Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32337 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30953, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa mal-Commonwealth Local Government Forum (CLGF)? Jista’ jgħid min hu l-advisor li tela’ mas-Segretarju Parlamentari fi Brussell f’Novembru 2016 u ma’ min iltaqa’ bejn l-24 u s-26 ta’ Novembru? X’kien l-iskop li s-Segretarju Parlamentari mar Strassburgu biex jiltaqa’ mal-President tal-Kumitat tar-Reġjun?
Il-Mellieħa – Kunsill Lokali – Triq l-Etna — terrapien
Question
Jista' l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jieħu l-passi kollha li tagħtih il-liġi sabiex jara li jitneħħa b'mod immedjat terrapien li ntefa b'mod illegali fi Triq l-Etna (viċin żona residenzjali) u li minkejja li diġà saru rapporti lill-Kunsill minn residenti aktar minn ġimagħtejn ilu però baqa' xorta ma tneħħix?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-inkonvenjenza msemmija mill-Onor. Interpellant tikkonsisti f’terrapien mitfugħ fi plot u mhux fi triq. Madankollu, se tittieħed azzjoni biex dan jitneħħa mill-aktar fis possibbli.
Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar — ċitazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu ċ-ċitazzjonijiet li ngħataw fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, fiex kienu jikkonsistu dawn il-kontravenzjonijiet u f’liema toroq ingħataw l-istess ċitazzjonijiet bejn Jannar 2015 u Frar 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Mużew tat-Tunnara – xogħol ta’ restawr u manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol ta' restawr u manutenzjoni fuq il-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa, kemm ġej jiswa u min se jkun qed jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa wieġeb għal Pre-Announcement Call IV maħruġa mill-Funds & Programmes Division sabiex jikseb finanzjament għar-restawr tal-Batterija ta’ Westreme, kif ukoll biex isir titjib fil-Mużew tat-Tunnara, li hemm fl-istess binja. Din il-proposta ġiet ikkunsidrata b’mod pożittiv mill-Planning & Priorities Coordination Division, tant li attwalment għaddejjin kuntatti mal-MEUSAC bil-għan li l-Kunsill ikun jista’ jissottometti applikazzjoni formali għall-finanzjament permezz tal-ERDF 2014-2020. Din is-sejħa ser tagħlaq fil-5 ta’ Mejju 2017.
Identity Malta – proċeduri għal persuni ta’ nazzjonalità barranija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31038 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid għall-finijiet ta’ ħruġ ta’ Karta tal-Identità, xi proċedura qed tħaddem u x’passi qed tieħu Identity Malta meta jirriżultalha li persuna ta’ nazzjonalità barranija, tinsab li qed tuża indirizz mingħajr l-approvazzjoni tas-sid? Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li hemm sabiex dawn is-sidien ikunu jistgħu jneħħu lil dawn il-persuni bħala reġistrati fuq il-proprjetà tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 31038.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31562, jista’ l-Ministru jgħid x'informazzjoni qiegħda tinġabar peress li dan it-tibdil sabiex Valletta Road tiġi two way ilu li ġie approvat mit-Traffic Management and Roads Safety Directorate iktar minn ħames xhur ilu? Jista’ jgħid ukoll għaliex il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi qiegħed iżomm milli dan ix-xogħol jiġi implimentat?
Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li ntalab biex jikkunsidra li jappunta liċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir bħala Chairperson Eżekuttiv? Il-Ministru jaħseb li tagħmel sens din it-talba? Jekk il-Gvern qed jikkonsidra din it-talba b’mod pożittiv, jista’ jgħid kif se jkunu qed jinqasmu r-rwoli bejn iċ-Chairperson fil-funzjoni l-ġdida u l-Kap Eżekuttiv preżenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninfurma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31589 u jgħid jekk wara li ġie rrapurtat li ċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir qalet li l-maġġoranza tal-ħaddiema tal-Awtorità tax-Xandir huma żejda, jekk il-Gvern hux jagħti piż lil din id-dikjarazzjoni u jekk hux se jaġixxi fuq din id-dikjarazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninfurma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Awtorità tax-Xandir – lista ta’ tenders u kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31588 u jagħti lista ta’ tenders u kuntratti ta’ xiri u kiri li ngħataw mill-Awtorità tax-Xandir? X’inxtara u x’inkera? Liema minnhom ingħataw b’direct order? Kemm kien il-valur ta’ kull tender li ngħata? Jista’ jagħti din il-lista sena b’sena mill-2013 lil hawn?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31587 u jgħid minn fejn qed tippjana li tibda topera l-Awtorità tax-Xandir? B’liema kundizzjonijiet u b’liema valur qed jinxtara jew jinkera l-post il-ġdid li se tibda topera minnu l-Awtorità tax-Xandir? Xi proċess sar biex din ix-xirja jew kirja sseħħ? Saret sejħa pubblika? Kif ġie assigurat li jkun hemm proċess trasparenti u mingħajr kunflitti ta’ interess? X’inhuma l-istimi li saru biex jiġi rranġat il-post il-ġdid?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 31586 u jgħid minn liema binja qed topera sal-lum l-Awtorità tax-Xandir? Min hu s-sid ta’ din il-proprjetà? Jista’ jgħid ukoll hux minnu li l-Awtorità tax-Xandir se tiċċaqlaq minn dan il-bini u x’inhi r-raġuni? Jista’ jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan iċ-ċaqlieq?
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba għar-rigward is-sit arkeoloġiku Tas-Silġ f’Marsaxlokk hemmx pjan ta’ konservazzjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan sabiex jitkompla l-iskavar u l-istudju tal-istess sit? Jista’ jgħid jekk hemmx pjan sabiex din l-attrazzjoni tkun miftuħa regolarment?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jaħsibx il-Ministru li Heritage Malta għandha tintroduċi job sheets li s'issa ma jeżistux fis-sezzjoni tal-Upkeep Maintenance and Design li fiha jkun inkluż il-ħin dedikat lil dik il-biċċa xogħol u jaċċerta li min jirċievi s-servizz, jiċċertifika li jkun sar ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li għalkemm is-sezzjoni tal-maintenance ma għandhiex sistema formali ta’ job sheets, tħaddan sistema fejn kull talba hija rreġistrata u segwita sakemm tkun kompluta, u din is-sistema taħdem.
Heritage Malta — Ħaddiema Grad A sa Grad F – sick leave
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il ġurnata sick leave totali ttieħdet mill-ħaddiema bejn Grad A sa Grad F matul is-sena 2014, 2015 u 2016? Jista’ wkoll jagħti break down grad grad?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Heritage Malta — Management, CEO, Heads, Managers u Principal Curators/Principal Conservators/Senior Executives – sick leave
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il ġurnata sick leave totali ttieħdet mill-Management, mis-CEO, Heads, Managers u Principal Curators/Principal Conservators/Senior Executives matul is-sena 2014, 2015 u 2016? Jista’ wkoll jekk jogħġbu jagħti break down grad grad?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fi ħdan Heritage Malta sal-ġurnata tal-lum? Jista' wkoll jgħid f'liema grad jinsabu, kif ukoll jgħid kemm minnhom huma on secondment?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bħalissa Heritage Malta timpjega 298 persuna. Tlettax minnhom huma b’self minn istituzzjonijiet oħra kif spjegat fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Heritage Malta — Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016
Question
B'referenza għas-sejħa li Heritage Malta ħarġet bl-isem ta' Artistic Expression/s at City Gate,Valletta HM28.10.2016, jista' l-Ministru jagħti iktar dettalji ta' kif il-marki relatati mal-kriterja Artistic Significance, huma mqassma?Jista' wkoll jgħid x'kienu s-subkriterji abbinati ma’ dan il-kriterju li ġarr miegħu 60% tal-marka totali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kriterja ta’ artistic significance ma għandux sub-kriterji. Huwa responsabbiltá ta’ kull membru tal-ġurija li jinterpreta l-brief u li jagħti l-marki skond il-kriterji ppubblikati fis-sejħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza għandha mikrija Heritage Malta u kemm kienet in-nefqa totali tal-fuel relatata ma’ dawn il-vetturi għas-sena 2015 u 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.