba li dan in-nuqqas ta’ upgrade jaffettwa numru ta’ tfal li jmorru l-iskola, kien hemm insistenza qawwija min-naħa ta’ speċjalisti biex dawn jaslu Malta fis-sajf tal-2014 ħalli lit-tfal ikun sarilhom l-upgrade fiż-żmien qabel ma jerġgħu jibdew l-iskola?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14350.
Jista’ l-Ministru jgħid min qed jiċċertifika l-kwalità tad-diesel li qed ikun importat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-fjuwil mixtri mill-Enemed jinxtara fuq bażi ta’ CIF skont it-termini tal-INCO 2010. Bi ftehim bejn l-Enemed u l-bejjiegħ, jiġi magħżul Spettur rikonoxxut internazzjonalment sabiex jagħmel spezzjonijiet fuq il-kwalita’ tal-fjuwil.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-interviews li saru riċenti fl-Enemalta u li diġà ġew ippubblikati ftit jiem ilu, għal generating officer fuq l-impjant tal-BWSC?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn ir-riżultati ġew ippubblikati skont il-collective agreements.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il miljun litru fuel ħarqet/użat l-impjant tal-BWSC minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-Enemalta plc. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Persons of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjon mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti assigurazzjoni li l-ebda parti mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex mhu ser tiġi pprivatizzata jew ser tibda titħaddem mill-privat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa determinat li jkompli jtejjeb is-servizz tas-saħħa għal pazjenti Maltin u Għawdxin filwaqt li jibqa jagħti dan is-servizz bla ħlas.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14856 u jgħid kif inhi s-sistema jew prassi ta’ ġbir tal-arloġġi temporanji tad-dawl li jintużaw mill-gabbani/stands fil-festi wara li tintemm il-festa kkonċernata? Liema huma l-proċeduri li l-Enemalta qed tu¿a meta taqla’ dawn l-arloġġi temporanji tad-dawl minn fuq il-high tension wires li jkunu mqabbdin magħhom għall-użu tal-istess sidien tal-gabbani? Jekk dawn l-arloġġi jinġabru mill-istess ħaddiema tal-Enemalta, dawn fejn qed jittieħdu/jinżammu sakemm jiġu rtirati mill-istess sidien? Jista’ jgħid jekk je¿istix xi tip ta’ reġistru fejn l-individwu jiffirma li jkun ġabar dan l-arloġġ mill-uffiċċju/distrett u jekk tiġix irreġistrata l-karta tal-identità tal-istess individwu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċedura hija li jingħata appuntament biex il-konsumatur/rappreżentant jiġbru l-kaxxa minn fuq il-post malli din tiġi diskonnettjata minn mal-linja. Dawn il-kaxxi huma propjeta’ tal-applikant u jinġabru minn fuq il-post. Dawn il-kaxxi huma mqabbdin mal-low tension wires u mhux mal-high tension wires kif indikat fil-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13768 u jgħid, jum b’jum, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm ġew rilaxxati pazjenti mill-Isptar Mater Dei (discharges)? Jista’ jqabbel dawn id-discharges mal-istess perjodu tal-aħħar tliet snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13767 u jgħid, jum b’jum, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm daħlu nies għall-kura fl-Isptar Mater Dei (admissions)? Jista’ jqabbel dawn l-admissions mal-istess perjodu tal-aħħar tliet snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li f’Jannar 2014 kien hemm 7,675, filwaqt li fl-istess xahar fil-2015 kien hemm 8,082 .
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13764 u 13553 u jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew ikkurati fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei, minn Novembru 2014 sa Jannar 2015, xahar b’xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li f’Novembru 2014 kien hemm medja ta 20 persuna kull jum, filwaqt li f’Diċembru 2014 il-medja kienet ta 14-il persuna kull jum. Il-figuri ta’ Jannar għadhom qed jinġabru.
Sptar Mater Dei – ħtieħa tas-CPR trolley fil-kurituri tal-livell -1
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13763 u jgħid, jum b’jum, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il darba ssejjaħ is-CPR trolley fil-kurituri tal-livell -1 fiż-żona tal-medical imaging u fil-kuritur tal-paediatric casualty?
Response (MIZZI, KONRAD)
S-CPR trolley ġie msejjaħ erba darbiet fl-areas indikati. Darba fil-Paediatric Area f’Diċembru, darbtejn f’Jannar u darba fi Frar fl-MAU1 Extension.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm mudell tal-Cochlear Implant Freedom li qed jintuża minn pazjenti Maltin li sal-aħħar tas-sena 2015 se jkunu obsolete?
Response (MIZZI, KONRAD)
Id-Dipartiment tas-Saħħa ħa d-deċiżjoni li l-Cochlear Implants kollha se jiġu upgraded bil-mudell il-ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet u/jew kumpanija privati illi għandhom storage facilities għall-ħażna tal-fuel? Jista’ jgħid x’inhu l-volum massimu ta’ ħażna li jistgħu jieħdu dawn l-istorage facilities?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi ħarġet il-liċenzji dwar il-ħażniet Primarji ta’ fuel skont l-Avviż Legali 278 tal-2007. Ħażniet tal-fuel għall-użu personali ta’ persuna/kumpanija huma regolati mill-Avviż Legali 53 tal-2010. L-informazzjoni qed titpoġġa fit-tabella hawn taħt.
Uħud mill-operaturi jikru parti mill-ħażna tagħhom lill-operaturi oħrajn.
Entitajiet/Kumpaniji Privati li għandhom Storage Facilities
Volum Massimu ta' Ħażna
Easygas (Malta) Ltd
65 (LPG)
Enemalta Corporation
79,638
Mediterranean Offshore Bunkering Co. Ltd
44,949
San Lucjan Oil Company Ltd
44,375
Oil Tanking Malta Ltd
444,809
Attard Petroleum Services Ltd
160
Enemed Co. Ltd
274,285
GASCO Energy Ltd
4,800 (LPG)
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol offrut lil soċjetà
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14041u jgħid liema xogħlijiet ingħataw mill-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħu lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn, Marzu 2013 sal-lum? Liema minn dawn l-inkarigu ta’ xogħlijiet kien riżultat ta’ tender u liema b’direct order, u f’kull każ, kemm kien il-valur tax-xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija msemmija baqgħet tingħata xogħol mill-Enemalta u l-ARMS Ltd bħalma kienet tingħata qabel id-9 ta’ Marzu 2013.