Jista' il-Ministru jagħtina informazzjoni dwar kemm passiġġieri weħidhom u passiġġieri bil-vettura qasmu bejn Malta u Għawdex bis-servizz tal-Gozo Channel xahar xahar u sena sena mill-1992 sa l-aħħar ta' Settembru 2005, maqsumin safejn hu possibbli f'passiġġieri residenti Għawdex, residenti Malta u residenti barra minn Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15936, jista' il-Ministru jgħidli jekk il-leġislazzjoni li qed ifassal teħux ħsieb li tinkludi inċentivi li jkopru l-ispejjeż tat-trasport ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel fuq mobile phones matul is-sena 2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Enti pubbliċi
Question
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?
Response (GATT, AUSTIN)
B'riferenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ser tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16421.
Għat-tielet parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tinġabar biex tingħata b'mod komplet fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16421.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15876 u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema ta' l-Enemalta dwar l-assigurazzjoni ta' l-impjieg tagħhom mal-korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Bil-liġijiet ta pajjiżna, ebda persuna la għandha u la qatt kellha -anki taħt Gvernijiet Laburista- tali assigurazzjoni.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Konsulenza
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Website
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet flus sabiex inbniet il-website tal-ministeru tiegħu? Jista' jgħid jekk tqabbditx xi kumpannija privata biex bniet din il-website u jekk fl-affermattiv min kienet din il-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bini tal-website tal-Ministeru swiet Lm7,444 (VAT inkluża). Il-website ġiet mibnija mill-MITTS.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid min jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-website tal-ministeru u min hu responsabbli minn dak kollu li jidher fuq l-istess website?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-'hosting' isir mill-MITTS u l-manutenzjoni jsir mill-Maltanet. Impjegat tal-Ministru huwa responsabbli minn dak kollu li jidher fuq il-website.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq is-substation il-ġdida ta' Triq ix-Xitwa f'Ħal Qormi sabiex tiġi eliminata l-problema ta' vultaġġ baxx fl-inħawi ta' Farsina f'Ħal Qormi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16197, jista' il-Ministru jgħid għal kemm jammontaw id-distribution losses fis-sistema tat-trasmissjoni ta' l-elettriku u kemm jammontaw fil-każ ta' serq ta' elettriku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-korporazzjonijiet Enemalta u Water Services f'soprataxxa fuq dawl u ilma tul is-sena 2005 mil-lukandi, ristoranti u l-oqsma kollha reġistrati bħala attivi fl-oqsma tat-turiżmu ta' l-istess korporazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16429 u jgħid għala l-pagi ta' l-impjegati tar-raba' sular administration building tal-korporazzjoni Enemalta fil-Marsa qed jinħadmu fil-magħluq u mhux mis-sezzjoni tal-pagi normali? Veru li ngħata allowance lil ċerti mpjegati mir-raba' sular biex jixtru ħwejjeġ? Kemm tiswa l-karozza tas-CEO u tas-CFO fix-xahar? Fuq liema bażi ġie ngaġġat il-procurement manager ġdid u meta ħarġet il-call for application? Kemm-il manager ġdid ġie mpjegat l-Enemalta bejn l-2004 u l-2005 u kemm hu l-ammont ta' pagi tagħhom? Fuq liema bażi ħarġet il-call for application għal executive officers ġo l-Enemalta dan l-aħħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-ħaddiema tal-MITTS li spiċċaw mix-xogħol volontarjament jew b'mod ieħor matul l-2005 sal-lum? Kien hemm xi ħaddiema li matul l-2005 ġew investigati minħabba abbuż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar 2005 sal-lum, ħamsa u tletin (35) ħaddiema spiċċaw mix-xogħol mal-MITTS Ltd. volontarjament jew b'mod ieħor. Dawn ma jinkludux 21 student li ukoll spiċċaw matul is-sena 2005. Matul is-sena 2005, l-ebda ħaddiem ma ġie investigat minħabba xi tip ta' abbuż. Minħabba raġunijiet ta' protezzjoni ta' Data personali ma nħossx li għandi nagħti l-ismijiet.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol ta' estensjoni tad-drenaġġ fil-Baħrija? Tista' tara li x-xogħlijiet jitlestew matul l-2006 ħalli residenti ma jsibux aktar inkonvenjent ta' fawran tad-drenaġġ mill-fossa li minkejja li l-Baħrija kibret għada tassorbi?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif diġa għidt waqt id-dibattitu dwar l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, din il-Korporazzjoni qed tistudja tlett għażliet biex tissolva l-problema tad-drenaġġ tal-Baħrija cioe:
1. li titkabbar il-fossa komunali eżistenti. Din l-irħas għażla iżda tkun soluzzjoni temporanja biss.
2. li jsir impjant żgħir tat-trattament tad-drenaġġ indipendenti u li jservi biss lill-Baħrija.
3. li s-sistema tad-drenaġġ tal-Baħrija titqabbad b'mod konvenzjonali ma dik eżistenti fir-Rabat.
Hu ppjanat li sa ftit xhur oħra il-Korporazzjoni jkollha feasability study dwar dawn il-possibilitajiet kif ukoll indikazzjoni ta' l-ispejjeż involuti. Għalhekk ikun primatur jekk inbassar minn issa meta x-xogħolijiet neċessarji se jkunu lesti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu servizzi ta' dawl u ilma din is-sena għax waqgħu lura fil-ħlasijiet? Kemm minnhom kienu azjendi, kemm kienu djar privati u kemm kienu ħwienet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.