Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9838 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Qormi — Tindif ta' widien

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir it-tindif tal-widien f'Ħal Qormi biex jiġu evitati l-ilmijiet żejda fit-toroq meta tagħmel ix-xita?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-wied li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant tnaddaf matul ix-xahar ta' Settembru 1999.
Leg 9 PQ #9942 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Xemxija — Drenaġġ

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ta' spiss qed ifur id-drenaġġ fil-baħar fix-Xemxija? Kemm-il darba kien hemm avviż pubbliku li ma setax isir għawm f'din il-bajja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul dan is-sajf qatt ma kellna ħruġ ta' drenaġġ fil-bajja tax-Xemxija. Dan jikkonfermah il-fatt illi qatt ma ngħalqet il-bajja min-naħa tas-Sanita'.
Leg 9 PQ #10140 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Sptar San Luqa — Waste Speċjali

Question

Billi l-Ministru tas-Saħħa semma s-sistema ra' microwave għall-Isptar San Luqa, kif se taffetwa din id-deċiżjoni tal-waste tal-biċċerija u ta' l-ajruport li kienu ġew identifikati bħala waste speċjali li jenħtieġ trattament speċifiku? X'inhuma l-pjanijiet tal-gvern f'dan is-settur?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Minħabba n-natura ta' l-iskart tal-biċċerija u dak ta' l-ajruport, jidher li jkun aktar għaqli li dan l-iskart jiġi trattat separatament minn dak ta' l-isptar. Deċiżjoni dwar l-immaniġġjar ta' l-iskart tal-biċċerija u dak ta' l-ajruport għad trid tittieħed.
Leg 9 PQ #10141 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Saħħa — Hospital waste

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk il-policy li d-Dipartiment tas-Saħħa se juża s-sistema ta' microwave għall-hospital waste, hijiex skond ir-riżultat tal-Waste Subject Plan ikkummissjonat lil Aspinol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-rapport ikkummissjonat lil Aspinwall isemmi l-microwaving bħala waħda mis-sistemi li jistgħu jintużaw fil-każ ta' skart mill-isptarijiet.
Leg 9 PQ #10179 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Park Nazzjonali — Kumitat ta' tmexxija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9925, jista' l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-kumitat tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali humiex rappreżentanti ta' xi dipartiment jew ġewx magħżula f'kapaċita' personali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif diġa' spjegajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 9925 il-Kumitat tal-Park Nazzjonali huwa kompost minn: Chairman Sur Joseph M Mallia Principal Environment Officer - Ministeru għall-Ambjent Membri Sinjorina Marie Louise Caruana BE&A(Hons) A&CE - Ministeru għall-Ambjent Sur Robert Abela - kapaċita' personali Sur Ronnie Galea - kapaċita' personali Sur Anthony Bezzina - kapaċita' personali
Leg 9 PQ #10190 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ consortia fuq il-proġett tal-Kottonera u t-Tarzna dwar il-Baċir Nru.1?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ Consortia fuq l-iżvilupp tal-Baċir Numru 1 għadhom għaddejjin u jinsabu fi stadju avvanzat. Inkun nista' nagħti aktar informazzjoni hekk kif dawn jiġu konklużi.
Leg 9 PQ #9008 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Kunċizzjoni — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali tal-Kunċizzjoni teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8905 (Seduta 150).
Leg 9 PQ #9009 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Binġemma — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali ta' Binġemma teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 8905 (Seduta 150).
Leg 9 PQ #9010 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Dwejra — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali tad-Dwejra teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 8905 (Seduta Nru 150).
Leg 9 PQ #9011 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wardija — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali tal-Wardija teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 8905 (Seduta 150).
Leg 9 PQ #9012 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbiegħ — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali taż-Żebbiegħ teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Rigward bini ta' ħitan tas-sejjiħ, dan jiġi kunsidrat fl-isfond ta' prijoritajiet oħra meta jiġu appuntati numru ta' rubble wall builders aktar tard din is-sena. Dwar it-tindif mill-bużbież u ħaxix ħażin tlabt lit-Taqsima tax-Xogħlijiet biex tinkludi din il-parti ta' Malta fil-programm tagħha. Rigward asfaltar nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #9837 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Ħal Qormi — Ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment ikkonċernat se jsewwi t-turġien taċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi (fuq in-naħa ta' wara) li tkissru minn trakkijiet li jgħaddu minn din l-area?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #10035 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab — Vetturi ta' l-iskart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jieħu flus il-gvern mingħand is-sidien tal-vetturi li jdaħħlu l-iskart il-Magħtab? Kemm hemm vetturi li huma reġistrati li jdaħħlu skart fil-Magħtab? Kemm iddaħħal skart fil-Magħtab f'dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' flus li l-Gvern għandu jieħu mingħand is-sidien tal-vetturi li jdaħħlu l-iskart il-Magħtab jammonta għal Lm432,048.23. In-numru ta' vetturi li huma reġistrati li jdaħħlu skart il-Magħtab huwa 1,693. 1,125,695 tunellata ta' skart iddaħħal il-Magħtab f'dawn l-aħħar 12-il xahar.
Leg 9 PQ #10044 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Mdina Rd - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta t-tħaffir biex tiġi rranġata s-sistema tad-drenaġġ ġo Mdina Rd, Qormi se titlesta? Jaf il-Ministru li minħabba d-dewmien biex jitlesta x-xogħol il-ġirien qed ibatu minn inkonvenjenza kontinwa ta' rwejjaħ u nemus?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tħaffir fuq is-sistema tad-drenaġġ ġo Mdina Road tlesta fil-ħin skond kif kien stipulat fil-kuntratt tax-xogħlijiet imsemmija. Il-proġett mistenni jiġi terminat meta jitlesta l-'lining' tal-mina li qed tiġi mwessa', sa l-aħħar ta' Diċembru li ġej. Fl-istess ħin il-kuntrattur ġie mogħti struzzjonijiet preċiżi biex jissiġilla l-eskavazzjoni sabiex jelimina kull inkonvenjent għall-pubbliku.
Leg 9 PQ #10045 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Luqa — Ħal Farrug - Culverts

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li l-culverts ta' l-ilma li hemm ġo Ħal Farruġ, Luqa jkunu rranġati issa li beda l-istaġun tax-xita?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi waħda minn dawk mghoddija lill-Kunsilli Lokalli, nissuġġerilu li jindirizza il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru interessat.
Leg 9 PQ #10132 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Bord tal-Bennejja — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent il-Bord tal-Bennejja, li jagħmel eżamijiet għall-għoti ta' liċenzja ta' bennej, jaċċettax applikazzjonijiet minn persuni li mhumiex ċittadini Maltin? Jekk fin-negattiv, jekk Malta issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, dan it-tip ta' eżami jkun miftuħ għaċ-ċittadini kollha ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-għoti ta' Licenzja ta' Bennej hija regolata mil-Liġijiet tal-Pulizija Kap 10, Taqsima V Artikolu 95. F'dan l-Artikolu ma hemm xejn li jirrestrinġi persuni li ma għandhomx ċittadinanza Maltija milli japplikaw għall-għoti ta' Liċenzja ta' Bennej.
Leg 9 PQ #8703 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Wied Inċita — Kanal ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jassigura li x-xogħol fil-kanal ta' l-ilma li qed isir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-limiti ta'Ħaż-Żebbuġ, faċċata ta' fejn bnew is-Sorijiet tad-Dorotej, fl-inħawi magħrufin bħala "Ta' Wied Inċita", i jidhru fil-pjanta li qed tintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija, jiġi mwassal sa Wied Inċita (u ċioe' punt X fuq il-pjanta msemmija) u ma jieqafx sal-punt immarkat Y fuq l-istess imsemmija pjanta? Jista' l-Ministru jassigura li x-xogħol qed isir b'mod tali li l-ilma qabel kien jinxtorob mit-80 tomna raba' li llum huma mibnijin u fuqhom hemm l-iskola tas-Sorijiet tad-Dorotej, issa mhux se jfawwar il-għelieqi tal-faċċta fejn inbniet l-iskola, imma li x-xogħol se jsir b'mod tali li l-ilma jibqa' nieżel f'Wied Inċita?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant huwa maqsum fi tliet fażijiet, li huma: i) Rikostruzzjoni ta' kanal eżistenti li qed jaqsam min-naħa ta' l-iskola ta' Santa Dorothea għan-naħa l-oħra tat-triq, u li taqbad ma' ras il-WATER-COURSE. Dan ix-xogħol qiegħed isir minn kuntrattur u mistenni li jitlesta il-ġimgħa d-dieħla. ii) Modifikazzjoni tal-WATER-COURSE li kien jikkonsisti f'tindif, livellar, twessiegħ u bini ta' ħitan ġodda minn ras il-wied sa punt 'X' immarkat fuq il-pjanta. Dan ix-xogħol tlesta u sar mill-ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet (SWSU), u iii) L-aħħar fażi minn punt 'X' sa punt 'Y' kif jidher fuq l-istess pjanta. Dwar din il-fażi huwa programmat li jiġi inkluż fix-xogħol tas-sena d-dieħla. Dwar l-aħħar paragrafu ta' din il-mistoqsija, ittieħdu l-kunsiderazzjonijiet taċ-ċirkustanzi tal-post, sabiex ma jsir l-ebda dannu lir-raba imsemmi.
Leg 9 PQ #8905 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Baħrija — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali tal-Baħrija teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Rigward bini ta' ħitan tas-sejjieħ, dan jiġi kunsidrat fl-isfond ta' prijoritajiet oħra meta jiġu appuntati numru ta' rubble wall builders aktar tard din is-sena. Billi t-triq imsemmija hija meqjusa bħala mhux triq Urbana (Non Urban Road) din taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Rigward l-asfaltar nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #9006 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mtaħleb — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali ta' l-Imtaħleb teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 8905 (Seduta Nru 150).
Leg 9 PQ #9007 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Landrijiet — Triq prinċipali

Question

Peress li t-triq prinċipali tal-Landrijiet teħtieġ asfaltar u titnaddaf mill-bużbież u ħaxix ħażin u ż-żewġ naħat tat-triq jeħtieġu manutenzjoni oħra bħal bini ta' ħitan tas-sejjieħ imġarfa, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħlijiet sabiex ix-xewqa tar-residenti tiġi mwettqa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8905 (Seduta 150).